Avviż Legali Importanti
Official Journal L 065 , 07/03/1986 P. 0016 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0150
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0150
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 713/86
tas-6 ta’ Marzu 1986
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3143/85 dwar il-bejgħ bi prezz imnaqqas ta’ butir ta’ intervent maħsub għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir ikkonċentrat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3812/85 [4], jagħmel arranġamenti għall-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’ intervent għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir ikkonċentrat;
Billi l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 jgħid illi ċerti sustanzi jistgħu jiġu inkorporati fil-butir ikkonċentrat; billi fid-dawl ta’ l-esperjenza l-inkorporazzjoni ta’ sodium chloride għandu wkoll jiġi permess; billi l-kontenut massimu ta’ sitosterol u ta’ stigmasterol inkorporat fil-butir taħt il-formoli I u II imniżżla f’dak l-Artikolu għandhom ikoll jiġu mibdula;
Billi l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 jgħid illi pakketti ta’ butir ikkonċentrat għandu jkollhom fuqhom ċerti kliem bi stampar ċar u li jinqara; billi l-kliem bil-lingwa Daniża għandu jkun amplifikat;
Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej:
1. It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej:
"Iżda, jista’ jiġi inkorporat fil-butir ikkonċentrat massimu ta’ 2 % ta’ komponenti ta’ ħalib niexef bla xaħam u/jew 0,5 % lecithin (E 322) u/jew 0,75 % sodium chloride."
2. Fil-formola I u II fil-paragrafu 2, "4 % sitosterol" hija mibdula b’"6 % sitosterol".
3. L-ewwel inċiż tal-paragrafu 4 qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej:
"Stege- øg bagesmøer" jew "stegesmøer".
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Marzu 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi President
[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.
[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.
[3] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9.
[4] ĠU L 368, tal-31.12.1985, p. 3.
--------------------------------------------------
Top