Avviż Legali Importanti
Official Journal L 117 , 06/05/1986 P. 0014 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0202
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0202
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1325/86
ta’ l-5 ta’ Mejju 1986
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3143/85 dwar il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’intervent maħsub għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir ikkonċentrat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif emendat l-aħħar minn Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 3143/85 [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 715/86 [4], għamel dispożizzjoni għall-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’intervent maħsub għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir ikkonċentrat;
Billi l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 jistabbilixxi, b’mod partikolari, li l-kuntratt ta’ bejgħ ta’ butir bi prezz imnaqqas għandu jsemmi l-istabiliment fejn il-butir ikkonċentrat għandu jkun magħmul f’pakkett għall-marketing; billi l-esperjenza wriet li l-operaturi qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex isegwu l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħhom; billi din id-dispożizzjoni tintroduċi grad ta’ inflessibilità li mhix essenzjali għall-iskopijiet tal-kontrolli maħsuba għalihom; billi għandha għalhekk tkun merħija;
Billi l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 jiffissa limitu ta’ żmien għall-ipproċessar tal-butir f’butir ikkonċentrat u għall-imballeġġjar tal-butir ikkonċentrat; billi d-drawwa reċenti mhux favorevoli fil-bejgħ ta’ butir ikkonċentrat tfisser li l-operaturi mhumiex aktar kapaċi li jżommu mal-limitu ta’ żmien imqiegħed mingħajr ma jidħlu f’riskju kummerċjali konsiderevoli relatat mad-data ta’ l-aħħar permess ta’ l-użu indikat fuq il-pakkett tal-butir ikkonċentrat taħt regoli nazzjonali; billi s-sitwazzjoni ekonomika tista’ tikkomprometti l-futur tas-sistema; billi l-limitu ta’ żmien kif iffissat għandu jitneħħa temporanjament;
Billi l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 jistipula li l-pakketti għandhom ikollhom kontenut massimu nett ta’ tliet kilogrammi; billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza miġbura u, b’mod partikolari, bid-domanda minn ristoranti u stabilimenti tal-komunità, il-kontenut massimu nett għandu jiżdied b’10 kilogrammi;
Billi l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 jistipula li l-gass nitroġenu jista’ jiġi miżjud mal-butir ikkonċentrat f’ċerti limiti; billi l-esperjenza wriet li ż-żieda fil-volum permessa li tirriżulta mit-trattament irriferut għalih fl-Artikolu msemmi għandu jiġi miżjud għal butir ikkonċentrat b’kontenut ta’ xaħam ta’ butir minimu ta’ 99,8 % billi, aktar minn hekk, jidher mixtieq li tiġi merħija d-dispożizzjoni rriferut għaliha fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4) li jikkonċerna s-siġillar tal-pakketti;
Billi d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma għall-benefiċċju ta’ l-operaturi u għandhom, għalhekk, jiġu applikati mal-kuntratti kurrenti;
Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 3143/85 huwa hawnhekk emendat hekk kif ġej:
1. Dan li ġej huwa miżjud mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(4):
"Izda wara l-ftehim mill-aġenzija responsabbli, il-butir kollu kkonċentrat jista’ jiġi mballeġġjat għall-marketing fi stabiliment ieħor minbarra dak li jissemma fil-kuntratt tal-bejgħ."
2. Dan li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 4(4):
"Iżda, għal kuntratti ffirmati qabel l-1 ta’ Mejju 1986, il-perjodu msemmi hawn fuq jagħlaq fl-1 ta’ Settembru 1986."
3. L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
(a) Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud ma’ paragrafu 3:
"Iżda, fil-każ ta butir ikkonċentrat b’kontenut ta’ xaħam ta’ butir massimu ta’ 99,8 %, iż-żieda fil-volum minn dan it-trattament ma tistax teċċedi 20 % tal-butir ikkonċentrat qabel it-trattament."
(b) Il-kliem ‘pakketti ssiġġillati ermetikalment "fit-tieni subparagrafu ta" paragrafu 4 huma mibdula bil-kliem "pakketti ssiġġillati."
(ċ) Il-kliem ‘ "tliet kilogrammi" fil-paragrafu 5 huma mibdula bil-kliem "10 kilogrammi".
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dak inhar tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Mejju 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi President
[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.
[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.
[3] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9.
[4] ĠU L 65, tas-7.3.1986, p. 18.
--------------------------------------------------
Top