Avviż Legali Importanti
Official Journal L 065 , 07/03/1986 P. 0018 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0151
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0151
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 715/86
tas-6 ta’ Marzu 1986
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3143/85 dwar il-bejgħ bi prezz imnaqqas ta’ butir ta’ intervent maħsub għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir ikkonċentrat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 (7) tiegħu,
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 000/86 [4], għamel disposizzjonijiet għall-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’ intervent għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir ikkonċentrat;
Billi l-Artikolu 2 (4) u l-Artikolu 4 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 iffissat limiti ta’ żmien għat-tneħħija tal-butir, għall-ipproċessar tiegħu f’butir ikkonċentrat u għall-imballeġġjar tal-butir ikkonċentrat; billi l-esperjenza wriet li l-operaturi qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jilħqu dawn il-limiti ta’ żmien; billi għandhom għalhekk jiġu estiżi;
Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru) 3143/85 qiegħed jiġi emendat kif ġej:
1. Fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 (4), ‘12-il jum’ hija mibdula bi ‘15-il jum’.
2. Fl-Artikolu 4 (4), ‘60 jum’ hija mibdula b’‘90 jum’.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu jkun japplika għall-kuntratti li saru diġà.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Marzu 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.
[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.
[3] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9.
[4] Ara page 00 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
--------------------------------------------------
Top