Avviż Legali Importanti
Official Journal L 351 , 24/12/1980 P. 0014 - 0014
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 9 P. 0205
Greek special edition: Chapter 16 Volume 2 P. 0056
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 9 P. 0205
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3346/80
tat-23 ta' Diċembru 1980
li jemenda Regolament (KEE) Nru 2415/78 dwar it-threshold statistika fl-istatistiċi tal-kummerċ estern fil-Komunità u l-Istatistiċi tal-Kummerċ bejn l-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari l-Artikolu 146 tiegħu,
Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 22 ta' dan l-Att, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2415/78 tas-17 ta' Ottubru 1978 dwar -Istatistiċi tad-dħul fl-Istatistiċi tal-kummerċ estern fil-Komunità u l-Istatistiċi tal-Kummerċ bejn l-Istati Membri [1] trid tiġi addattata bi qbil mal-linji ta' gwida mniżżla fl-Anness II ta' dan l-Att, biż-żieda, b'rispett lejn il-Greċja, tal-valur ekwivalenti fi drachmas tad-dħul statistiku ta' 300 unitajiet Ewropej tal-kontijiet,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2415/78 hu hawnhekk emendat biż-żieda ta' dan li ġej: "għall-Greċja : Dr 12500"
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1981.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 1980.
Għall-Kummissjoni
François-xavier Ortoli
Viċi-President
[1] ĠU Nru L 292 tat-18.10.1978, pġ.19.
--------------------------------------------------
Top