Avviż Legali Importanti
Official Journal L 332 , 10/12/1985 P. 0019 - 0021
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0050
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 4 P. 0038
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0050
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 4 P. 0038
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3460/85
tas-6 ta' Diċembru 1985
li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-għoti ta' indennizz bħala kumpens għas-sardin tal-Mediterran
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u partikolarment l-Artikoli 171 u 358 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3117/85 ta' l-4 ta' Novembru 1985 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-għoti ta' indennizz bħala kumpens għas-sardin tal-Mediterran [1], u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3117/85 jippreskrivi l-kondizzjonijiet dwar l-għoti ta' indennizzi bħala kumpens, dwar prodotti eliġibbli u forom ta' proċessar, il-limitu ta' 43 tunnellati metriċi u l-benefiċjarji ta' l-iskema, u jiffissa l-metodi biex jiġi kalkolat l-għoti ta' flus imsemmi;
Billi din l-iskema trid tiġi applikata għal dawk il-kategoriji ta' sardin li x'aktarx jitqiegħdu fis-suq l-aktar faċilment wara l-proċessar;
Billi d-disposizzjonijiet dwar is-saħħa u dawk tekniċi preskritti mill-awtoritajiet nazzjonali jiżguraw li l-prodotti in kwistjoni għaddew kompletament u definittivament minn wieħed mill-proċessi msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3117/85; billi l-konformità tal-prodotti proċessati in kwistjoni mad-disposizzjonijiet imsemmija trid tkun suġġetta għal verifika;
Billi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni dwar il-kwantitajiet li għalihom kull produttur stabbilit fit-territorju tiegħu jkun eliġibbli għall-indennizz għandha tkun ta' l-Istati Membri;
Billi, biex jiġi mħares il-limitu kwantitattiv tal-Komunità ta' 43000 tunnellati metriċi previst għal din l-iskema, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni fil-bidu tas-sena tas-suq bil-kwantitajiet totali mogħtija; billi, meta approprjat, ikun meħtieġ li wieħed jiddisponi għal metodi li jnaqqsu l-kwantitajiet totali jekk il-limitu kwantitattiv massimu jinqabeż;
Billi biex jiġi żgurat li l-ħlas ta' l-indennizz imsemmi għall-kwantitajiet li dwarhom ikun stabbilit l-intitolament isir fi żmien raġonevoli, il-perjodu massimu għall-proċessar u l-preżentazzjoni mill-proċessur ta' applikazzjoni għall-ħlas ta' l-indennizz għandu jkun iffissat għal sitt xhur mid-data tal-kunsinna;
Billi, biex jitħaffef il-ħlas ta' l-indennizz, għandha ssir disposizzjoni biex il-produttur jew l-organizzazzjoni tal-produtturi joħorġu konferma bil-miktub li tiċċertifika li kull kwantità mibjugħa tifforma parti mill-kwantità eliġibbli għall-indennizz kif determinata għall-produttur jew organizzazzjoni ta' produtturi konċernati; billi, barra minn hekk, għall-finijiet ta' verifiki tal-konfermi maħruġa, għandha ssir disposizzjoni biex Stati Membri jibdlu l-informazzjoni meħtieġa li għandha x’taqsam ma’ dawn il-konfermi
Billi, biex ikun żgurat kontroll kostanti, dawk li jikkwalifikaw għall-indennizz għandhom dejjem iżommu lill-awtorità ta' spezzjoni infurmata bl-attivitajiet ta' proċessar tagħhom;
Billi, skond l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' Adeżjoni, l-isituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu, qabel l-adeżjoni, jadottaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 171 u 358 ta' l-Att;
Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal Prodotti tas-Sajd,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli dettaljati għall-għoti ta' indennizz bħala kumpens, hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ l-indennizz", imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3117/85 dwar sardin tal-Mediterran.
Artikolu 2
1. L-indennizz għandu jingħata biss għal dak is-sardin mibjugħ lil proċessur għal finijiet ta' proċessar komplet u definittiv skond il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3117/85, skond id-disposizzjonijiet ta' saħħa u dawk tekniċi li jirrigwardaw prodotti maħsuba għall-konsum tal-bniedem fis-seħħ fl-Istat Membru li jkun stabbilit fih il-proċessur.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, proċessur ifisser kull persuna naturali jew ġuridika illi:
- tipproċessa sardin tal-Mediterran b'xi wieħed mill-metodi previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3117/85,
- tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fil-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru konċernat għal proċessar b'wieħed mill-metodi msemmija.
Artikolu 3
1. Il-kwantità eliġibbli għall-indennizz għandha tkun determinata kull sena għal kull sena tas-suq u għal kull produttur jew organizzazzjoni ta' produtturi fuq talba tiegħu, proviżorjament mill-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti l-produttur jew l-organizzazzjoni ta' produtturi, fuq il-bażi tal-kwantità annwali li l-produttur jew l-organizzazzjoni tal-produtturi jkunu biegħu lill-industrija ta' proċessar tal-Komunità għall-finijiet ta' ħidmiet ta' proċessar eliġibbli skond dan ir-Regolament, matul il-perjodu ta' referenza 1982 sa 1984.
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, xahar qabel il-bidu ta' kull sena tas-suq, bil-kwantità kollha eliġibbli għall-indennizz kif proviżorjament determinata għas-sena tas-suq li jmiss, imqassma f'kategoriji ta' prodott u operazzjoni ta' proċessar. Barra dan l-Istati Membri konċernati għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil f'din il-kwantità.
Billi s-somma tal-kwantitajiet proviżorjament determinati minn kull Stat Membru taqbeż l-ogħla limitu previst fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3117/85, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Istati Membri konċernati, għandha tiddeċiedi dwar il-kwantitajiet kollha eliġibbli għal-indennizz jew kull Stat Membru, skond il-kriterji preskritti fil-paragrafu 1.
Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-kwantitajiet konċernati f'perjodu ta' 30 jum min-notifika tagħha, u fin-nuqqas ta' dan il-kwantitajiet determinati jiġu kkunsidrati bħala li ġew aċċettati.
3. L-allokazzjoni finali tal-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir wara li l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni dwar il-kwantità kollha determinata minn kull Stat Membru, skond il-paragrafu 2.
Artikolu 4
1. Il-produttur jew l-organizzazzjoni tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jagħtu lill-proċessur, waqt kull bejgħ, konferma bil-miktub li tkun tinkludi l-isem tal-bejjiegħ, l-isem tax-xerrej, il-kwantità u l-prezz tal-prodotti koperti mill-bejgħ, u li għandha tgħid li din il-kwantità tifforma parti mill-kwantità eliġibbli allokata lill-produttur jew organizzazzjoni ta' produtturi skond l-Artikolu 3(1).
Il-produttur jew organizzazzjoni ta' produtturi in kwistjoni għandhom jibagħtu kopja ta' din il-konferma bla dewmien lill-Istat Membru li jkun iffissa l-kwantità eliġibbli.
2. Qabel ma jitħallas l-indennizz, l-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti l-produttur jew l-organizzazzjoni ta' produtturi għandhom jiċċekkjaw li l-ammont globali tal-kwantitajiet mibjugħa skond kull konferma ma jaqbiżx il-kwantità eliġibbli allokata lill-produttur jew organizzazzjoni ta' produtturi in kwistjoni għas-sena tas-suq konċernata.
3. Meta l-prodott ikun proċessat fi Stat Membru għajr dak li fih il-bejjiegħ ikun stabbilit, l-Istat Membru li fih isir il-proċessar għandu jibgħat ta' kull xahar lill-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-bejjiegħ, bil-ħsieb ta' l-iċċekkjar imsemmi fil-paragrafu 2, lista tal-konfermi li jkun irċieva x-xahar ta' qabel skond l-Artikolu 5. L-iċċekkjar għandu jsir minnufih malli tasal il-lista in kwistjoni u r-riżultat tiegħu għandu jiġi notifikat bla dewmien lill-Istat Membru li jkun wettaq l-iċċekkjar.
4. Fil-każi fejn Stat Membru li jkun għamel l-iċċekkjar imsemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx jista’ jasal għal deċiżjoni finali dwar xi konferma partikolari, dan l-Istat Membru għandu jitlob lill-produttur jew organizzazzjoni ta' produtturi li jkunu ħarġu l-konferma in kwistjoni li jiġġustifikaw lil din ta' l-aħħar f'perjodu ta' mhux aktar minn xahar.
Artikolu 5
1. Malli jintemmu l-operazzjonijiet ta' proċessar u mhux aktat tard minn sitt xhur wara d-data tal-kunsinna attwali tal-prodotti, il-proċessur konċernat jista’ jagħmel applikazzjoni għall-ħlas ta' l-indennizz.
2. L-indennizz għandu jitħallas lill-proċessur mill-Istat Membru li fih ikun sar il-proċessar, wara li jintbagħtu:
- il-fattura tal-bejgħ jew ir-riċevuta tal-prodott, li għandu jkollhom għall-inqas l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet konċernati u l-kwantità, il-prezz tax-xiri kif attwalment tħallas lill-produttur jew lill-organizzazzjoni tal-produtturi u d-data tal-kunsinna għal kull kategorija ta' prodotti mixtrija;
- prova tal-ħlas ta' l-oġġetti bil-prezz imsemmi fl-ewwel inċiż;
- il-konferma msemmija fl-Artikolu 4;
dwar mhux aktar mill-kwantitajiet eliġibbli għall-indennizz kif determinati skond l-Artikolu 3 u wara l-iċċekkjar tal-konfermi skond l-Artikolu 4(2).
3. Meta l-iċċekkjar imsemmi fl-Artikolu 4(2) jindika li l-kwantitajiet mibjugħa minn produttur jew organizzazzjoni ta' produtturi taqbeż il-kwantità eliġibbli allokata lill-produttur jew organizzazzjoni ta' produtturi għas-sena tas-suq konċernata jew meta l-organizzazzjoni ta' produtturi tonqos milli tagħti risposta sodisfaċenti fil-perjodu speċifikat fl-Artikolu 4(4), l-indennizz m'għandux jitħallas.
Artikolu 6
1. L-Istati Membri konċernati għandhom joħolqu sistema ta' kontroll għall-verifika ta' l-eliġibbiltà ta' prodotti li għalihom tkun saret applikazzjoni għal indennizz u għall-ħarsien tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
2. Ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tas-sistema ta' kontroll għandhom jitfasslu mill-Istat Membru u għandhom jinkludu għall-inqas:
- is-sottomissjoni mill-proċessur ta' dokumenti ta' appoġġ użati fid-determinazzjoni ta' l-intitolament tiegħu għal ħlas ta' indennizz,
- iż-żamma, mill-produttur jew organizzazzjoni ta' produtturi, ta' rekords ta' bejgħ li jkun sar skond it-termini ta' dan ir-Regolament li jispeċifikaw dwar kull operazzjoni ta' bejgħ, id-data, xerrej, kwantità u kwalità tal-prodott mibjugħ,
- għall-għan ta' verifika sħiħa u definittiva, iż-żamma ta' kontijiet ta' ħażna mill-proċessur li juru, b'mod partikolari:
- il-kwantità ta' prodotti mixtrija, fi speċi u kategoriji, id-data ta' aċċettazzjoni u n-numru tal-fattura jew irċevuta,
- id-dati ta' meta nbeda u ntemm il-proċess,
- il-kwantità proċessata, fi speċi, kategoriji u tip ta' proċessar, u l-post tal-proċessar
- spezzjonijiet diretti fl-industriji ta' proċessar konċernati,
- definizzjoni tad-dettalji li għandhom ikunu inklużi fl-applikazzjoni għall-indennizz imsemmi fl-Artikolu 5.
Artikolu 7
1. Meta ksur ta' l-iskema dwar l-indennizzi, b'implikazzjonijiet limitati, ikun sar minn benefiċjarju ta' l-indennizz u jiġi muri mill-istess benefiċjarju, għas-sodisfazzjon ta' l-Istat Membru konċernat, li dak il-ksur ma sarx bil-ħsieb ta' frodi jew b'riżultat ta' negliġenza kbira, l-Istat Membru għandu jżomm ammont ugwali għal 10 % tal-prezz ta' irtirar tal-Komunità għal sardin ta' l-Atlantiku applikabbli għall-kwantitajiet li jkunu s-suġġett tal-ksur u li kienu maħsuba biex jikkwalifikaw għall-indennizz jew li għalihom kien tħallas l-indennizz.
2. Kull xahar, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni b'dawk il-każi fejn ikunu applikaw il-paragrafu1.
Artikolu 8
Il-kwantitajiet mibjugħa skond dan ir-Regolament għandhom jiddaħħlu speċifikament fl-aħħar kolonna tar-reġistru, li kampjun tiegħu jinsab fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3138/82 [2].
Artikolu 9
1. L-Istati Membri konċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, bil-miżuri ta' kontroll li ddaħħlu skond l-Artikolu 6(1).
2. L-Istati Membri għandhom ukoll jgħarrfu lill-Kummissjoni, kull xahar, bil-kwantitajiet proċessati li kkwalifikaw għall-indennizz matul ix-xahar ta' qabel, imqassma f'kategoriji ta' kummerċ, u t-tip ta' proċessar imwettaq, u bl-infiq konness ma’ l-għoti ta' l-indennizz in kwistjoni.
Artikolu 10
Ir-rata ta' konverżjoni applikabbli għall-indennizz għandha tkun ir-rata rappreżentattiva fis-seħħ fid-data tal-kunsinna tal-prodott.
Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1986 bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 1985.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU L 297, tad-9.11.1985, pġ. 1.
[2] ĠU L 335, tad-29.11.1982, pġ. 9.
--------------------------------------------------
Top