Avviż Legali Importanti
Official Journal L 190 , 12/07/1986 P. 0051 - 0051
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0140
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0140
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2187/86
tal-11 ta’ Lulju 1986
li jemenda għas-seba’ darba r-Regolament (KEE) Nru 1842/81 fir-rigward ta’ ċerti dati għall-għoti ta’ rifużjonijiet aġġustati fil-każ taċ-ċereali esportati fl-għamla ta’ ċertu xorb spirituż
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1579/86 [2], u partikolarment l-Artikolu 16(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1188/81 tat-30 ta’ Mejju 80 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-għoti ta’ rifużjonijiet aġġustati fil-każ taċ-ċereali esportati fl-għamla ta’ ċertu xorb spirituż u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet [3], u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3035/80 rigward ċerti prodotti mhux koperti mill-Anness II tat-Trattat [4], u partikolarment l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1842/81 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1981/83 (6), jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ rifużjonijiet fil-każ ta’ ċereali esportati fl-għamla ta’ ċertu xorb spirituż;
Billi, wara l-bidla fid-dati tas-snin tal-marketing fis-settur taċ-ċereali taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1579/86, id-data għall-iffissar u l-perjodu ta’l-appilkabilità tal-koeffiċjenti u ta’ ċerti dati għan-notifiki minn Stati Membri għandhom jiġu aġġustati;
Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 1842/81 qiegħed b’hekk jiġi emendat kif ġej:
1. L-Artikolu 9 qed jinbidel b’dan li ġej:
"L-Artikolu 9
Il-koeffiċjent imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament (KEE) Nru 1188/81 għandu jiġi ffissat qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.
Dan għandu jgħodd minn dik id-data sat-30 ta’Ġunju tas-sena ta’ wara.
Il-koeffiċjent għandu jiġi ffissat skond l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li tiġi qabel l-iffissar tiegħu."
2. Fl-Artikolu 16(3), id-data ‘16 ta’ Mejju’ qed tinbidel bid-data ‘16 ta’ Ġunju.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1985.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1.
[2] ĠU L 139, ta’ l-24.5.1986, p. 29.
[3] ĠU L 121, tal-5.5.1981, p. 3.
[4] ĠU L 183, ta’ l-4.7.1981, p. 10.
[5] ĠU L 195, tad-19.7.1983, p. 37.
--------------------------------------------------
Top