Avviż Legali Importanti
Official Journal L 045 , 22/02/1986 P. 0025 - 0025
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/86
tal-21 ta’ Frar 1994
li jistabbilixxi regoli speċjali dettaljati għall-għoti ta’ rifużjonijiet għal ċerti prodotti agrikoli esportati fl-għamla ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness II tat-Trattat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi i-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1018/84 [2], u partikolarment l-Artikolu 12(2) tiegħu,
Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3035/80 tal-11 ta’ Novembru 1980 li jistabilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’l-esportazjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fl-għamla ta’ merkanzija mhux koperta mill-Anness II tat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta’ dawn l-ammonti [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1982/85 [4], jipprovdi li r-rata tar-rifużjonijiet għall-merkanzija li taqa’ taħt l-intestatura Nru 19.03 tat-Tariffa Doganali Komuni wara l-1 ta’ Novembru1985 tista’ tiġi differenzjata skond id-destinazzjoni tagħha; billi mid-19 ta’ Lulju sal-1 ta’ Novembru 1985, il-merkanzija in kwistjoni kienet soġġetta għal rata differenti ta’ rifużjoni meta tiġi esportata lejn l-Istati Uniti u l-Kananda milli meta tiġi esportata lejn pajjiżi membri oħra; billi l-Kanada ġiet inkluża f’din il-miżura minħabba r-relazzjonijiet kummerċjali speċjali ma’l-Istati Uniti; billi l-kondizzjonijiet għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ġew immodifikati fl-1 ta’ Novembru 1985 b’tali mod li jiġġustifika li jiddaħħlu lura kondizzjonijiet ġusti fil-kompetizzjoni għall-esportaturi fis-suq ta’ dawk iż-żewġ stati mhux membri meta l-merkanzija esportata tiddaħħal għal konsum ġo fihom
Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaċ-Ċereali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-merkanzija li taqa’ taħt l-intestatura Nru 1903 tat-Tariffa Doganali Komuni u li tiddaħħal għall-konsum fl-Istati Uniti u l-Kanada wara l-1 ta’ Novembru 1986 u li għaliha r-rifużjoni tkun ġiet iffissata bil-quddiem bejn id-19 ta’ Lulju u l-31 ta’ Ottubru 1985 għandha tkun eliġibbli għar-rata tar-rifużjoni għal pajjiżi oħra mhux membri li tkun fis-seħħ fil-jum li fih tkun tressqet l-applikazzjoni għal ċertifikati ta’l-iffissar bil-quddiem
2. Il-merkanizja li taqa’ taħt l-intestatura Nru 1903 tat-Tariffa Doganali Komuni u li tiddaħħal għall-konsum fl-Istati Uniti u l-Kanada wara l-1 ta’ Novembru 1985 u li għaliha r-rifużjoni ma tkunx ġiet iffissata bil-quddiem għandha tkun eliġibbli għar-rata tar-rifużjoni applikabbli għal pajjiżi oħra mhux membri li tkun fis-seħħ fil-jum li fih il-merkanzija tkun ġiet eportata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan għandu jgħodd b’effett mill-1 ta’ Ġunju 1998.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1985.
Għall-Kummissjoni
Cockfield
Viċi-President
[1] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1.
[2] ĠU L 107, tad-19.4.1984, p. 1.
[3] ĠU L 323, tad-29.11.1980, p. 27.
[4] ĠU L 186, tad-19.7.1985, p. 8.
--------------------------------------------------
Top