Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea
MT
Is-serje C
C/2026/256
16.1.2026
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/256)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Cviček”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-SI-A1561-AM01 — 21.10.2025
1. Isem il-prodott
Cviček
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
☑
DOP
☐
IĠP
☐
IĠ
3. Settur
☐
Prodotti agrikoli
☑
Inbejjed
☐
Xarbiet spiritużi
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Is-Slovenja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Titolu
Il-Ministeru tal-Agrikoltura, il-Forestrija u l-Ikel
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-emendi standard fil-livell nazzjonali tal-ispeċifikazzjoni għaz-Cviček ma għandhomx impatt fuq l-aspetti rregolati fil-livell tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143. B’mod partikolari, dawn il-kummenti ma jikkonċernawx restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott jew l-introduzzjoni ta’ kategoriji ta’ prodotti ġodda li jaqgħu taħt il-proċedura għall-emenda ta’ speċifikazzjoni fil-livell tal-Unjoni.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Cviček
Deskrizzjoni
Fl-allinjament tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għaz-Cviček mad-dokument uniku kurrenti, sibna li xi informazzjoni fl-ispeċifikazzjoni eżistenti kienet nieqsa meta mqabbel mar-rekwiżiti tad-dokument uniku u li, minbarra l-bidliet fil-kompożizzjoni tal-varjetà, ir-rendiment għal kull ettaru u l-parametri kimiċi-fiżiċi, daħħalna wkoll id-data nieqsa.
L-emendi fil-kompożizzjoni tal-varjetà jfissru li l-medda tal-varjetajiet li minnhom jiġi prodott l-inbid Cviček jeħtieġ li tiġi ristretta aktar u l-proporzjonijiet meħtieġa tal-varjetajiet li jridu jkunu preżenti jeħtieġ li jiġu aġġustati. L-emenda tar-rendiment għal kull ettaru tfisser li l-kwantità awtorizzata ta’ nbid prodott jeħtieġ li tiżdied minn 8 000 litru għal 10 000 litru għal kull ettaru. L-emendi fil-parametri kimiċi-fiżiċi jikkonċernaw aġġustamenti minimi li għadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-regolamenti tal-UE.
Hemm ukoll emenda tal-indikazzjoni tal-istituzzjonijiet responsabbli mill-verifika tal-konformità, peress li ssir referenza diretta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ.
☑
L-emenda taffettwa d-dokument uniku.
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“Cviček”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-SI-A1561-AM01 — 21.10.2025
1. Isem/Ismijiet
Cviček
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
☑
DOP
☐
IĠP
☐
IĠ
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Is-Slovenja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 - Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
1.
Inbid
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dielja
Inbejjed ħomor
Karatteristiċi organolettiċi
Dehra viżiva
Inbid bla gass, aħmar ċar għal lewn ir-rubin.
Aroma
frott ta’ bakek żgħar.
Togħma
Xotta, ħafifa ta’ tannini, mingħajr karatteristiċi tal-varjetà qawwija. Ħafif, b’togħma friska u li jista’ jinxtorob.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
Iz-Cviček għandu l-karattru ta’ nbid aħmar, il-proporzjon tal-varjetajiet ħomor irid ikun tal-anqas ta’ 75 % u l-proporzjon tal-varjetajiet bojod irid ikun tal-anqas ta’ 10 % u mhux aktar minn 25 %.
Il-kompożizzjoni tal-varjetà taz-Cviček hija kif ġej:
—
45 % sa 75 % Žametovka;
—
10 % sa 25 % Kraljevina u/jew Laški rizling u/jew Rumeni plavec;
—
15 % sa 30 % Modra frankinja;
—
sa 10 % tal-varjetajiet l-oħrajn (Rdeča žlahtnina, Portugalka, Šentlovrenka, Zweigelt, Gamay, Zeleni silvanec, Bela žlahtnina, Beli pinot, Sivi pinot, Chardonnay, Ranina, Ranfol).
Karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
10,00
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):
8,5
Aċidità totali minima:
5,5
Unità ta’ aċidità totali minima
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
0,6
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
120
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
L-analiżi kimika, li tintuża biex jitkejlu l-proprjetajiet karatteristiċi taz-Cviček, u l-kontenut meħtieġ tal-komponenti tiegħu huma kif ġej:
—
alkoħol naturali: minimu 8,5 % vol.;
—
zokkor totali espress f’termini ta’ fruttożju u ta’ glukożju: sa 2,5 g/l;
—
aċidità totali (espressa bħala aċidu tartariku): 5,5 g/l sa 9,5 g/l;
—
estratt mingħajr zokkor: tal-anqas 17 g/l;
—
rmied: tal-anqas 1,4 g/l.
☑
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
Prattika enoloġika
prattika enoloġika ġenerali
Tip ta’ prattika enoloġika
Prattika enoloġika speċifika
Deskrizzjoni
Il-prattiki enoloġiċi jridu jikkonformaw mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009.
Iz-Cviček jiġi prodott f’konformità mal-prattiki stabbiliti fil-Lista u deskrizzjoni tal-fajls tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV (Organisation Internationale de la vigne et du vin) imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 (ĠU C 409, 5.12.2019, p. 1).
Fil-produzzjoni taz-Cviček, l-għeneb tal-varjetajiet ħomor l-ewwel jitneħħielu z-zokk imbagħad jiġi mmaċerat. Il-maċerazzjoni ma tridx teċċedi 4 ijiem. It-temperatura tal-maċerazzjoni ma tistax tkun oħgla minn 22 °C. Jekk l-għeneb abjad u aħmar jingħasar flimkien, il-proċess ikun l-istess għall-għeneb tal-varjetajiet ħomor.
Irid jiġi żgurat li l-parti solida tal-maxx (l-iskorċa) tkun f’kuntatt mal-most tal-għeneb.
Il-metodu ta’ produzzjoni taz-Cviček ma jippermettix l-interruzzjoni tal-fermentazzjoni alkoħolika, il-maċerazzjoni tal-maxx bl-użu tal-SO2, it-taħlil tal-inbid jew iż-żieda tas-sorbat tal-potassju.
7.2. Rendimenti massimi
L-inbejjed kollha/kategorija/varjetà/tip
rendiment għal kull ettaru
Rendiment massimu:
Rendiment massimu:
100
Unità ta’ rendiment massimu:
ettolitri għal kull ettaru
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
—
Bela žlahtnina
—
Beli pinot - Weissburgunder
—
Chardonnay
—
Gamay
—
Kraljevina
—
Laški rizling
—
Modra frankinja - Frankinja
—
Portugalka
—
Ranfol - Štajerska belina
—
Ranina - Radgonska ranina
—
Rdeča žlahtnina
—
Rumeni plavec
—
Sivi pinot
—
Zeleni silvanec
—
Zweigelt
—
Šentlovrenka
—
Žametovka
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Iz-Cviček jiġi prodott biss fir-reġjun tal-vitikultura Dolenjska, f’vinji li jinsabu f’altitudnijiet ta’ aktar minn 210 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar.
Il-konfini tar-reġjun tal-vitikultura Dolenjska tibda mill-qsim tal-fruntiera Obrežje tul it-triq mar-rotta Obrežje-Čatež-Velike Malence-Dolenja Pirošica-Bušeča vas-Dobrava ob Krki-Podbočje-Slivje-Kostanjevica na Krki-Dobrava pri Kostanjevici-Šentjernej, inkluż l-insedjament Šmalčja vas, u tkompli tul it-triq Šentjernej-Ratež-Sela pri Ratežu. Il-konfini mbagħad timxi sal-quċċata tal-għolja Nova gora, iddur ma’ Smolenja vas imbagħad tul it-triq Smolenja vas-Mali Slatnik, u ssegwi x-xmajra Slatenski potok, tul it-triq Veliki Slatnik-Hrušica-Šentjošt-Črmošece pri Stopičah, tul il-konfini tan-Nofsinhar tal-muniċipalità kadastrali ta’ Gotna vas, tul it-triq Birčna vas-Škrjanče pri Novem mestu, issegwi x-xmajra għat-Tramuntana, tul it-triq Novo Mesto-Srebrniče-Vavta u taqsam ix-xmara Krka. Imbagħad timxi tul it-triq Gorenja Straža-Podgora-Prečna, tul il-konfini tal-Punent u tat-Tramuntana tal-muniċipalità kadastrali ta’ Bršljin għal-Lvant, tul it-triq Trebnje-Otočec-Čatež ob Savi għall-insedjament ta’ Gmajna, tul it-triq Smednik-Rimš-Topol-Gorenja vas pri Leskovcu-Leskovec pri Krškem-Krško-Boštanj-Vrhovo-Radeče, biswit ix-xmara Savi għall-konfini tan-Nofsinhar tal-muniċipalità kadastrali ta’ Podkraj imbagħad għall-Punent, tul il-konfini tal-Punent tal-muniċipalità kadastrali ta’ Svibno, tul il-konfini tan-Nofsinhar tal-muniċipalità kadastrali ta’ Podkum u ssegwi x-xmajriet Sopota u Globočnjak. Imbagħad timxi madwar l-insedjament ta’ Mamolj, tul it-triq Zgornji Mamolj-Gradišče-Gradiške Laze-Šmartno, tul il-konfini tat-Tramuntana u tal-Punent tal-muniċipalità kadastrali ta’ Vintarjevec, tul it-triq għall-villaġġ Debeče, tul it-triq mar-rotta Debeče-Mala Goričica-Metnaj-Stična-Ivančna Gorica-Muljava-Gabrovčec-Marinča vas-Zagradec-Žužemberk-Dvor-Soteska-Dolenje Polje. Waqt li taqsam ix-xmara Krka, timxi tul it-triq għall-insedjament ta’ Dolenjske Toplice, tul it-triq Dolenjske Toplice-Podturn-Občice, tul il-konfini tat-Tramuntana tal-muniċipalitajiet kadastrali ta’ Stare Žage u Pribišje għal linja tal-profil ta’ 450 m ’il fuq mill-insedjament ta’ Gornje Laze, imbagħad tul il-linja tal-profil ta’ 450 m fuq l-inklinazzjonijiet tal-għolja Gorjanci għall-konfini nazzjonali mal-Kroazja (f’Vrbje nad Kostanjevico). Il-konfini mbagħad timxi tul il-konfini nazzjonali mal-Kroazja għall-insedjament ta’ Slovenska vas u tul it-triq billi tgħaddi mill-insedjament ta’ Nova vas għall-qsim tal-fruntiera Obrežje.
Ir-reġjun tal-vitikultura Dolenjska jinkludi wkoll iż-żoni li ġejjin:
1.
Kal pri Ambrusu, f’konfini li tibda mit-triq Zagradec-Ambrus f’Šibar tul il-foresta taħt l-għolja Kamni vrh għall-insedjament ta’ Kamni Vrh pri Ambrusu, tul it-trakka għal Lazar, tul it-trakka għall-Punent sa fuq it-triq Ambrus-Zagradec imbagħad tul it-triq għal Šibar;
2.
Gradenska gora-Stara gora, f’konfini li tibda mit-triq Stranska vas pri Žužemberku-Gradenc f’Črnagoj f’direzzjoni tax-Xlokk tul it-tarf tal-foresta taħt il-quċċata ta’ Trški boršt għal Komanca, tul it-trakka għal-Lbiċ, għax-Xlokk mill-quċċata ta’ Stara gora, għax-Xlokk tul it-tarf tal-foresta taħt l-għolja Primož għall-insedjament ta’ Lašče, tul it-triq Lašče-Klopce, tul it-trakka Klopce-Žvenglovec-Malo Lipje, tul it-triq għal Gradenski Gori u għall-Majjistral tul it-trakka lil hemm mill-insedjament ta’ Gradenska Gora għal Črnagoj.
Ir-reġjun tal-vitikultura Dolenjska huwa maqsum f’erba’ żoni tal-vitikultura iżgħar kif ġej: ir-reġjuni tal-vitikultura Krško, Gorjanci, Novo Mesto u Trebnje-Krmelj.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
1.
Inbid
Sommarju tar-rabta
Ix-xita, il-kundizzjonijiet tat-temperatura, id-dawl tax-xemx u fatturi klimatiċi oħrajn għandhom impatt sinifikanti fuq it-tkabbir u l-fertilità tad-dwieli. Il-vinji għandhom karatteristiċi mikroklimatiċi differenti ħafna, l-aktar minħabba n-natura varjata ferm tar-riljiev, tal-altitudni, tal-esponiment, u tal-inklinazzjoni tat-terren, tal-prossimità tal-ilma, tal-foresti, eċċ. Ir-reġjun Dolenjska huwa kkaratterizzat minn klima kontinentali moderata bi xtiewi kesħin u sjuf sħan. Il-klima kontinentali għandha impatt akbar fuq in-naħa tal-Lvant tar-reġjun, li għalhekk jesperjenza estremi aktar sinifikanti tat-temperatura u maltempati fis-sajf aktar frekwenti. Il-parti tal-Lvant tar-reġjun hija kkaratterizzata mill-influwenza okkażjonali tal-klima Atlantika, it-temperaturi huma anqas estremi u x-xita annwali totali hija kemxejn ogħla. Il-klima sub-Mediterranja taffettwa r-reġjun anqas ta’ spiss, u tinħass l-aktar fix-xitwa meta xi drabi jkun hemm irjieħ min-Nofsinhar sħan. It-temperatura effettiva akkumulata matul l-istaġun tat-tkabbir tvarja bejn 1 100 °C fil-Punent u 1 300 °C fil-Lvant tar-reġjun. Minħabba li l-vinji jinsabu f’altitudnijiet ta’ aktar minn 200 m ’il fuq mil-livell tal-baħar u ġeneralment huma l-aktar esposti għax-xemx, jista’ jiġi konkluż li t-total ta’ temperaturi effettivi fiż-żoni tal-vitikultura tar-reġjun Dolenjska huwa 10-15 % ogħla, li jvarja minn 1 250 °C sa 1 490 °C. Ix-xita annwali totali medja hija ta’ bejn 1 100 mm u 1 200 mm u hija xierqa għat-tkabbir tad-dwieli. Id-distribuzzjoni annwali tal-preċipitazzjoni wkoll hija favorevoli, b’medja ta’ aktar minn 100 mm fix-xahar matul l-istaġun tat-tkabbir. Ix-xita medja totali matul l-istaġun tat-tkabbir fir-reġjun tal-vitikultura Dolenjska hija ta’ madwar 781 mm (aktar minn 65 % tax-xita annwali totali) u tista’ tvarja b’madwar 100 mm minn sena għall-oħra. Ammont miżjud ta’ preċipitazzjoni li jseħħ fi żmien il-ħsad (Settembru, Ottubru) huwa anqas favorevoli peress li dan għandu effett ta’ ħsara fuq is-saħħa ta’ ċerti varjetajiet ta’ dwieli (taħsir), fuq il-kontenut taz-zokkor tal-għeneb u fuq il-kwalità teknika tal-ħsad ġenerali.
F’termini ġeoloġiċi, ir-reġjun Dolenjska huwa divers immens. Il-mappa ġeoloġika turi li l-biċċa l-kbira tal-vinji magħrufa għall-produzzjoni ta’ Cviček tajjeb jinstabu fuq bażi litjoloġika ta’ marlijiet kannella u ramlin tal-perjodu Kretaċjuż Bikri u ġebel tal-ġir f’forma ta’ ċangatura biċ-chert (żnied) ċar. Dawn jinsabu fil-viċinanza taż-żoni Gorjanci, Krško, Novo Mesto u Trebnje/Mokronog. Fiż-żona Novo Mesto, il-vinji Škocjan-Šmarješke jinsabu fuq bażi aktar reċenti (Mijoċen) ta’ marlijiet griżi, bojod u kannella ramlin u, parzjalment, ġebel tar-ramel u ġebel tal-ġir tal-perjodu Litotamnjon Terzjarju. F’xi postijiet madwar Šentjernej, jinstabu wkoll dolomiti aktar antiki, trijadi, b’saffi griżi. Xi wħud mill-vinji fiż-żoni Gorjanci, Krško u Novo Mesto jinsabu parzjalment ukoll fuq dolomiti b’saffi griżi biċ-chert (żnied) ċar. Fiż-żona Krško, il-vinji madwar Raka għandhom il-partikolarità li jinsabu fuq ġebel tal-ġir tal-perjodu Litotamnjon Terzjarju.
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika tal-produzzjoni u l-karatteristiċi tal-prodott li jirriżultaw primarjament jew esklużivament minn dan l-ambjent ġeografiku
Il-klima kontinentali moderata, ix-xejra tal-preċipitazzjoni annwali favorevoli u l-kundizzjonijiet ġeoloġiċi speċifiċi fir-reġjun tal-vitikultura Dolenjska jsawru l-karattru speċifiku u tipiku taz-Cviček, il-karatteristiċi organolettiċi essenzjali tiegħu li fosthom insibu l-kulur tiegħu aħmar ċar għal lewn ir-rubin, l-aroma ta’ frott ta’ bakek żgħar, kemm huwa ħafif u l-freskezza tat-togħma, u l-abbiltà li jinxtorob.
L-għażla ta’ varjetajiet użati għall-produzzjoni taz-Cviček u l-maċerazzjoni tal-maxx, li hija limitata għal mhux aktar minn 4 ijiem f’temperatura taħt it-22 °C, jagħtu lill-inbid karattru frisk tipiku u qawwa alkoħolika baxxa tipika ta’ 8,5 % sa 10,00 % vol. ta’ alkoħol proprju.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titlu tar-rekwiżit / tad-deroga
Preparazzjoni tat-taħlita
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Il-varjetajiet ta’ dwieli li minnhom jista’ jinkiseb iz-Cviček jistgħu jitħalltu bħala għeneb, mostijiet jew inbid.
Titlu tar-rekwiżit / tad-deroga
Inbid fis-suq
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Jista’ jitqiegħed fis-suq biss Cviček fl-imballaġġ oriġinali tiegħu, ħlief fir-reġjun tal-vitikultura Dolenjska, fejn iz-Cviček li ma jkunx fl-imballaġġ oriġinali tiegħu jista’ jiġi offrut lill-konsumaturi finali esklużivament mill-produtturi bil-kundizzjoni li:
—
ikunu rreġistrati bħala produtturi tal-għeneb u tal-inbid f’konformità mal-liġi dwar l-inbid u
—
joffru nbid mill-produzzjoni tal-għeneb u tal-inbid tagħhom stess fl-impjant tal-produzzjoni tagħhom stess, li jkun iddaħħal fir-reġistru tal-produtturi tal-għeneb u tal-inbid.
Iz-Cviček irid jitqiegħed fis-suq mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena kalendarja sentejn wara l-indikazzjoni tas-sena tal-vendemmja.
Iz-Cviček bl-ingrossa maħsub għall-konsum dirett jista’ jiġi kkummerċjalizzat sal-aħħar tas-sena kalendarja sena wara l-immarkar tas-sena tal-vendemmja.
Titlu tar-rekwiżit / tad-deroga
Ibbottiljar tal-inbid
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Imballaġġ fiż-żona ġeografika definita
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Iz-Cviček jiġi imballat fi fliexken jew kontenituri ikbar.
Iz-Cviček jiġi imballat fi fliexken b’volumi ta’ 0,187, 0,375, 0,75, 1 jew 1,5 litru. Il-fliexken jiġu ssiġillati b’tappijiet bil-kamin jew b’tappijiet tas-sufra.
Iz-Cviček jiġi imballat f’kontenituri ikbar b’volumi ta’ bejn 20 litru u 50 litru. Dan l-imballaġġ irid jippermetti li l-inbid jiġi estratt permezz ta’ dispenser billi tintuża pressjoni miżjuda jew pompa xierqa sabiex tiġi pprevenuta l-ossidazzjoni tal-inbid.
Titlu tar-rekwiżit / tad-deroga
Valutazzjoni organolettika tal-inbid
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
L-inbid irid ikun ingħata valutazzjoni organolettika ta’ tal-anqas 15,5 minn organizzazzjoni tal-evalwazzjoni tal-inbid awtorizzata sabiex jitħalla juża d-denominazzjoni Cviček.
Titlu tar-rekwiżit/tad-deroga
Arrikkiment
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Fis-snin meta l-kundizzjonijiet tat-temp għas-sajran tal-għeneb ma jkunux favorevoli u l-għeneb ma jirnexxilux isir, il-most għall-produzzjoni taz-Cviček jista’ jiġi arrikkit b’massimu ta’ 2 % vol. ta’ alkoħol.
Għall-arrikkiment tal-most, jista’ jintuża biss is-sukrożju u l-most tal-għeneb rettifikat u l-most tal-għeneb konċentrat minn varjetajiet ta’ dwieli permessi għall-produzzjoni taz-Cviček, irrispettivament mill-vendemmja. L-għeneb irid jiġi prodott fir-reġjun tal-vitikultura Dolenjska u ma jiġix inkluż fil-kalkolu tal-kompożizzjoni tal-varjetà taz-Cviček.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Sena tal-vendemmja
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
L-indikazzjoni tas-sena tal-vendemmja taz-Cviček hija s-sena li fiha nħasad l-għeneb maħsub għall-produzzjoni taz-Cviček.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Terminu tradizzjonali
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Terminu tradizzjonali li jintuża minbarra l-isem Cviček skont il-liġi nazzjonali huwa: vino s priznanim tradicionalnim poimenovanjem (vino PTP).
Referenza elettronika (url) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.gov.si/novice/2025-09-22-ministrstvo-potrdilo-spremembo-specifikacije-za-vino-cvicek/
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/256/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)
Top