Avviż Legali Importanti
Official Journal L 359 , 15/12/1981 P. 0012 - 0013
Spanish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0078
Portuguese special edition Chapter 16 Volume 1 P. 0078
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3581/81
ta' l-14 ta' Diċembru 1981
dwar l-għatbiet ta' l-istatistika fl-istatistika tal-kummerċ esteru tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1736/75 ta' l-24 ta' Ġunju 1975 dwar l-istatistika tal-kummerċ esteru tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2845/77 [2], u partikolarment l-Artikoli 24 u 41 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1445/72 ta' l-24 ta' April 1972 dwar in-nomeniklatura ta' l-oġġetti għall-istatistika tal-kummerċ esteru tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (NIMEXE) [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3065/75 [4], u partikolarment l-Artikoli 5(2) u (3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3180/78 tat-18 ta' Diċembru 1978 li jibdel il-valur ta' l-unità tal-kontijiet użata mill-Fond Ewropew tal-Koperazzjoni Monetarja [5] u minn issa msemmi ECU,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 3308/80 tas-16 ta' Diċembru 1980 dwar il-bidla ta' l-unità Ewropea tal-kontijiet bl-ECU fl-istrumenti legali tal-Komunità [6],
Billi, sa mill-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2845/77, il-prezzijiet kienu żviluppaw f'tali mod hekk li huwa meħtieġ li tkun imtalla' l-għatba statistika minn 300 għal 40 ECU sabiex tiffaċilita li l-Istati Membri jwaqqfu r-reġistrazzjoni statistika ta' konsenji ta' importanza minuri jekk huma jistiequ li jagħmlu użu minn din l-għażla għal raġunijiet ta' ekonomija;
Billi, l-għatba statistika stabbilita fl-ECU għandha tkun konvertita fil-muniti nazzjonali; billi r-rata tal-kambju għal kull munita b'relazzjoni ma' l-ECU tvarja minn jum għall-jum; billi sabiex ikun iddeterminat il-valur ta' l-għatba statistika l-applikazzjoni ta' rata fissa tal-kambju hija meħtieġa; billi din ir-rata ta' l-aħħar tista' tkun ibbażata fuq il-medja tar-rati tal-kambju matul il-perjodu ta' bejn Lulju 1980 u Ġunju 1981;
Billi fl-interess tas-simplifikazzjoni ta' l-ammonti hekk akkwistati, dawn għandhom ikunu mqarrba;
Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istatistika tal-Kummerċ Barrani,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-għatba ta' l-istatistika, fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 1763/75. espressa fil-valur, hija stabbilita fi ECU 400.
Artikolu 2
L-għatba ta' l-istatistika, stabbilita bl-Artikolu 1, espressa fil-muniti nazzjonali, m'għandhiex teċċedi:
għall-Belġju-Lussemburgu L-Unjoni Ekonomika: | Bfrs/Lfrs | 16500 |
għad-Danimarka: | Dkr | 3100 |
għal Franza: | FRF | 2400 |
għall-Ġermanja: | DEM | 1000 |
għall-Greċja: | Dr | 24500 |
għall-Irlanda: | £ Irl | 275 |
għall-Italja: | Lit | 500000 |
għall-Olanda: | Fl | 1100 |
Għar-Renju Unit: | £ | 225 |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbl għall-ewwel darba għall-istatistika li tirrigwardja d-data għall-1982.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Diċembru 1981.
Għall-Kummissjoni
Michael O'Kennedy
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 183, ta' l-14.7.1975, pġ. 3.
[2] ĠU L 329, tat-22.12.1977, pġ. 3.
[3] ĠU L 161, tas-17.7.1972, pġ. 1.
[4] ĠU L 307, tas-27.11.1975, pġ. 1.
[5] ĠU L 379, tat-30.12.1978, pġ. 1.
[6] ĠU L 345, ta' l-20.12.1980, pġ. 1.
--------------------------------------------------
Top