Avviż Legali Importanti
Official Journal L 356 , 17/12/1986 P. 0005 - 0005
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0212
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0212
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3829/86
tal-15 ta' Diċembru 1986
dwar il-klassifikazzjoni ta' oġġetti li jaqgħu fl-intestatura Nru 44.15 tat-Tariffa Komuni Doganali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 tiegħu,
Billi, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali, disposizzjoniujiet għandhom ikunu preskritti li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tat-tariffa ta' panewwijiet b'seba' saffi b'tul minn 1981 sa 2400 mm, b'wisa' minn 762 sa 1220 mm u ħxuna ta' xi 44 mm, li jikkonsistu f'qalba ta' blockboard bejn żewġ saffi ta' plywood bi tlett saffi, dan il-panew b'seba' saffi, li jkollu żewġt-itruf it-twal (possibbilment miksija bil-fuljetta) u t-tarf il-wieħed il-qasir jew it-tnejn li huma (possibbilment miksija bil-fuljetta) li jkunu jikkonsistu primarjament f'biċċa njam waħda msejjħa "lipping", li ma jkunx sar aktar xogħol fuqhom;
Billi l-intestatura Nru 44.15 tat-Tariffa Komuni Doganali annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [3], kif l-aħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3129/86 [4], tkopri fost ħwejjeġ oħra, plywood, blockboard, laminboard, battenboard u prodotti simili laminati ta' l-injam (inklużi panewwijiet u folji miksija bil-fuljetta) u l-intestatura Nru 44.23 li tkopri xogħol ta' mastrudaxxi u karpintiera għall-bini; billi dawk l-intestaturi jingħata kont tagħhom għall-klassifikazzjoni tal-panew in kwistjoni;
Billi l-panew in-kwistjoni m'għandu ebda karatteristika, ħlief il-forma tiegħu rettangolari u l-ħxuna, li tindika li għandu jintuża bħala bieb; billi l-forma rettangolari u l-ħxuna m'humiex fihom infushom suffiċjenti biex jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-Regola Ġenerali Nru 2 (a) tan-nomenklatura tat-Tariffa (inkompluta jew m‘hix irfinuta), minħabba li b'mod partikolari l-panew jista' jintuża kif inhu għal għanijiet pħra minbarra dawk ta' bieb; billi għalhekk il-panew ma nħadimx b'mod suffiċjenti li jiġġustifika klassifikazzjoni fl-intestatura Nru 44.23 bħala bieb mhux irfinut; billi għalhekk għandu jiġi klassifikat fl-intestatura Nru 44.15;
Billi l-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Panew b'seba' saffi ta' tul minn 1981 sa 2400 mm, ta' wisa' minn 762 sa 1220 mm u ħxuna ta' 44 mm, li jikkonsisti f'qalba ta' tip ta' blockboard bejn żewġ panewwijiet ta' plywodd bi tlett saffi, dan il-panew b'seba' saffi, li għandu żewġt itruf twal (possibbilment miksija bil-fuljetta) u wieħed mit-truf il-qosra jew it-tnejn (possibbilment miksija bil-fuljetta) li jikkonsisti primarjament f'biċċa njam waħda imsejjħa "lipping", ma jkunx sar aktar xogħol fuqu, għandu jiġi klassifikat fit-tariffa Komuni Doganali taħt l-intestatura:
44.15 Blockboard tal-plywood, laminboard, battinboard u prodotti simili laminati ta'l-injam (inklużi panewwijiet u folji miksuja bil-fuljetta); injam intarzjat u xogħol ta' l-intarzjar fl-injam.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, fil-15 ta' Diċembru 1986.
Għall-Kummissjoni
Cockfield
Viċi-President
[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.
[2] ĠU L 191, tad-19.7.1984, p. 1.
[3] ĠU L 172, tat-22.7.1986, p. 1.
[4] ĠU L 292, tas-16.10.1986, p. 3.
--------------------------------------------------
Top