Avviż Legali Importanti
Official Journal L 361 , 20/12/1986 P. 0018 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0099
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0099
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3886/86
tad-19 ta’ Diċembru 1986
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1119/79 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni taż-żrieragħ
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1355/86 [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jipprovdi li liċenzji ta’ importazzjoni huma meħtieġa għal ċerti prodotti fis-settur taż-żrieragħ; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2811/86 [3] jemenda, inter alia, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1117/79 li jispeċifika l-prodotti fis-settur taż-żrieragħ li huma soġġetti għas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni [4] biex isir hybrid sorghum għaż-żriegħ soġġett għas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni; billi r-Regolament (KEE) Nru 1119/79 [5] għandu jiġi emendat kif xieraq;
Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaż-Żrieragħ,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1119/79, il-kliem "għal qamħirrun hybrid għaż-żriegħ" għandu jitħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi President
[1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.
[2] ĠU L 118, tas-7.5.1986, p. 1.
[3] ĠU L 260, tat-12.9.1986, p. 8.
[4] ĠU L 139, tas-7.6.1979, p. 11.
[5] ĠU L 139, tas-7.6.1979, p. 13.
--------------------------------------------------
Top