Avviż Legali Importanti
Official Journal L 260 , 12/09/1986 P. 0008 - 0009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2811/86
tal-11 ta’ Settembru 1986
li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 1665/72, (KEE) Nru 3083/73, (KEE) Nru 1546/75, (KEE) Nru 2514/78 u (KEE) Nru 1117/79 li jikkonċernaw is-settur taż-żerriegħa
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żerriegħa [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1355/86 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 3 (5), 3a (4), 4 (2), u 6 (5) u (9) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 tal-11 ta’ Ġunju 1985 dwar il-valur ta’ l-unità tal-kont u r-rati ta’ konverżjoni li għandhom jiġu applikati għall-iskopijiet tal-politika komuni agrikola [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1355/86 emenda r-Regolament (KEE) Nru 2358/71 billi żied sorgu ibridu għaż-żriegħ mal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żerriegħa u billi għamel l-istess prodott suġġett għas-sistema ta’ prezzijiet ta’ referenza li japplikaw għall-qamħirrum ibridu;
Billi skond l-Artikoli 106 u 300 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni l-għajnuna li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/7 għandha tingħata għaż-żerriegħa prodotta fi Spanja u l-Portugall; billi li l-ġrajja operattiva fir-rigward ta’ l-għajnuna relatata mas-sena tat-tqegħid fis-suq 1985/86 għandha tiġi stabbilita; billi l-1 ta’ Marzu 1986 għandu jitqies bħala d-data meta ġrat il-ġrajja operattiva; billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 465/86 tal-25 ta’ Frar 1986 li jiffissa l-ammonti ta’ l-għajnuna għaż-żerriegħa applikabbli fi Spanja u l-Portugall għas-snin tat-tqegħid fis-suq 1985/86, 1986/87 u 1987/88 [4] ma pprovdiex għall-għajnuna għaż-żerriegħa maħsuda fil-Portugall matul is-sena tat-tqegħid fis-suq 1985/86;
Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1134/68 tat-30 ta’ Lulju 1968 li jistipula r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 653/68 dwar il-kondizzjonijiet għal tibdil tal-valur ta’ l-unità tal-kont użat għall-politika komuni agrikola [5] ġie imħassar bir-Regolament (KEE) Nru 1675/85;
Billi, għalhekk, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni li ġejjin għandhom jiġu emendati:
- ir-Regolament (KEE) Nru 1665/72 tat-28 ta’ Lulju 1972 dwar regoli dettaljati għall-istabbilizzar tal-prezzijiet ta’l-offerta ħielsa fil-fruntiera u l-iffissar tat-taxxa fuq prodotti ssusidjati ta’ qamħirrum ibridu għaż-żriegħ [6];
- ir-Regolament (KEE) Nru 3083/73 ta’ l-14 ta’ Novembru 1973 dwar il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żerriegħa [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1377/79 [8];
- ir-Regolament (EEC) Nru 1546/75 tat-18 ta’ Ġunju 1975 li jiddefinixxi ż-żmien li fih l-għajnuna fir-rigward taż-żerriegħa ssir dovuta u għandha titħallas [9];
- ir-Regolament (KEE) Nru 2514/78 tas-26 ta’ Ottubru 1978 dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istati Membri tal-kuntratti għall-multiplikazzjoni taż-żerriegħa fil-pajjiżi li m’humiex membri [10];
- ir-Regolament (KEE) Nru 1117/79 tas-6 ta’ Ġunju 1979 li jispeċifika l-prodotti fis-settur taż-żerriegħa li għandhom ikunu suġġetti għas-sistema ta’ liċenzi ta’ importazzjoni [11],
Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għaż-Żerriegħa,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-Regolament (KEE) Nru 1665/72 huwa b’dan emendat kif ġej:
1.1. Fit-titolu tar-Regolament, dan li ġej huwa miżjud wara
"għall-qamħirrum ibridu għaż-żriegħ"
:
"u sorgu ibridu għaż-żriegħ.".
1.2. Fl-Artikolu 4, dan li ġej huwa miżjud wara
"qamħirrum ibridu"
:
"u sorgu ibridu.".
2. Ir-Regolament (KEE) Nru 3083/73 huwa b’dan emendat kif ġej:
2.1. Fl-uniku Artikolu, dan li ġej huwa miżjud wara
"qamħirrum ibridu għaż-żriegħ"
:
"u sorgu ibridu għaż-żriegħ.".
2.2. Fil-punti 10 u 11 ta’ l-Anness, wara "qamħirrum ibridu" dan li ġej huwa miżjud: "u għal sorgu ibridu" u "u ta’ sorgu ibridu" rispettivament.
2.3. Fin-Nota Nru 9, l-ewwel inċiż, dan li ġej huwa miżjud wara
"qamħirrum ibridu"
:
"u sorgu ibridu.".
3. L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1546/75 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 1
Il-ġrajja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1676/85 li fiha l-għajnuna fir-rigward taż-żerriegħa tkun saret dovuta u għandha titħallas u għandha titqies li tkun seħħet fl-1 ta’ Awissu wara l-bidu ta’ kull sena tat-tqegħid fis-suq. Iżda għall-1985/86 il-ġrajja li fiha l-għajnuna fir-rigward taż-żerriegħa maħsuda fi Spanja tkun saret dovuta u għandha titħallas titqies li ġrat fl-1 ta’ Marzu 1986."
4. Fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2514/78, fil-punt 7, dan li ġej huwa miżjud:
"u sorgu ibridu."
.
5. Fit-tabella ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1117/79, dan li ġej huwa miżjud:
"10.07 | C.Sorgu: |
| I.Ibridi għaż-żriegħ." |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fit-tielet ġurnata li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1986.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Settembru 1986.
Għall-Kummissjoni
Franz Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.
[2] ĠU L 118, tas-7.5.1986, p. 1.
[3] ĠU L 164, ta’ l-24.6.1985, p. 1.
[4] ĠU L 53, ta’ l-1.3.1986, p. 20.
[5] ĠU L 188, ta’ l-1.8.1968, p. 1.
[6] ĠU L 175, tat-2.8.1972, p. 40.
[7] ĠU L 314, tal-15.11.1973, p. 20.
[8] ĠU L 166, ta’ l-4.7.1979, p. 6.
[9] ĠU L 157, tad-19.6.1975, p. 14.
[10] ĠU L 301, tat-28.10.1978, p. 10.
[11] ĠU L 139, tas-7.6.1979, p. 11.
--------------------------------------------------
Top