Avviż Legali Importanti
Official Journal L 133 , 21/05/1986 P. 0036 - 0036
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0235
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0235
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1473/86
tat-13 ta’ Mejju 1986
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2759/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],
Billi l-Artikolu 20 tar-regolament (KEE) Nru 2759/75 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [4], jistabbilixxi li miżuri li jappoġġaw is-suq jistgħu jittieħdu biex wieħed jilqa’ għal xi restrizzjonijiet imposti fuq iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ laħam tal-majjal bħala konsegwenza ta’ miżuri meħuda fl-ambitu ta’ politika veterinarja jew ta’ saħħa; billi l-imsemmija miżuri huma fil-preżent strettament limitati għas-swieq milquta minn restrizzjonijiet simili; billi restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet għal pajjiżi li mhumiex membri tal-prodotti minn Stat Membru li parti mit-territorju tiegħu huwa milqut minn epidemija jistgħu jkollhom konsegwenzi serji għall-esportazzjonijiet kollha ta’ l-Istati Membri konċernati; billi l-possibbiltà li wieħed jadotta miżuri li jappoġġaw is-suq f’każi simili għandha għalhekk tinfirex għat-territorju kollu ta’ Stat Membru,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
L-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej:
"L-Artikolu 20
Biex wieħed iqis xi restrizzjonijiet fuq il-kummerċ ġewwa l-Komunità jew kummerċ ma’ pajjiżi li mhumiex membri li ġejjin minn applikazzjoni ta’ miżuri meħuda biex jikkumbattu t-tixrid ta’ mard ta’ l-annimali, miżuri eċċezzjonali jistgħu jittieħdu biex jappoġġaw is-suq milqut minn restrizzjonijiet simili, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24. Miżuri simili jistgħu jittieħdu biss sakemm u għall-perjodu strettament meħtieġ biex wieħed jappoġġa dak is-suq."
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Mejju 1986.
Għall-Kunsill
Il-President
W. F. Van Eekelen
[1] ĠU C 85, ta’ l-14.4.1986, p. 83.
[2] L-Opinjoni mogħtija fis-17 ta’April 1986 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
[3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.
[4] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.
--------------------------------------------------
Top