Avviż Legali Importanti
Official Journal L 054 , 01/03/1986 P. 0022 - 0024
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0123
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0123
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 49086
tal-25 ta’ Frar 1986
li jemenda, minħabba l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, ir-Regolament (KEE) Nru 357/79 dwar stħarriġ statistiku fl-oqsma tad-dwieli
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Għaqda ta’ Spanja u l-Portugall u partikolarment l-Artikolu 396 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi, minħabba l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, huwa meħtieġ li jkun addattat ir-Regolament (KEE) Nru 357/79 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2];
Billi din l-addattazzjoni għandha tesiġi d-dati ta’ l-ewwel stħarriġ li għandhom isiru mill-Istati Membri ġodda sabiex l-informazzjoni tkun tippermetti li s-sitwazzjoni fis-swieq ta’ l-inbid tkun tista’ tiġi studjata, tkun tista’ tinġabar malajr kemm jista’ jkun;
Billi disposizzjoni għandha ssir ħalli l-Komunità tkun tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lejn l-ispejjeż minfuqa mill-Istati Membri ġodda għall-ewwel stħarriġ bażiku meħtieg bir-Regolament (EEC) Nru 357/79;
Billi r-riżultati interim għall-istħarriġ jeħtieġu li l-imsemmi Regolament għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri ġodda ħalli b’hekk ikun jista’ jsir studju dwar is-sitwazzjoni fil-kummerċ ta’ l-inbid;
Billi r-Renju ta’ Spanja wiegħed li jagħmel, waqt il-proċess tan-negozjati għall-Adeżjoni, li jmexxi l-ewwel stħarriġ bażiku fis-sena li tiġi wara l-Adeżjoni; Billi r-Repubblika Portugiża għandha tagħmel stħarriġ dwar iż-żona ta’ art bid-dwieli fl-1987 u l-ewwel stħarriġ bażiku fl-1989.
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Regolament (KEE) Nru 357/79 huwa b’hekk emendat kif ġej:
1. Dan l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:
"Artikolu 1b
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jmexxi l-ewwel stħarriġ bażiku fl-1987 skond dan ir-Regolament. Dan l-istħarriġ għandu jkopri l-qagħda wara li jitneħħew id-dud, isir tħawwil ġdid, jew tħawwil mill-ġdid fis-sena tat-tkabbir għall-inbid 1986/87.
Ir-Repubblika Portugiża għandha tagħmel l-ewwel stħarriġ bażiku fl-1989. Dan l-istħarriġ għandu jkopri s-sitwazzjoni wara li jkunu tneħħew id-dud, sar tħawwil ġdid jew tħawwil mill-ġdid fis-sena tat-tkabbir għall-inbid 1988/89."
2. L-Artikolu 4(3) huwa mibdul b’dan li ġej:
"3. L-unitajiet ġeografiċi msemmija fil-paragrafu 2, L-Artikolu 2(2)(B) u (3) (A) u L-Artikolu 3(3) huma:
- fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: ir-reġjuni għat-tkabbir għall-inbid kif iddefinit skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 338/79 tal-5 ta’ Frar 1979 li jesiġu disposizzjonijiet speċjali rigward il-kwalità ta’ nbejjed ipproduċuti f’reġjuni speċjali [1] ĠU L 54, 5.3.1979, p. 124., kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3687/84 [2] ĠU L 362, 31.12.1985, p. 8.,
- fil-Greċja: ir-reġjuni għat-tkabbir għall-inbid huma dawk murija fl-Anness,
- fi Spanja: ir-reġjuni murija fl-Anness,
- fi Franza:id-départements jew gruppi tad-départements murija fl-Anness,
- fl-Italja: il-provinċji,
- fil-Portugall: ir-reġjuni murija fl-Anness,
- fi Stati Membri oħra kkonċernati: it-territorju tagħhom kollu nazzjonali."
3) Fl-Artikolu 5(4), dan li ġej għandu jkun miżjud:
"Ir-Renju ta’ Spanja għandu jgħaddi din id-deskrizzjoni ddettaljata sat-30 ta’ Ġunju 1987 u r-Repubblika Portugiża sat-30 ta’ Ġunju 1990."
4. L-Artikolu 6(1), (5) u (6) huma mibdula b’dan li ġej:
"1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, għal kull sena tat-tkabbir għall-inbid, il-medja miġbura għal kull ettaru, ta’ ettolitri kull ettaru, ta’ polpa ta’ l-għeneb jew inbid jew deċi-tunnellati kull ettaru, ta’ għeneb ipproduċut fiż-żoni bi dwieli għat-tkabbir ta’ varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid, maqsuma skond il-klassi tal-ġbir li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.
Din l-informazzjoni għandha tintbagħat b’effett mis-snin tat-tkabbir għall-inbid 1979/80 għall-Ġermanja, Franza u Lussemburgu, 1982/83 għall-Italja u Greċja, 1987/88 għal Spanja u 1989/90 għall-Portugall.
5. L-Istati Membru kkonċernati għandhom jgħarrfu lill Kummissjoni, għal kull sena tat-tkabbir għall-inbid u maqsuma b’sezzjonijiet ġeografiċi, estimi tan-normi tan-natura tal-qawwa alkoħolika bil-persentaġġ tal-volum, jew fi gradi OEchsle ta’ għeneb frisk, polpa ta’ l-għeneb jew inbejjed ipproduċuti minn artijiet bi dwieli b’varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid normalment intenzjonati għall-produzzjoni ta’:
- inbejjed ta’ kwalità psr,
- inbejjed oħra:
- inklużi inbejjed intenzjonati ta’ bil-fors għall-manifattura ta’ ċerti spiriti li jkunu akkwistati mill-inbid b’reġistrazzjoni innominata ta’ l-oriġini.
Din l-informazzjoni għandha tkun mgħarrfa b’effett mis-snin tat-tkabbir għall-inbid 1979/80 għall-Ġermanja, Franza u Lussemburgu, 1982/83 għall-Italja u Greċja, 1987/88 għal Spanja u 1989/90 għall-Portugall.
6. L-informazzjoni annwali li hemm referenza għaliha f’paragrafi 1 u 5 għandha tkun mgħarrfa qabel l-1 ta’ April ta’ wara kull sena tat-tkabbir għall-inbid. L-informazzjoni dwar il-klassijiet miġbura li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 għandhom ikunu ssottomessi fil-perijodu kif imniżżel fl-Artikolu 4(1). L-estimi tat-tendenzi futuri fin-normi ta’ medja ta’ ġbir kull ettaru li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3 għandhom ikunu ssottomessi:
- għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1981 għall-Ġermanja, Franza u Lussemburgu, qabel l-1 ta’ Ottubru 1984 għall-Italja u Greċja, u qabel l-1 ta’ Ottubru 1991 għal Spanja u Portugall,
- imbagħad kull ħames snin qabel l-1 ta’ April ħlief għat-tieni stħarriġ mill-Itlaja u l-Greċja li għandhom ikunu ssottomessi wara sentejn."
5. L-Artikolu 9 huwa mibdul b’dan li ġej:
"Artikolu 9
L-ispiża meħtieġa għall-istħarriġ bażiku dwar is-sitwazzjoni wara s-sena għat-tkabbir għall-inbid 1978/79, fil-Ġermanja, Franza u Lussemburgu, wara l-1981/82 għas-sena tat-tkabbir għall-inbid fl-Italja u l-Greċja, wara s-sena 1986/87 għat-tkabbir ta’ l-inbid fi Spanja u wara l-1988/89 fil-Portugall għandhom jitħallsu mill-Komunità sal-limiti ta’ somma dritta li għad trid tkun iddeterminata."
6. Il-listi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ l-Anness:
Lista ta’ unitajiet ġeografiċi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(3):
"SPANJA
1. Galicia
2. Principado de Asturias
3. Cantabria
4. País Vasco A (provincia de Álava)
5. País Vasco B (provincias de Guipúzcoa y Vizcaya)
6. Navarra
7. La Rioja
8. Aragón A (provincia de Zaragoza)
9. Aragón B (provincias de Huesca y Teruel)
10. Cataluña A (provincia de Barcelona)
11. Cataluña B (provincia de Tarragona)
12. Cataluña C (provincias de Gerona y Lérida)
13. Baleares
14. Castilla-León A (provincia de Burgos)
15. Castilla-León B (provincia de León)
16. Castilla-León C (provincia de Valladolid)
17. Castilla-León D (provincia de Zamora)
18. Castilla-León E (provincias de Ávila, Palencia, Salamanca, Segovia y Soria)
19. Madrid
20. Castilla-La Mancha A (provincia de Albacete)
21. Castilla-La Mancha B (provincia de Ciudad Real)
22. Castilla-La Mancha C (provincia de Cuenca)
23. Castilla-La Mancha D (provincia de Guadalajara)
24. Castilla-La Mancha E (provincia de Toledo)
25. C. Valenciana A (provincia de Alicante)
26. C. Valenciana B (provincia de Castellón)
27. C. Valenciana C (provincia de Valencia)
28. Región de Murcia
29. Extremadura A (provincia de Badajoz)
30. Extremadura B (provincia de Cáceres)
31. Andalucía A (provincia de Cádiz)
32. Andalucía B (provincia de Córdoba)
33. Andalucía C (provincia de Huelva)
34. Andalucía D (provincia de Málaga)
35. Andalucía E (provincias de Almería, Granada, Jaén y Sevilla)
36. Canarias
PORTUGALL
1. Entre Douro e Minho
2. Trás-os-Montes
3. Beira Litoral
4. Beira Interior
5. Ribatejo e Oeste
6. Alentejo
7. Algarve
8. R. A. Açores
9. R. A. Madeira".
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1986.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Frar 1986.
Għall-Kunsill
Il-President
G. Braks
[1] ĠU L 54, 5.3.1979, p. 48.
[2] ĠU L 341, 29.12.1984, p. 5.3.
--------------------------------------------------
Top