Avviż Legali Importanti
Official Journal L 095 , 10/04/1986 P. 0017 - 0017
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0183
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0183
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1032/86
tad-9 ta’ April 1986
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2388/84 dwar ir-regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni dwar ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ ta’ ċerti prodotti ta’ ċanga u vitella ippriservati
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunjuu 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2388/84 [3] jipprovdi li ċerti prodotti ippriżervati li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament u li jkunu esportati lejn pajjiżi terzi jkunu eliġibbli għall-rifużjoni speċjali meta jkunu manifatturati permezz ta’ l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [4]; billi, minħabba li l-opportunitajiet li jeżistu fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu adattati bil-mod spjegat hawn taħt;
Billi il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Fit-tieni nċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2388/84, ‘80 %’ hija mibdula bi ‘60 %’.
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ April 1986.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ April 1986.
Għall-Kummissjoni
Franza Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.
[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.
[3] ĠU L 221, tat-18.8.1984, p. 28.
[4] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.
--------------------------------------------------
Top