Avviż Legali Importanti
Official Journal L 210 , 01/08/1986 P. 0039 - 0040
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0125
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0125
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86
tal-31 ta’ Lulju 1986
dwar il-proċedura biex jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ laħam fil-preparazzjonijiet u priżervi ta’ laħam li jaqgħu taħt is-subtitoli ex 16.02 B III b) 1) tan-nomenklatura misjuba fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2184/86
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta’ Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariff Doganali Komuni [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi huma bżonjużi dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi man-nomenklatura misjuba fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2184/86 tal-11 ta’ Lulju 1986 li tiffissa r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella [3], bil-għan li ssir il-klassifikazzjoni ta’ preparazzjonijiet u priżervi li fihom laħam tal-bovini (minbarra l-interjuri u x- xaħam);
Billi, skond is-subtitoli 16.02 B III b) ex 1) ex aa) (11), (22), (33), (44), u 16.02 B III b) ex 1) ex bb) (11), (22), (33), (44) u (55) tan-nomenklatura misjuba fl-Anness ta’ Regolament (KEE) Nru 2184/86, preparazzjonijiet u priżervi li fihom laħam tal-bovini huma kklassifikati skond il-persentaġġ bl-użin ta’ laħam (minbarra l-interjuri u x-xaħam);
Billi hu neċessarju li tiġi ddefinita proċedura għad-determinazzjoni tal-perċentwali bl-użin ta’ laħam (minbarra l-interjuri u x-xaħam);
Billi, b’riżultat ta’ studji magħmuli, il-proċedura mfassla fl-Anness għal dan ir-Regolament tipprovdi l-aqwa protezzjoni;
Billi, minħabba li d-dispożizzjonijiet maħsuba mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffi Doganali Komuni, il-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati, taħt il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 97/69;
Billi tliet xhur wara li l-proposta ġiet sottomessa lilu, il-Kunsill ma aġixxiex u għalhekk huwa xieraq li l-Kummissjoni tadotta d-dispożizzjonijiet proposti taħt il-proċedura msemmija qabel fir-Regolament (KEE) Nru 97/69,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Il-perċentwali bl-użin ta’ laħam fil-preparazzjonijiet u priżervi li fihom laħam tal-bovini (minbarra l-interjuri u x-xaħam) li jaqgħu taħt is-subtitoli 16.02 B III b) ex 1) ex aa) (11), (22), (33), (44), u 16.02 B III b) ex 1) ex bb) (11), (22), (33), (44) u (55) tan-nomenklatura misjuba fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2184/86 jiġu ddeterminati skond il-proċedura deskritta fl-Anness ta’ hawnhekk.
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Lulju 1986.
Għall-Kummissjoni
Cockfield
Viċi President
[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.
[2] ĠU L 191, tad-19.7.1984, p. 1.
[3] ĠU L 190, tat-12.7.1986, p. 19.
--------------------------------------------------
ANNESS
PROĊEDURA TA’ANALIŻI
Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness, il-kelma "laħam" la tkopri interjuri u lanqas xaħam (inkluż xaħam li joħroġ mill-laħam innifsu), lanqas għadam.
Il-perċentwali, bl-użin, ta’ laħam jiġi ddeterminat skond il-proċedura li ġejja:
1. Metodi ta’analiżi
1.1. Analiżi trid issir fuq kampjuni omoġenji u rappreżentattivi tal-preparazzjoni jew priżervi tal-laħam.
1.2. Il-metodi ta’analiżi li għandhom jintużaw huma kif ġej:
1.2.1. Nitroġenu: determinazzjoni tal-kontenut tan-nitroġenu fil-laħam u fil-prodotti bbażati fuq il-laħam - ISO 937: 1978.
1.2.2. Umdità: id-determinazzjoni tal-kontenut ta’ umdità fil-laħam u fil-prodotti bbażati bil-laħam - ISO 1442: 1973.
1.2.3. Xaħam: id-determinazzjoni tal-kontenut totali tax-xaħam fil-laħam u fil-prodotti bbażati fuq il-laħam - ISO 1443: 1973.
1.2.4. Irmied: id-determinazzjoni tal-kontenut ta’ irmied fil-laħam u fil-prodotti bbażati fuq il-laħam - ISO 936: 1978.
1.3. Ir-rekwiżiti ta’ l-istandards ta’ l-ISO msemmija hawn fuq li jikkonċernaw il-proċedura ta’ żamma ta’ kampjuni mhumiex mandatorji għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.
2. Kalkolu tal-kontenut ta’ laħam
Il-kontenut ta’ laħam fil-laħam jiġi kkalkulat permezz tal-formola li ġejja:
M =
NT - N
× 100
bbażat fuq il-laħam
NT = Fejn NT hija n-nitroġenu totali kif iddeterminat bl-analiżi ( %)
Nx = hija n-nitroġenu ta’ oriġini estranea ( %)
Il-kontenut ta’ nitroġenu totali għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ metodu rreferut għalih fil-punt 1.2.1. Aktar minn hekk, id-determinazzjoni kwantitattiva ta’ l-umdità (1.2.2), xaħam (1.2.3) u rmied (1.2.4) tgħin biex il-kontenut ta’ l-ingredjenti l-oħra jiġu mnaqqsa.
Biex isiru korrezzjonijiet li jikkonċernaw in-nitroġenu ta’ oriġini estranea (Nx), huwa bżonnjuż li tkun magħrufa l-kwantità ta’ kull ingredjent li fih in-nitroġenu u l-kontenut ta’ nitroġenu ta’ dawn l-ingredjenti. It-tabella li ġejja turi l-kontenut medju ta’ nitroġenu f’numru ta’ ingredjenti li fihom in-nitroġenu li jistgħu jkunu preżenti fil-preparazzjonijiet jew priżervi ta’ laħam.
Prodotti li mhumiex tal-laħam | Perċentwali ta’ Nitroġenu |
Rusk | 2,0 |
Casein | 15,8 |
Sodju caseinate | 14,8 |
Proteini Soya isolate | 14,5 |
Proteini ta’ textured soya | 8,0 |
Dqiq Soya | 8,0 |
Mono sodju glutamate (MSG) | 8,3 |
Kliewi taċ-ċanga | 2,7 |
Ilsien taċ-ċanga | 3,0 |
Fir-rigward tar-ripetizzjoni tal-metodi ta’analiżi, riferenza għandha ssir għall-istandards ta’ l-ISO msemmija hawn fuq.
Ir-riżultat li għandu jiġi kkunsidrat huwa l-medja ta’ mill-inqas żewġ determinazzjonijiet.
--------------------------------------------------
Top