Avviż Legali Importanti
Official Journal L 335 , 13/12/1985 P. 0060 - 0060
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0057
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 5 P. 0033
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0057
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 5 P. 0033
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 3520/85
tat-12 ta' Diċembru 1985
li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropei li għalihom id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 28 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 16 u 22 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja,
Billi r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2152/82 [3], għandu jiġi emendat sabiex iqis dawn ir-Regolamenti li ġejjin:
- Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1679/85 tad-19 ta' Ġunju 1985 li jdaħħal miżuri speċjali u temporanji sabiex jintemmu s-servizzi ta' ċerti uffiċjali fis-servizzi xjentifiċi u tekniċi tal-Komunitajiet Ewropei [4],
- Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2799/85 tas-17 ta' Settembru 1985 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra [5],
- Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3518/85 tat-12 ta' Diċembru 1985 li jdaħħal miżuri speċjali sabiex jintemmu is-servizzi ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bħala riżultat ta' l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall [6].
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
"(i) dawk li huma intitolati għall-allowance prevista fil-każ tat-terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1679/85,
(j) dawk li huma intitolati għall-benefiċċju tal-qagħad previst taħt l-Artikolu 28a tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra kif jirriżulta mill-Artikolu 33 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2799/85,
(k) dawk li huma intitolati għall-allowance prevista fil-każ tat-terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEFA, EEC, Euratom) Nru 3518/85,"
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan għandu japplika mid-data li fiha r-Regolamenti rispettivi msemmija fl-Artikolu 1 jidħlu fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 1985.
Għall-Kunsill
Il-President
R. Goebbels
[1] ĠU C 229, tad-9.9.1985, pġ. 97.
[2] ĠU L 74, tas-27.3.1969, pġ. 1.
[3] ĠU L 228, ta' l-4.8.1982, pġ. 5.
[4] ĠU L 162, tal-21.6.1985, pġ. 1.
[5] ĠU L 265, tat-8.10.1985, pġ. 1.
[6] Ara p. 56 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
--------------------------------------------------
Top