Avviż Legali Importanti
Official Journal L 316 , 11/11/1986 P. 0009 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0043
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0043
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3425/86
ta’ l-10 ta’ Novembru 1986
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2388/84 dwar ir-regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ ta’ ċerti prodotti ippreservati tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 [1] tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u partikolarment l-Artikolu 18(6) tiegħu,
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2388/84 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1032/86 [4], li jistabbilixxi li ċerti prodotti ppreservati għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament u li huma esportati lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu eliġibbli għal rifużjonijiet speċjali meta jkunu immanifatturati permezz ta’ l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [5]; billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza miġbura mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-piż massimu ta’ dawn il-prodotti ippreservati għandu jiżdied minn 500 għal 2500 gramma;
Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Laħam taċ-Ċanga u tal-Vitella,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
It-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 2 ta’ Regolament (KEE) Nru 2388/84 huwa midbul b’dan li ġej:
"— imqiegħed fil-landi ta’ unità ta’ piż ta’ mhux aktar minn 2500 grammi nett."
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu jkun japplika b’effett mit-3 ta’ Novembru 1986.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Novembru 1986.
Għall-Kummissjoni
Franz Andriessen
Viċi President
[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.
[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.
[3] ĠU L 221, tat-18.8.1984, p. 28.
[4] ĠU L 95, ta’ l-10.4.1986, p. 17.
[5] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.
--------------------------------------------------
Top