Avviż Legali Importanti
Official Journal L 356 , 11/12/1981 P. 0026 - 0027
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0096
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 9 P. 0018
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0096
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 9 P. 0018
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3557/81
tat-8 ta' Diċembru 1981
dwar il-klassifika ta' oġġetti li jaqgħu taħt is-sottotitolu 48.07 tat-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat minn l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari Artikolu 3 tiegħu,
Filwaqt li, sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklaturi tat-Tariffa Doganali Komuni, huwa meħtieġ li jkunu addottati dispożizzjonijiet dwar il-klassifika ta' prodott maħdum f'rollijiet li jikkonsistu f'żewġ folji magħqudin flimkien, il-waħda ta' kartonċin b'saħħtu semi-ibbliċjat b'piż ta' 320 g/m2 u miksi fuq iż-żewġ naħat minn saff ta' politin (14 u 18 g/m2 rispettivament) u l-oħra ta' aluminju b'piż ta' 26 g/m2 u ta' ħxuna ta' inqas minn 0720 mm, miksija fuq in-naħa ta' barra b'saff politin (35 jew 50 g/m2);
Filwaqt li t-Tariffa Doganali Komuni mehmuża mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [2], kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KEE) Nru 3300/81 [3], tirreferi fit-titolu Nru 48.07 għall-"karta u kartonċin, impregnated, miksija, bil-kulur fuq il-wiċċ, imżejna fuq il-wiċċ jew stampata, (mingħajr ma tikkostitwixxi materja stampata skond il-Kapitolu 49) f'rollijiet jew folji", u fit-titolu Nru 76.04 għal "folja ta' aluminju (kemm intaljata kemm le, maqtugħa skond forma, imtaqqba, miksija, stampata, jew b'inforra tal-karta jew materjal ieħor rinforzanti), ta' ħxuna (eskluża kull inforra) ta' inqas minn 0720 mm"; billi dawn iż-żewġ titoli jistgħu jkunu kkonsidrati għall-klassifikazzjoni tal-prodott imsemmi iktar il-fuq;
Filwaqt li l-produzzjoni in kwistjoni tintuża għall-manifattura ta' pakketti għall-frott, meraq tal-frott, ħalib, eċċ.;
Filwaqt li, minħabba l-materjali wżati u l-kostruzzjoni tiegħu, il-prodott in kwestjoni ma jistax jitqies bħala folja ta' aluminju inforrata b'kartonċin u li jista' jiġi iklassifikat taħt it-titolu Nru 76.04 skond in-Nota 1 (k) mal-Kapitolu 48 tat-Tariffa Doganali Komuni; billi huwa prodott li jikkonsisti f'materjali differenti u għandu jkun ikklassifikat skond ir-Regola Ġenerali 3 (b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni;
Filwaqt li, meta jitqiesu l-materjali wżati fil-manifattura ta' dan il-prodott, huwa l-kartonċin b'saħħtu li jippermetti l-iktar li jintuża għall-għan imsemmi iktar il-fuq u li għalhekk jagħtih il-karattru essenzjali tiegħu; billi, barra min hekk, prodott simili intenzjonat għall-istess għan kien ikklassifikat mill-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali taħt it-titoli Nru 48.07; billi l-prodott in kwestjoni għandu għalhekk ikun ikklassifikat taħt it-titolu Nru 48.07 tat-Tariffa Doganali Komuni u, taħt dan it-titolu, taħt is-sottotitolu Nru 48.07 D;
Filwaqt li l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar in Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodott maħdum f'rollijiet, li jikkonsisti f'żewġ folji magħqudin flimkien, il-waħda ta' kartonċin b'saħħtu semi-ibbliċjat b'piż ta' 320 g/m2 u miksija fuq iż-żewġ naħat minn saff ta' politin (14 u 18 g/m2 rispettivament), u l-oħra ta' l-aluminju b'piż ta' 26 g/m2 u ta' ħxuna ta' inqas minn 0720 mm, miksija fuq in-naħa ta' barra b'saff politin (35 jew 5- g/m2), għandu jkun klassifikat fit-Tariffa Doganali Komuni kif ġej:
Nru 48.07 Karta u kartonċin, impregnated, miksija, bil-kulur fuq il-wiċċ, imżejna fuq il-wiċċ jew stampata, (mingħajr ma tikkostitwixxi materja stampata skond il-Kapitolu 49), f'rollijiet jew folji:
D. Oħra
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul Brussel, fit-8 ta' Diċembru 1981.
Għall-Kummissjoni
Karl-Heinz Narjes
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.
[2] ĠU L 172, 127.1968, p. 1.
[3] ĠU L 335, tat-23.11.1981, p. 1.
--------------------------------------------------
Top