Avviż Legali Importanti
Official Journal L 356 , 11/12/1981 P. 0028 - 0028
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0098
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 9 P. 0020
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0098
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 9 P. 0020
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3558/81
tat-8 ta' Diċembru 1981
dwar il-klassifikazzjoni ta' oġġetti li jaqgħu taħt is-sottotitolu 71.16 A tat-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat minn l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari Artikolu 3 tiegħu,
Billi, tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, għandhom ikun ipprovduti dispożizzjonijiet għall-klassifikazzjoni tat-tariffa ta' msielet b'labra, kemm jekk merfugħa f'pakketti sterilizzati jew le, magħmula minn azzar indurati jew arġentati, li jikkonsistu f'biċċa metall irqiqa b'ras dekorattiva u rbit "farfett", filwaqt li din il-biċċa metall irqiqa tintuża biex ittaqqab il-widna permezz ta' għodda speċjali li twaħħalha mad-dendula tal-widna;
Billi t-Tariffa Doganali Komuni mehmuża mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [2], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3300/81 [3], telenka ġojjelli artifiċjali taħt it-titolu Nru 70.16 u strumenti kirurġiċi taħt it-titolu Nru 90.17; filwaqt li għall-klassifika ta' l-artikoli msemmija iktar il-fuq it-titoli msemmija qabel jistħoqqilhom kunsiderazzjoni;
Billi dawn l-artikoli ma jirrekjedux taħt kundizzjonijiet normali ta' użu, l-intervent ta' tabib biex jagħmel djanjosi, jew biex jimpedixxi jew jikkura xi marda, jew biex jopera, skond it-tifsira ta' l-ewwel paragrafu tan-Noti ta' Spjegazzjoni għat-titolu 90.17 tan-nomenklatura tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali; filwaqt li wkoll matul il-perjodu tal-proċess ta' fejqan meta dawn l-artikoli jservu wkoll biex jimpedixxu li t-toqob jagħlqu l-funzjoni prinċipali tagħhom li hija dik ta' oġġett ta' tiżjin personali skond it-tifsira tan-Nota 10 (a) tal-Kapitolu 71;
Billi, għalhekk, dawn, l-imsielet b’ labra jaqgħu taħt it-titolu Nru 71.16; filwaqt li peress li huma ta' metall irħis, għandhom ikunu kklassifikati taħt is-sottotitolu 71.16 A;
Billli l-miżuri ipprovduti f’ dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Imsielet bil-labra, kemm jekk merfugħa f'pakketti sterilizzati jew le, magħmula minn azzar indurat jew arġentat, li jikkonsisti f'biċċa metall irqiqa b'ras dekorattiva u rbit "farfett", filwaqt li din il-biċċa metall irqiqa tintuża biex ittaqqab il-widna permezz ta' għodda speċjali li twaħħalha mad-dendula tal-widna, għandhom ikunu kklassifikati fit-Tariffa Doganali Komuni kif ġej:
71.16 Ġojjelli ta' imitazzjoni
A. Metall ordinarju
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul Brussel, fit-8 ta' Diċembru 1981.
Għall-Kummissjoni
Karl-Heinz Narjes
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.
[2] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.
[3] ĠU L 335, tat-23.11.1981, p. 1.
--------------------------------------------------
Top