Avviż Legali Importanti
Official Journal L 331 , 25/11/1986 P. 0009 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0063
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0063
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3574/86
ta’ l-24 ta’ Novembru 1986
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2806/79 dwar l-iskambju bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ta’ ċerta informazzjoni rigward il-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1475/86 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 22,
Peress illi kwotazzjonijiet għal karkassi tal-majjal iridu jkunu stabbiliti fil-Komunità mill-1 ta’ Awissu 1986 bi qbil ma’ l-iskala tal-Komunità biex ikunu klassifikati l-karkassi tal-majjal kif imniżżel mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 [3]; peress illi, madankollu, l-Istati Membri jistgħu minflok ikomplu sal-31 ta’ Diċembru 1988 japplikaw l-iskala stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/75 [4];
Peress illi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2806/79 [5] jipprovdi għall-iskambju bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ta’ ċerta informazzjoni dwar prezzijiet fis-settur tal-laħam tal-majjal; peress illi għandu jkun emendat fid-dawl tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2342/86 tal-25 ta’ Lulju 1986 dwar l-istadju ta’ bejgħ li għalih il-prezzijiet medji għall-karkassi tal-majjal jirreferu u jniżżel regoli transitorji għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84 [6], li jiddefinixxi mill-ġdid il-bażi biex ikun stabbilit il-prezz medju tas-suq għall-karkassi tal-majjal;
Peress illi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-Laħam tal-Majjal,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Regolament (KEE) Nru 2806/79 huwa hawnhekk emendat kif ġej:
1. L-Artikolu 1(1)(a) huwa mibdul b’dan li ġej:
"(a) il-kwotazzjonijiet kif stabbiliti bi qbil mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2342/86 [1] ĠU L 203, tas-26.7.1986, p. 18.."
2. Artikolu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:
"Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni darba fix-xahar għax-xahar ta’ qabel:
- fejn ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 [1] ĠU L 301, ta’ l-20.11.1984, p. 1. huwa applikat, il-medja tal-kwotazzjonijiet għall-karkassi tal-majjal għal gradi kummerċjali E sa P kif speċifikati fl-Artikolu 3(2);
- fejn Regolament (KEE) Nru 2760/75 huwa applikat, il-medja tal-kwotazzjonijiet għall-karkassi tal-majjal għall-gradi kummerċjali E sa IV kif speċifikat fl-Anness I għal dak."
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-gurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Novembru 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.
[2] ĠU L 133, tal-21.5.1986, p. 39.
[3] ĠU L 301, ta’ l-20.11.1984, p. 1.
[4] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 10.
[5] ĠU L 319, ta’ l-14.12.1979, p. 17.
[6] ĠU L 203, tas-26.7.1986, p. 18.
--------------------------------------------------
Top