Avviż Legali Importanti
Official Journal L 368 , 28/12/1982 P. 0027 - 0028
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0063
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 2 P. 0042
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0063
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 2 P. 0042
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3510/82
tat-23 ta' Diċembru 1982
li jiffissa l-fatturi ta' konverżjoni applikabbli għat-tonn
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 3796/81 tad-29 ta' Diċembru 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 17(6) tiegħu,
Billi prezz ta' produttur tal-Komunità jiġi ffissat kull sena għal tonn maħsub għall-industrija tal-mili fil-laned;
Billi l-fatturi ta' konverżjoni applikabbli għall-ispeċi differenti, daqsijiet u preżentazzjonijiet tat-tonn għandhon jiġu ffissati;
Billi l-miżur li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Prodotti tas-Sajd,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Il-fatturi ta' konverżjoni applikabbli għall-ispeċi differenti, daqsijiet u preżentazzjonijiet tat-tonn għandhom ikunu elenkati fl-Anness hawn mehmuż.
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel,
fit-23 ta' Diċembru 1982.
Għall-Kummissjoni
Giorgios Contogeorgis
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 379, tal-31.12.1981, p. 1.
--------------------------------------------------
L-ANNESS
I. Fatturi ta' konverżjoni applikabbli għall-ispeċi differenti ta' tonn
Speċi | fattur ta' konverżjoni |
A.Yellowfin (Thunnus albacares)
—li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | 1 |
—li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | 0·91 |
B.Albacore (Thunnus alalunga)
—li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | 1·14 |
—li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | 1·45 |
Ċ.Speċi oħra | 0·64 |
II. Fatturi ta' konverżjoni applikabbli għal kull waħda mill-ispeċi li għalihom tirreferi t-Taqsima I skond il-preżentazzjoni
Preżentazzjoni | Fattur ta' konverżjoni |
A.Sħiħ | 1 |
B.Imnaddaf u mingħajr garġi | 1·14 |
Ċ.Oħrajn | 1·24 |
--------------------------------------------------
Top