Avviż Legali Importanti
Official Journal L 352 , 29/12/1980 P. 0001 - 0001
Greek special edition: Chapter 11 Volume 23 P. 0013
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0073
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 13 P. 0073
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3338/80
tas-16 ta' Diċembru 1980
dwar il-konkluzjoni tal-Ftehim dwar it-twaqqif tal-Kumitat Konġunt u l-Ftehim dwar il-kummerċ ta' prodotti industrijali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kunsidra r-rakommandazzjoni tal-Kummissjoni,
Billi l-Ftehim dwar it-twaqqif tal-Kumitat Konġunt u l-Ftehim dwar il-kummerċ ta' prodotti industrijali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija għandu jiġi approvat,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar it-twaqqif tal-Kumitat Konġunt u l-Ftehim dwar il-kummerċ ta' prodotti industrijali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija huma hawnhekk approvati f'isem il-Komunità.
It-testijiet tal-Ftehim huma mehmuża ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu joħroġ in-notifikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar it-twaqqif tal-Kumitat Konġunt u fl-Artikolu 13 tal-Ftehim dwar il-kummerċ ta' prodotti industrijali [1].
Artikolu 3
Il-Komunità għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-ewwel Ftehim imsejjaħ fl-Artikolu 1 mill-Kummissjoni, megħjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 1980.
F'isem il-Kunsill
Il-President
Colette Flesch
[1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
--------------------------------------------------
Top