Avviż Legali Importanti
Official Journal L 267 , 19/09/1986 P. 0013 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0273
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0273
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2889/86
tat-18 ta’ Settembru 1986
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3143/85 dwar il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’ intervent maħsub għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir ikkonċentrat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1335/86 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1741/86 [4], introduċa skema għall-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’ intervent għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir ikkonċentrat;
Billi l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 jiffissa limiti ta’ żmien għall-ipproċessar ta’ butir f’butir ikkonċentrat u l-imballaġġ tiegħu; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1325/86 [5] introduċa deroga mil-limitu ta’ żmien għal kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Mejju 1986, minħabba li t-tendenza mhux favorevoli fil-bejgħ ta’ butir ikkonċentrat tfisser li l-operaturi ma setgħux jilħqu l-limitu ta’ żmien mingħajr ma jidħlu f’riskji kummerċjali konsiderevoli, bl-obbligazzjonijiet tagħhom taħt il-proviżjoni nazzjonali li juru fuq il-pakketti d-data finali għall-użu; billi l-kampanja ta’ reklamar imwaqqfa issa biex tippromwovi l-użu ta’ butir ikkonċentrat mhux se tipproduċi riżultati għal xi żmien; billi l-limitu ta’ żmien għal kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Mejju 1986 għandhom għalhekk jiġu estiżi aktar biex l-operaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kampanja;
Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 "1 ta’ Settembru 1986" hi mibdula b’"1 ta’ Novembru 1986".
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dak inhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Settembru 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi President
[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.
[2] ĠU L 119, tat-8.5.1986, p. 19.
[3] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9.
[4] ĠU L 151, tal-5.6.1986, p. 20.
[5] ĠU L 117, tas-6.5.1986, p. 14.
--------------------------------------------------
Top