Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea
MT
Is-serje L
2026/114
16.1.2026
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/114
tal-15 ta’ Jannar 2026
li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ alumina fuża li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
(1)
Fil-21 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ alumina fuża li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”).
(2)
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment imressaq fid-9 ta’ Ottubru 2024 minn Imerys S.A. (“Imerys” jew “l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-alumina fuża fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.
1.2. Reġistrazzjoni
(3)
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/260 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”).
1.3. Miżuri proviżorji
(4)
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fis-26 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji proposti u bid-dettalji dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u tal-marġnijiet adegwati biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli fi żmien 3 ijiem tax-xogħol.
(5)
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, Chongqing Saite Corundum Co., Ltd. (“Saite”) u Luoyang Runbao Abrasives Co., Ltd. (“Runbao”), innotaw in-nuqqas ta’ dettalji tal-kalkolu rigward il-prezz mhux dannuż, li ssemmew fid-dokumentazzjoni iżda li ma kinux tqiegħdu għad-dispożizzjoni. Runbao enfasizzat ukoll li l-Kummissjoni kienet applikat l-istess prezz referenzjarju għal żewġ inputs distinti — l-idrossidu tal-aluminju ta’ puritajiet differenti — li huma argumentaw li kien fattwalment u ekonomikament mhux preċiż. Huma talbu li l-parametru referenzjarju għall-input ta’ purità inferjuri jiġi aġġustat proporzjonalment.
(6)
It-talba għad-divulgazzjoni tad-dettalji tal-kalkolu dwar il-prezz mhux dannuż ma setgħetx tiġi akkomodata, peress li din l-informazzjoni kienet kunfidenzjali, sensittiva ħafna u d-divulgazzjoni tagħha tista’ tkun ta’ detriment għall-partijiet ikkonċernati. Il-Kummissjoni spjegat ukoll li ċ-ċifri aggregati ma jistgħux jiġu pprovduti mingħajr ir-riskju ta’ divulgazzjoni ta’ data kunfidenzjali minn numru limitat ħafna ta’ produtturi tal-Unjoni. Fir-rigward tal-allegat żball klerikali li jikkonċerna l-parametri referenzjarji tal-idrossidu tal-aluminju, il-Kummissjoni nnotat li tali kummenti ma kinux relatati mal-preċiżjoni tal-kalkoli u ma setgħux jiġu indirizzati f’dak l-istadju tal-investigazzjoni. Dan il-kumment huwa indirizzat fit-Taqsima 3.2.3.1.
(7)
L-utenti u l-importaturi tal-Unjoni, bħal Reckel GmbH (“Reckel”) u Tyrolit — Schleifmittelwerke Swarovski AG & Co. KG (“Tyrolit”), esprimew tħassib metodoloġiku serju. Huma argumentaw li l-analiżi tal-Kummissjoni ffokat biss fuq l-alumina fuża kannella, filwaqt li injorat il-varjetà wiesgħa ta’ gradi ta’ alumina fuża b’applikazzjonijiet u bi strutturi tal-kostijiet differenti, li twassal għal tqabbil distort tal-prezzijiet u tal-kostijiet. Huma kkritikaw ukoll id-dipendenza fuq statistiki kummerċjali wisgħin u eteroġeni tal-linji tariffarji għal inputs ewlenin bħall-boksajt kalċinat u l-ossidu tal-aluminju, filwaqt li nnotaw li dawn kienu jkopru prodotti ta’ kwalitajiet u ta’ prezzijiet differenti ħafna. F’xi każijiet, l-istess materja prima (boksajt kalċinat) dehret li ngħaddet darbtejn taħt intestaturi separati.
(8)
Dawn il-kummenti ma kinux relatati mal-preċiżjoni matematika tal-kalkoli kif iddivulgati. Għalhekk, dawn il-kummenti ġew indirizzati fit-Taqsima 3.2.3.1 ta’ dan ir-Regolament.
(9)
Tqajjem tħassib ulterjuri minn Tyrolit u minn Reckel dwar l-għażla tas-sorsi għall-ammonti raġonevoli għall-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG & A, Selling, General and Administrative) u għall-profitt. Il-kumpaniji rilevanti li minnhom inkisbu ż-żewġ rati jingħad li joperaw f’setturi mhux relatati u, b’hekk, ipprovdew data mhux rappreżentattiva. Tyrolit saħqet li dan, flimkien mad-dipendenza fuq il-prezzijiet referenzjarji mill-Brażil għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni (FOPs, Factors Of Production), inklużi l-alumina u l-boksajt, irriżulta f’kostijiet referenzjarji mneffħin. Kemm Tyrolit kif ukoll Reckel wissew li d-dazji anti-dumping proviżorji sa 136 % fuq il-prodott taħt investigazzjoni, filwaqt li l-prodotti abrażivi lesti downstream jitħallew mingħajr dazju, jirriskjaw l-għeluq tal-impjanti tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ utenti downstream, it-telf ta’ impjiegi bi kwalifiki għoljin, u dipendenza akbar fuq il-prodotti lesti importati.
(10)
Bl-istess mod, il-punti mqajma rigward l-għażla tal-kumpaniji għall-kisba ta’ data finanzjarja dwar il-kostijiet SG & A u l-profitt, id-distorsjoni allegata tal-parametri referenzjarji tal-inputs, u l-konsegwenzi ekonomiċi usa’ tal-miżuri ma jappartjenux għall-preċiżjoni tal-kalkoli matematiċi ppreżentati fid-divulgazzjoni minn qabel. Dawn il-kwistjonijiet jaqgħu taħt il-valutazzjoni metodoloġika usa’ tal-Kummissjoni u taħt l-analiżi tal-interess tal-Unjoni u ġew indirizzati fid-dettall fit-Taqsima 3.2.3.2.
(11)
Fis-17 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ alumina fuża li joriginaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1456 (4) (“ir-Regolament proviżorju”).
1.4. Proċedura sussegwenti
(12)
Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping proviżorju (“divulgazzjoni proviżorja”), il-partijiet li ġejjin ippreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji sal-iskadenza prevista fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament proviżorju:
—
il-produtturi tal-Unjoni Imerys u Alteo Fused Alumina (“AFA”);
—
il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun Saite u Runbao;
—
l-importaturi TRAXYS Europe SA u Reckel;
—
l-utenti Calderys Deutschland GMBH, Calderys France S.A.S., Calderys Magyarorszag K.F.T., Calderys Italia SRL, Calderys Nordic AB, Calderys The Netherlands B.V. (“Calderys”), Tyrolit, ABRANOVA s.r.o. (“Abranova”), ANDRE ABRASIVE ARTICLES SP. Z O.O. SP.K, Vesuvius Poland Sp. z o.o. (“Vesuvius”), August Rüggeberg GmbH & Co. KG, PFERD-Rüggeberg S.A., Smirdex, ABRASIENNE, ArcelorMittal Refractories Sp. z o. o. (“ArcelorMittal”), MOLITAL ABRASIVI SRL, Federchimica–Aispec–Gruppo abrasive, G.W.S. GRINDING WHEELS SYSTEM SRL, GRANDINETTI SRL, Industria Mole Abrasive S.r.l., Mabtools France, RHI Magnesita GmbH, , SAINT-GOBAIN ABRASIFS (“Saint-Gobain”), Syndicat National des Abrasifs et Superabrasifs, Granit Grinding Wheel Ltd., Techniflex Sp. z o.o. u ZAI AD; u
—
il-produtturi esportaturi Binzhou Qinai New Material Co., Ltd, Chongqing Saite Corundum Co., Ltd., Henan Ant Advanced Materials Co., Ltd., Henan Hengxin Industrial & Mineral Products Co., Ltd., Henan Tuorui Abrasive Material Co., Ltd., Jiygo Refractory & Abrasive Ltd., Luoyang Runbao Abrasives Co., Ltd., Qingdao Sisa Abrasives Co., Ltd., Shandong Bosheng New Materials Co., Ltd., Shanxi Lvliangshan Minerals Co., Ltd., Yichuan Abrasives Industry Union, Zhengzhou Sinabuddy Mineral Co., Ltd. u Zhengzhou Goohe Co., Ltd. irrappreżentati mill-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża tal-Importaturi u tal-Esportaturi tal-Metalli, tal-Minerali u tas-Sustanzi Kimiċi (CCCMC, China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters) (“il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC”);
—
l-assoċjazzjonijiet tal-utenti Deutsche Feuerfest-Industrie e.V. (“DFFI”), Verband Deutscher Schleifmittelwerke e.V. (“VDS”), Federation of European Producers of Abrasives (“FEPA”) u European Refractories Producers Federation (“PRE”).
(13)
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet biex jipprovdu kontribut addizzjonali b’mod partikolari għall-fini tal-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni, fid-dawl tal-interessi differenti tal-partijiet ikkonċernati. Saru seduti ta’ smigħ ma’ AFA, ma’ Imerys, ma’ PRE, ma’ VDS, ma’ Tyrolit, ma’ Saint-Gobain, ma’ ArcelorMittal, u mal-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC, ma’ Saite u ma’ Runbao.
(14)
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet provviżorji tagħha meta kien xieraq.
(15)
Il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb li timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ alumina fuża li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“divulgazzjoni finali”). Il-kummenti sottomessi mill-partijiet wara d-divulgazzjoni ġew indirizzati fit-taqsimiet rilevanti hawn taħt.
(16)
Wara d-divulgazzjoni msemmija fil-premessa (15), il-Kummissjoni sussegwentement għamlet divulgazzjoni finali addizzjonali lill-partijiet interessati kollha. Din id-divulgazzjoni addizzjonali kien fiha sejbiet u kunsiderazzjonijiet aġġornati. Il-partijiet ingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar din id-divulgazzjoni addizzjonali, u l-kummenti li waslu ġew indirizzati fit-taqsimiet rilevanti ta’ hawn taħt.
1.5. Pretensjonijiet dwar il-proċedura
(17)
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Reckel, Tyrolit u VDS argumentaw li l-Artikolu 19a(1) tar-Regolament bażiku kien jirrikjedi li d-divulgazzjoni proviżorja ssir 3 ġimgħat qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. Il-partijiet argumentaw li, billi pprovdiet informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji lill-partijiet fis-26 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 19a(1), 7(1) u 5(10) tar-Regolament bażiku, kif ukoll it-termini tan-Notifika tal-Bidu tagħha.
(18)
Il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku jipprevedi li ma għandhomx jiġu imposti dazji proviżorji fi żmien 3 ġimgħat minn meta l-informazzjoni tintbagħat lill-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 19a. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tiddefinixxi l-intervall minimu bejn il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni bħal din u l-adozzjoni tal-miżuri proviżorji. F’dan il-każ, il-Kummissjoni bagħtet l-informazzjoni fis-26 ta’ Ġunju 2025 u imponiet miżuri proviżorji fit-18 ta’ Lulju 2025. L-intervall kien ta’ 3 ġimgħat. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(1) ġew irrispettati.
(19)
Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-Artikolu 19a, kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1173 (5), jirregola l-kontenut u l-iskop tad-divulgazzjoni proviżorja, filwaqt li l-Artikolu 7(1) jistabbilixxi l-qafas proċedurali għat-twaqqit tal-miżuri proviżorji. L-emenda tal-Artikolu 19a ma mmodifikatx ir-regola temporali stabbilita fl-Artikolu 7(1). Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li l-argument dwar allegat ksur tar-rekwiżiti tal-perjodu ta’ divulgazzjoni proviżorja kien bla bażi u, għalhekk, ċaħdet din il-pretensjoni.
1.6. Pretensjonijiet dwar il-bidu
(20)
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ebda parti interessata ma ppreżentat xi pretensjoni jew kumment ulterjuri dwar il-bidu għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 1.4 tar-Regolament proviżorju. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha kif stabbiliti fil-premessi minn (6) sa (11) tar-Regolament proviżorju.
1.7. Kampjunar
(21)
Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-kampjunar ta’ produtturi, ta’ importaturi u ta’ produtturi esportaturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-premessi minn (12) sa (28) tar-Regolament proviżorju.
1.8. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
(22)
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ebda parti interessata ma ppreżentat xi pretensjoni jew kumment dwar it-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha kif stabbiliti fil-premessi minn (29) sa (32) tar-Regolament proviżorju.
1.9. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
(23)
Kif stipulat fil-premessa (33) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ta’ dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
(24)
Il-Kummissjoni fakkret li, kif stabbilit fil-premessa (34) tar-Regolament proviżorju, il-prodott taħt investigazzjoni huwa l-kurindun artifiċjali, kemm jekk iddefinit kimikament kif ukoll jekk le, magħruf ukoll bħala alumina fuża (“il-prodott taħt investigazzjoni”).
(25)
Minħabba l-ebusija u r-reżistenza termali tagħha, l-alumina fuża tintuża primarjament f’żewġ setturi industrijali, tal-abrażivi u tal-materjal refrattarju. Fl-industrija tal-abrażivi, tintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, inklużi t-tħin, l-illostrar, it-tqattigħ u l-ibblastjar. Fl-industrija tal-materjal refrattarju, tiffunzjona bħala materjal refrattarju f’ambjenti b’temperatura għolja, bħal kisi tal-fran, griġjoli u briksijiet refrattarji. Lil hinn minn dawn l-użi prinċipali, l-alumina fuża tintuża wkoll fil-manifattura ta’ ċeramika teknika u bħala addittiv reżistenti għall-użu fil-kisjiet tas-superfiċe fl-industrija tal-prodotti laminati.
2.2. Prodott taħt investigazzjoni
(26)
Il-Kummissjoni fakkret li, kif stabbilit fil-premessa (38) tar-Regolament proviżorju, il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni li joriġina mir-RPĊ, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2818 10 11 , 2818 10 19 , ex 2818 10 91 u 2818 10 99 (il-kodiċijiet TARIC 2818 10 91 20, 2818 10 91 40, 2818 10 91 91, 2818 10 91 99) (“il-prodott ikkonċernat”).
2.3. Prodott simili
(27)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe pretensjoni jew kumment relatat, il-konklużjonijiet fil-premessi (40) u (41) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.
2.4. Pretensjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
(28)
Ċerti utenti tal-Unjoni mill-industrija tal-materjal refrattarju ddikjaraw li s-sostituzzjoni bejn l-alumina fuża ta’ grad abrażiv u l-alumina ta’ grad refrattarju mhijiex possibbli, abbażi tal-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi differenti, id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli, il-proprjetajiet u l-applikazzjonijiet tagħhom u l-perċezzjoni tal-konsumatur dwarhom. B’mod partikolari, ArcelorMittal argumentat ukoll li ma hemmx biżżejjed produzzjoni u kapaċità tal-produzzjoni tal-alumina fuża ta’ grad refrattarju. ArcelorMittal ibbażat il-pretensjoni tagħha fuq stima tal-konsum totali tal-Unjoni ta’ 400 000 tunnellata alumina fuża, inklużi 170 000 tunnellata alumina fuża ta’ grad refrattarju. Il-partijiet argumentaw li, għalhekk, jenħtieġ li l-alumina fuża ta’ grad refrattarju tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni.
(29)
Il-Kummissjoni fakkret li dawn l-argumenti kienu diġà ġew eżaminati u indirizzati fil-premessi minn (42) sa (45) u minn (307) sa (308) tar-Regolament proviżorju. Il-Kummissjoni tenniet li ż-żewġ gradi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, inklużi kontenut ta’ alumina, ebusija, densità u punt tat-tidwib komparabbli. Instabu varjazzjonijiet fid-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ wara l-fużjoni aktar milli minn kwalunkwe differenza inerenti fil-prodott. Il-Kummissjoni osservat ukoll koinċidenza sostanzjali fid-daqsijiet tal-partikoli li tippermetti l-interkambjabbiltà għal ċerti applikazzjonijiet.
(30)
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-pretensjoni li tikkonċerna l-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni limitati tal-Unjoni tal-alumina fuża ta’ grad refrattarju mhijiex relatata man-natura essenzjali tal-prodott. Kif stabbilit fil-premessi (307) u (308) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni hija kapaċi tforni lis-suq tal-Unjoni bil-kwantitajiet meħtieġa, inklużi tipi speċifiċi tal-prodott ikkonċernat. Għalkemm il-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, il-Kummissjoni nnotat li l-industrija tal-Unjoni kienet sottoutilizzat b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha matul dan il-perjodu. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li l-kapaċità addizzjonali disponibbli tinkludi l-produzzjoni tal-alumina fuża ta’ grad refrattarju, li hija disponibbli immedjatament jew tista’ ssir operazzjonali f’perjodu ta’ żmien qasir ħafna. Il-pretensjoni rigward kapaċità tal-produzzjoni insuffiċjenti tal-Unjoni hija indirizzata ulterjorment fit-Taqsima 7.4.
(31)
Barra minn hekk, fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni fakkret li, kif stabbilit fil-premessi (188) sa (190) tar-Regolament proviżorju, il-konsum tal-Unjoni ammonta għal 305 360 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (“PI”). Il-pretensjoni ta’ ArcelorMittal rigward il-konsum stmat ta’ alumina fuża ta’ grad refrattarju u dik ġenerali mhux biss tikkontradixxi d-data vverifikata iżda tvarja wkoll mill-valutazzjoni pprovduta mill-Federazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Materjal Refrattarju, l-assoċjazzjoni tal-utenti li tirrappreżenta diversi operaturi tal-Unjoni fis-settur, li stmat il-konsum ta’ alumina fuża ta’ grad refrattarju għal 80 000 tunnellata.
(32)
Għaldaqstant, il-Kummissjoni żammet il-konklużjoni tagħha fil-premessi (42) sa (45) tar-Regolament proviżorju li ż-żewġ gradi jikkostitwixxu prodott wieħed, peress li l-varjazzjonijiet deskritti mill-partijiet ma wrew l-ebda differenza materjali li tkun tiġġustifika l-esklużjoni tal-alumina fuża ta’ grad refrattarju mill-ambitu tal-prodott.
(33)
Reckel iddikjarat li l-kurindun tal-ġell tas-sol ivarja minn tipi oħrajn ta’ alumina fuża fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi tiegħu, inklużi l-ebusija, ir-reżistenza għall-ksur u l-proprjetajiet termali, u argumentat li ma jistax jiġi ssostitwit f’applikazzjonijiet ta’ preċiżjoni għolja mingħajr diffikultajiet operazzjonali sinifikanti. Għalhekk, Reckel argumentat li jenħtieġ li l-kurindun tal-ġell tas-sol jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni.
(34)
Il-Kummissjoni fakkret li dawn l-argumenti diġà kienu ġew eżaminati u indirizzati fil-premessi (46) sa (48) tar-Regolament proviżorju. Il-Kummissjoni tenniet li l-kurindun tal-ġell tas-sol għandu karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi simili għal alumina fuża oħra, inklużi ebusija, reżistenza termali u stabbiltà kimika komparabbli. Għalkemm jiġu prodotti bi proċess differenti u minn materja prima differenti, dawn id-differenzi ma jaffettwawx materjalment il-proprjetajiet funzjonali tal-prodott. Barra minn hekk, id-differenzi fil-kostijiet waħedhom mhumiex biżżejjed biex il-ġell tas-sol jiġi ttrattat bħala prodott separat. Il-kapaċità ta’ tipi oħrajn ta’ alumina fuża li jissostitwixxu l-ġell tas-sol, anke bi prestazzjoni mnaqqsa f’applikazzjonijiet esiġenti, turi similarità funzjonali u interkambjabbiltà suffiċjenti għall-biċċa l-kbira tal-użi abrażivi.
(35)
Għaldaqstant, il-Kummissjoni żammet il-konklużjoni tagħha fil-premessi (46) sa (48) tar-Regolament proviżorju li l-kurindun tal-ġell tas-sol jaqa’ fl-ambitu tal-prodott taħt investigazzjoni.
(36)
Numru ta’ partijiet interessati ddikjaraw li jenħtieġ li l-alumina fuża kannella tiġi eskluża mill-ambitu tal-miżuri, filwaqt li nnotat li din hija differenti mill-alumina fuża bajda fil-kompożizzjoni kimika tagħha, inkluż kontenut aktar baxx ta’ Al2O3 u livelli ogħla ta’ impurità. Huma ddikjaraw ukoll li l-alumina fuża kannella jew mhijiex prodotta fl-Unjoni jew hija disponibbli biss fi kwantitajiet insuffiċjenti biex tiġi ssodisfata d-domanda tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-partijiet interessati argumentaw li l-bdil tal-produzzjoni bejn l-alumina fuża kannella u l-alumina fuża bajda huwa teknikament diffiċli, u l-evidenza tas-suq tindika li ż-żewġ prodotti mhumiex sostitwibbli faċilment f’termini tal-karatteristiċi tekniċi jew tal-prezz.
(37)
Il-Kummissjoni qieset li, filwaqt li l-alumina fuża kannella għandha kontenut ta’ Al2O3 ftit aktar baxx u livelli ogħla ta’ impurità mill-alumina fuża bajda, dawn id-differenzi ma jikkostitwux distinzjoni materjali suffiċjenti fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew tekniċi biex jiġi ddefinit prodott separat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-pretensjoni li tikkonċerna l-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni limitati tal-Unjoni tal-alumina fuża kannella mhijiex relatata man-natura essenzjali tal-prodott. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li bħalissa l-alumina fuża kannella hija prodotta mill-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward tal-kwantitajiet, kif stabbilit fil-premessi (307) u (308) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni hija kapaċi tforni lis-suq tal-Unjoni bil-kwantitajiet meħtieġa, anke għall-alumina fuża kannella. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li proporzjon sostanzjali tal-kapaċità addizzjonali disponibbli, li hija jew disponibbli minnufih jew li tista’ ssir operazzjonali f’perjodu ta’ żmien qasir ħafna, huwa relatat mal-produzzjoni tal-alumina fuża kannella. Il-pretensjoni rigward kapaċità tal-produzzjoni insuffiċjenti tal-Unjoni hija indirizzata ulterjorment fit-Taqsima 7.4.
(38)
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni qieset li l-alumina fuża kannella taqa’ fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni u ċaħdet il-pretensjoni għall-esklużjoni tagħha.
(39)
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kummenti kollha li waslu rigward l-ambitu tal-prodott ma kinux jipprovdu ġustifikazzjoni biżżejjed għall-esklużjonijiet tal-prodott. Konsegwentement, il-pretensjonijiet kollha ġew miċħuda.
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
(40)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe pretensjoni jew kumment, il-konklużjonijiet fil-premessi minn (49) sa (55) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
3.2. Valur normali
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
(41)
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Abranova, Tyrolit u VDS ippreżentaw kummenti relatati mal-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti.
(42)
Abranova ċaħdet id-dipendenza tal-Kummissjoni fuq il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. Hija argumentat li l-vantaġġi tal-kostijiet tal-produtturi Ċiniżi jirriżultaw prinċipalment minn fatturi naturali: l-aċċess għall-materja prima, kostijiet tal-enerġija aktar baxxi u investimenti fit-tul fit-teknoloġija tal-kontroll tat-tniġġis. Hija saħqet li, minflok, id-diffikultajiet tal-produtturi tal-Unjoni huma dovuti għall-prezzijiet għoljin tal-elettriku u għad-dipendenza fuq materja prima importata. Abranova kkontestat bil-qawwa l-fehma li s-sistema politika taċ-Ċina jew il-miri tal-kungress tal-Partit Komunista Ċiniż (CPC, Communist Party of China) jammontaw għal prova ta’ distorsjonijiet sistemiċi fil-kostijiet tal-produzzjoni. Hija saħqet li anke ditti tal-Istat u privati fiċ-Ċina jeħtiġilhom joperaw bi profitt u ma jistgħux jibqgħu għaddejjin bis-saħħa tas-sussidji waħedhom. Għalhekk, fil-fehma tagħha, id-dipendenza tal-Kummissjoni fuq l-influwenza tal-Istat bħala evidenza ta’ distorsjonijiet ma kinitx issostanzjata.
(43)
Kif stabbilit fil-premessi (74) sa (110) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni dettaljata skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ li jaffettwaw il-formazzjoni tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-prezzijiet. L-evidenza wriet influwenza tal-Istat mifruxa fl-ekonomija, inkluż fl-enerġija, fil-materja prima, fil-manodopera u fl-aċċess għall-finanzjament, li taffettwa l-istrutturi tal-kostijiet fis-settur kollu. L-argumenti ppreżentati minn Abranova ma biddlux dawn is-sejbiet. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(44)
Tyrolit sostniet li d-dipendenza tal-Kummissjoni fuq evidenza ġeneralizzata biex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fl-alumina u fil-boksajt ma kinitx appoġġata minn evidenza pożittiva sostantiva. Hija argumentat li l-alumina u l-boksajt huma nnegozjati f’suq globali integrat u li l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi għal dawn il-komoditajiet isegwu mill-qrib il-parametri referenzjarji internazzjonali. Fil-fehma tagħha, id-dipendenza tal-Kummissjoni fuq evidenza ta’ politika ġeneralizzata, filwaqt li tinjora data speċifika tal-ipprezzar minn sorsi bħal S & P Global Commodity Insights, ma kinitx issostanzjata. Tyrolit sostniet li għalkemm jista’ jkun hemm distorsjonijiet għal xi fatturi ta’ produzzjoni (eż. l-enerġija, il-manodopera), tali kunsiderazzjonijiet ma kinux japplikaw b’mod uniformi, u, b’mod partikolari, mhux għall-alumina u għall-boksajt. VDS appoġġat din il-pożizzjoni, u indikat evidenza li l-prezzijiet Ċiniżi tal-alumina u tal-boksajt kienu fil-biċċa l-kbira jirriflettu livelli globali, li kienet timmina s-sejba ta’ distorsjonijiet mill-Kummissjoni.
(45)
Kif spjegat fil-premessi (59)–(110) tar-Regolament proviżorju, l-evidenza fil-fajl, li tinkludi r-Rapport tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina, l-ilment u r-riċerka proprja tal-Kummissjoni, kienet turi intervent sostanzjali mill-Istat fl-ekonomija Ċiniża, inkluż fis-setturi tal-alumina u tal-boksajt. Il-Gvern taċ-Ċina ntbagħat kwestjonarji dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u ta’ distorsjonijiet tal-materja prima, iżda ma weġibx. Bl-istess mod, l-ebda produttur esportatur Ċiniż ma ppreżenta evidenza sostanzjata li turi li l-kostijiet tal-input tiegħu, inkluż għall-alumina u għall-boksajt, kienu ħielsa minn distorsjonijiet. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni stabbiliet li kemm l-intrapriżi tal-Istat (“SOEs”, State-Owned Enterprises) kif ukoll l-operaturi privati f’dawn is-setturi joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni tal-politika tal-awtoritajiet Ċiniżi, b’dokumenti ta’ ppjanar estensivi u b’politiki industrijali mmirati speċifikament lejn l-alumina u l-boksajt. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet u l-kostijiet tal-alumina u tal-boksajt fir-RPĊ ma jistgħux jitqiesu bħala r-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles.
(46)
Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha u l-konklużjonijiet fil-premessi (56) sa (115) tar-Regolament proviżorju ġew b’dan ikkonfermati.
3.2.2. Pajjiż rappreżentattiv
(47)
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Andre Abrasives Articles u VDS ikkritikaw l-għażla tal-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv.
(48)
Andre Abrasives Articles talbet rivalutazzjoni, bl-argument li l-Brażil mhuwiex xieraq minħabba l-istruttura differenti ħafna tal-kostijiet tal-enerġija u d-daqs iżgħar tas-suq tiegħu, li kienet timmina l-komparabbiltà tiegħu maċ-Ċina.
(49)
It-talba għal rivalutazzjoni tal-metodoloġija tal-valur normali u għaċ-ċaħda tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv minħabba l-istruttura tal-kostijiet jew id-daqs tas-suq ma ġietx issostanzjata. Il-Kummissjoni fakkret li l-Brażil intgħażel f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-disponibbiltà ta’ data affidabbli u rappreżentattiva kif innotat fil-premessa (141) tar-Regolament proviżorju. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(50)
VDS saħqet ukoll li l-Kummissjoni inizjalment kienet ċaħdet lill-Messiku minħabba allegat nuqqas ta’ produzzjoni iżda mbagħad għaddiet lejn il-Brażil mingħajr ġustifikazzjoni ċara.
(51)
Il-Kummissjoni fakkret li l-għażla tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv saret wara li ġie stabbilit li, għall-kuntrarju tal-Brażil, ma kien hemm l-ebda produzzjoni ġenwina tal-prodott taħt investigazzjoni fil-Messiku. Tali determinazzjoni saret ukoll wara kummenti dwar in-nuqqas ta’ produzzjoni fil-Messiku minn partijiet interessati li jinkludu lil VDS. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(52)
Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha u l-konklużjonijiet fil-premessi (116) sa (143) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.
3.2.3. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
(53)
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, diversi partijiet interessati ppreżentaw kummenti relatati mal-parametri referenzjarji użati għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni u mal-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG & A”) użati biex jinħadem il-valur normali.
3.2.3.1. Fatturi ta’ produzzjoni
(54)
Saite, Runbao, DFFI, PRE u Vesuvius qajmu tħassib dwar id-dipendenza tal-Kummissjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Brażil għall-boksajt bħala sors għal prezzijiet mingħajr distorsjoni. Huma argumentaw li l-Brażil huwa esportatur ewlieni tal-boksajt, u għalhekk l-importazzjonijiet jirrappreżentaw biss prodotti niċċa u bi prezz għoli, li mhumiex rappreżentattivi tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-alumina fuża. Barra minn hekk, sehem sinifikanti mill-importazzjonijiet tal-Brażil oriġinaw miċ-Ċina, li żied ir-riskju ta’ distorsjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, l-istruttura tal-importazzjoni tal-Messiku tqieset aktar diversa u ekonomikament rilevanti, u pprovdiet bażi aktar affidabbli għall-kalkolu tal-valur normali.
(55)
Il-Kummissjoni nnotat li l-użu tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Brażil, bħala riflessjoni tal-prezzijiet domestiċi, kien konsistenti mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-fatt li l-Brażil huwa esportatur sinifikanti tal-boksajt ma mminax l-affidabbiltà tal-istatistiki tal-importazzjoni tiegħu, li kienu jkopru volum u varjetà ta’ oriġini suffiċjenti. Kif spjegat fl-ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ ġew esklużi mill-kalkolu tal-parametru referenzjarju għall-boksajt. Barra minn hekk, minkejja s-sehem relattiv tagħhom, l-importazzjonijiet mir-RPĊ ma kellhomx impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-bqija tad-dinja, li saru bi prezzijiet ferm ogħla. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(56)
Tyrolit ikkontestat ukoll il-parametri referenzjarji għall-alumina u għall-boksajt, filwaqt li enfasizzat li dawn l-inputs huma komoditajiet innegozjati globalment bi prezzijiet Ċiniżi li jsegwu l-livelli tas-suq internazzjonali, u għalhekk l-ipprezzar referenzjarju ma kienx neċessarju. Tyrolit u Saite kkritikaw ukoll l-użu tad-data dwar l-importazzjonijiet tal-Brażil li kienet tinkludi l-esportazzjonijiet Spanjoli ta’ kwalità għolja ta’ boksajt kalċinat li ma kienx komparabbli mal-materja prima industrijali standard, u enfasizzaw inkonsistenzi bħal bidliet fil-kodiċijiet SA li ma kinux jaffettwaw il-marġnijiet tad-dumping. Huma argumentaw li kien jenħtieġ li l-valuri normali jirriflettu l-prezzijiet domestiċi mhux distorti tal-Brażil, jew il-prezzijiet tal-esportazzjoni fejn xieraq, iżda fl-aħħar mill-aħħar sostnew li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fiċ-Ċina li tiġġustifika parametri referenzjarji sostituti.
(57)
Il-Kummissjoni fakkret li l-parametri referenzjarji kellhom jiġu stabbiliti minħabba li l-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi Ċiniżi ma setgħux jintużaw minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif stabbilit fil-premessi (74)–(110) tar-Regolament proviżorju. Id-data dwar l-importazzjonijiet tal-Brażil intużat bħala l-aktar sors xieraq ta’ prezzijiet referenzjarji mingħajr distorsjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a). Il-preżenza fl-istatistiki dwar l-importazzjonijiet ta’ data relatata ma’ tipi speċjalizzati ta’ prodotti ma tinvalidax is-sett ta’ data dwar l-importazzjonijiet kollu kemm hu, li kien ikopri volumi suffiċjenti minn varjetà ta’ oriġini. Barra minn hekk, dawn il-partijiet ma pprovdewx evidenza ta’ sostenn li l-parametri referenzjarji ma kinux jirriflettu prezzijiet domestiċi Brażiljani mingħajr distorsjoni. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(58)
FEPA u Smirdex s.a. argumentaw li l-produtturi tal-alumina fuża Brażiljani jfittxu sorsi ta’ provvista tal-boksajt domestikament, u b’hekk l-istatistiki dwar l-importazzjonijiet huma irrilevanti għall-parametraġġ referenzjarju tal-kostijiet. Iż-żewġ partijiet irrakkomandaw li jintużaw, dawk li sejħulhom indiċijiet trasparenti u rikonoxxuti internazzjonalment, bħal dawk minn S & P Global Commodity Insights jew CBIX, li skont il-partijiet interessati, jirriflettu aħjar ir-realtajiet tas-suq. Smirdex indikat ukoll evidenza li l-prezzijiet tas-suq tal-Brażil għall-boksajt u għall-alumina kienu biss madwar 10–15 % ogħla mil-livelli Ċiniżi, li ma jappoġġawx il-marġnijiet tad-dumping għoljin ħafna stabbiliti fir-Regolament proviżorju.
(59)
Il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku billi użat data minn pajjiż rappreżentattiv fejn id-data rilevanti kienet faċilment disponibbli. Il-parametru referenzjarju għall-boksajt miksub fil-pajjiż rappreżentattiv, jiġifieri l-Brażil, tqies bħala xieraq. Barra minn hekk, l-allegati differenzjali fil-prezzijiet bejn il-Brażil u ċ-Ċina ma kinux appoġġati minn evidenza, kienu biss ir-riżultat ta’ allegazzjonijiet mhux ivverifikati. Konsegwentement, il-partijiet interessati ma wrewx li l-parametru referenzjarju magħżul għall-boksajt ma kienx xieraq u li l-Kummissjoni jenħtieġ li tirrikorri għal metodoloġija alternattiva biex tistabbilixxi parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni għal dan il-fattur ta’ produzzjoni. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-prezz referenzjarju għall-boksajt kien fl-istess medda bħall-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż għall-boksajt, ta’ grad refrattarju, ta’ 85 %/2,0/3,15–3,2 (0–6 mm), FOB Xingang, kif irrapportat fil-parametri referenzjarji tal-industrija indipendenti tal-Metal Bulletin għall-industrija globali tal-metall u tal-estrazzjoni (prezzijiet ta’ Fastmarkets). Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(60)
Vesuvius argumentat li l-Kummissjoni naqset milli tiddivulga b’mod ċar liema kodiċijiet SA ntużaw biex jinħadmu l-parametri referenzjarji għall-boksajt u għall-boksajt kalċinat. Hija nnotat li filwaqt li d-dokumenti ta’ qabel id-divulgazzjoni kienu jagħmlu referenza għas-SA 2508 30 , ir-Regolament proviżorju semma l-kodiċijiet doganali 2606 00 12 u 2606 00 90 . Fil-fehma tagħha, din l-inkonsistenza toħloq inċertezza dwar id-data li fil-fatt intużat bħala bażi u timmina t-trasparenza tal-metodoloġija. Għalhekk, Vesuvius talbet lill-Kummissjoni tipprovdi divulgazzjoni xierqa tal-kodiċijiet SA eżatti użati għad-determinazzjoni tal-valur normali.
(61)
Il-Kummissjoni nnotat li l-boksajt kalċinat inizjalment ġie elenkat taħt il-kodiċi SA 2508 30 fl-ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, li tikkorrispondi għall-minerali u għall-konċentrati tal-aluminju b’mod ġenerali. Wara eżami u verifika ulterjuri fil-bini tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, hija kkonfermat li l-boksajt kalċinat huwa kklassifikat kif xieraq taħt il-kodiċijiet NM 2606 00 12 u 2606 00 90 , li ntużaw biex jinħadmu l-parametri referenzjarji fir-Regolament proviżorju. Din il-bidla żgurat il-klassifikazzjoni doganali korretta tal-fattur ta’ produzzjoni effettivament użata mill-produtturi esportaturi u ma tbiddilx il-metodoloġija sottostanti. Ir-referenza għall-SA 2508 30 f’dokumenti preċedenti kienet tirrifletti l-informazzjoni preliminari pprovduta mill-produtturi esportaturi. Fit-Tabella 1 tar-Regolament proviżorju, il-boksajt kalċinat biss inżamm bħala input peress li l-produtturi esportaturi użaw il-boksajt kalċinat, u mhux dak mhux maħdum. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-metodoloġija ġiet applikata b’mod konsistenti u trasparenti, u l-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(62)
Vesuvius argumentat li l-metodu tal-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-kostijiet tal-enerġija netti mit-taxxa għall-esportaturi Ċiniżi, abbażi tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass mill-Brażil, uża b’mod mhux preċiż tnaqqis ta’ 17,5 % fit-taxxa tal-Imposto sobre Circulação de Mercadorias e Serviços (ICMS). Hija implikat li r-rati tal-ICMS fil-Brażil varjaw minn 17 % għal 20 %, b’ħafna sorsi jindikaw li t-tranżazzjonijiet intrastatali, bħall-provvista tal-enerġija, tipikament jaqgħu fi ħdan din il-firxa. Għalhekk, Vesuvius issuġġeriet li kien jenħtieġ li tintuża rata medja ta’ 18,5 % minflok ta’ 17,5 %.
(63)
Il-Kummissjoni stabbiliet li għall-perjodu ta’ investigazzjoni, il-biċċa l-kbira tal-istati Brażiljani applikaw rati tal-ICMS ta’ 17–18 % għall-konsum tal-elettriku industrijali. Filwaqt li ftit stati stabbilew rati ogħla, dawn ġew applikati primarjament għall-konsum residenzjali ogħla minn ċerti limiti u mhux għall-utenti industrijali. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li t-tnaqqis ta’ 17,5 % applikat fil-kalkoli proviżorji kien jirrifletti b’mod preċiż il-kundizzjonijiet medji ffaċċjati mill-utenti industrijali u pprovda bażi raġonevoli u rappreżentattiva għall-istabbiliment tal-kostijiet netti tat-taxxa tal-enerġija. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(64)
Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha u l-konklużjonijiet fil-premessi (144) sa (160) tar-Regolament proviżorju ġew b’dan ikkonfermati.
(65)
Mad-divulgazzjoni finali, Vesuvius ikkummentat li l-Kummissjoni bbażat fuq id-data tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organization) għas-sigħat ta’ kull ġimgħa li fil-fatt kienu jinħadmu fis-settur tal-manifattura ġenerali fil-Brażil (40,4 siegħa), li, fil-fehma ta’ Vesuvius, ma tirriflettix l-attività ekonomika rilevanti għall-prodott taħt investigazzjoni. Vesuvius argumentat li kien hemm disponibbli data tal-ILO speċifika għas-settur ekonomiku 23 (“Manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra”), li turi 41,3 siegħa fil-ġimgħa effettivament maħduma, u li din missha ntużat minflok.
(66)
Il-Kummissjoni eżaminat din il-pretensjoni u kkonfermat li s-sett ta’ data tal-ILO jipprovdi informazzjoni diżaggregata għas-settur ekonomiku 23. Peress li l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat taqa’ f’dan is-settur, il-Kummissjoni aċċettat il-kumment. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkalkolat mill-ġdid il-parametru referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi billi ssostitwiet is-sigħat ta’ kull ġimgħa effettivament maħduma li ntużaw qabel (40,4 siegħa) biċ-ċifra speċifika għas-settur ta’ 41,3 siegħa. L-istadji metodoloġiċi l-oħrajn kollha baqgħu l-istess. Dan l-aġġustament irriżulta fi tnaqqis tal-kost lavorattiv kull siegħa minn CNY 58,36 fis-siegħa għal CNY 57,09 fis-siegħa.
3.2.3.2. Kostijiet SG & A u profitti
(67)
DFFI u PRE ppreżentaw kummenti li l-kumpaniji Brażiljani magħżula — Tecnosulfur, Bozel Brasil S.A., u Trevo Industrial — ma kinux indikaturi affidabbli għall-industrija tal-alumina fuża, peress li kienu joperaw f’oqsma mhux relatati bi proċessi tal-produzzjoni u bi swieq distinti. Skont DFFI u PRE, dawn il-kumpaniji ma kinux jirriflettu l-karatteristiċi ekonomiċi jew tekniċi tal-produzzjoni tal-alumina fuża.
(68)
Tyrolit argumentat b’mod simili li l-komparabbiltà tal-kumpaniji Brażiljani magħżula mal-industrija tal-alumina fuża kienet limitata. Filwaqt li Bozel, bħala produttur tal-ferroligi li jopera fran bl-ark, kellha xi xebh mal-produtturi tal-alumina fuża, Trevo u Tecnosulfur tqiesu mhux xierqa. Trevo kienet topera fil-manifattura tal-plasterboards (6), settur kompletament differenti, u l-mudell ta’ negozju ta’ Tecnosulfur kien jirrikjedi nfiq SG & A ogħla b’mod sinifikanti marbut mal-kummerċjalizzazzjoni, mar-R & Ż, u mal-appoġġ għall-bejgħ. Tyrolit ħeġġet lill-Kummissjoni tissostitwixxi lil dawn il-kumpaniji b’data minn produtturi Brażiljani aktar xierqa fis-settur tal-ferroligi, li jużaw fran bl-ark għall-ipproċessar tal-minerali, li jagħmluhom intensivi ħafna fl-enerġija, bħal Ferbasa, RIMA, Nova Era Silicon jew Ferro Ligas, li r-rapporti finanzjarji ppubblikati tagħhom ikunu jipprovdu parametru referenzjarju aktar qrib.
(69)
Vesuvius żiedet li tnejn mit-tliet kumpaniji magħżula — Trevo u Tecnosulfur — ma kellhom l-ebda konnessjoni mal-produzzjoni tal-alumina fuża. L-attività ta’ Trevo hija limitata għall-manifattura tad-drywalls, li ma tinvolvix elettrofużjoni, filwaqt li Tecnosulfur tforni prodotti tad-desulfurizzazzjoni għall-metalli likwidi (7). Għalkemm Bozel topera fran tal-elettrofużjoni, Vesuvius enfasizzat li, b’mod ġenerali, il-kumpaniji magħżula tal-Kummissjoni ma għandhomx biżżejjed komparabbiltà mal-produtturi tal-alumina fuża, u b’hekk ma kinux adattati biex jistabbilixxu ammont affidabbli mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u għall-profitti.
(70)
Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet il-ġodda, instab li l-kumpaniji magħżula inizjalment ma kinux konnessi biżżejjed mas-settur industrijali tal-alumina fuża minħabba l-attivitajiet tagħhom jew li l-livell tal-kostijiet SG & A li nstab għal Bozel 2–3 % ma kienx meqjus raġonevoli fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku peress li kien baxx wisq meta mqabbel mal-livell tal-kostijiet SG & A normalment osservat għall-kumpaniji li joperaw f’dan is-settur (8) matul il-perjodu kkunsidrat li kienu jaqbżu l-10 %. Għalhekk, dawn tqiesu bħala mhux rappreżentattivi tas-settur tal-alumina fuża. Konsegwentement, il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid l-għażla tagħha li tidentifika kumpaniji b’attivitajiet li huma aktar teknikament u ekonomikament komparabbli mal-produzzjoni tal-alumina fuża, anke jekk ikklassifikati taħt il-kodiċi NACE 24.1 li huwa differenti iżda relatat (Manifattura ta’ ħadid u azzar bażiċi u ferroligi). Il-kumpaniji identifikati ġodda huma FERBASA, RIMA Industrial, Aço Verde do Brasil, MINASLIGAS u Viena Siderúrgica.
(71)
Il-Kummissjoni qieset li dawn il-kumpaniji kienu indikaturi aktar xierqa għall-produtturi tal-alumina fuża, peress li l-operazzjonijiet tagħhom fis-settur tal-ferroliga jinvolvu proċessi tal-produzzjoni u strutturi tal-kostijiet allinjati mill-qrib ma’ dawk tal-produzzjoni tal-alumina fuża. B’mod speċifiku huma jaqsmu karatteristiċi tekniċi u ekonomiċi ewlenin: (i) il-produzzjoni fi fran bl-ark elettriċi jew fi fran elettriċi, (ii) proċessi ta’ tnaqqis/tidwib f’temperatura għolja, (iii) strutturi tal-kostijiet intensivi fl-enerġija u fil-kapital, (iv) ktajjen tal-provvista ta’ materja prima bbażata fuq il-minerali, (v) irkupru ta’ prodotti sekondarji u kontrolli ambjentali, u (vi) rabtiet b’saħħithom mal-industriji tal-manifattura tal-azzar, li fihom l-alumina fuża għandha wkoll rwol kruċjali bħala input refrattarju.
(72)
Għalhekk, il-Kummissjoni aċċettat li l-kumpaniji oriġinarjament magħżula fl-istadju proviżorju ma kinux rappreżentattivi biżżejjed. Il-kalkoli reġgħu saru abbażi tad-data finanzjarja tal-kumpaniji fis-settur tal-ferroligi u tal-azzar, li huma meqjusa aktar konnessi mal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Din il-modifika żgurat li l-parametri referenzjarji tal-kostijiet SG & A u tal-profitt użati sabiex jinħadem il-valur normali jirriflettu b’mod aktar preċiż ir-realtajiet tal-produtturi li joperaw f’industriji komparabbli intensivi fl-enerġija. Abbażi ta’ dan, il-perċentwali tal-kostijiet SG & A u tal-profitt kienu jammontaw għal 11,41 % u għal 5,63 % tal-kost tal-oġġetti mibjugħa.
(73)
Mad-divulgazzjoni finali, Imerys ikkummentat li l-parametru referenzjarju tal-kostijiet SG & A u tal-profitt jenħtieġ li jiġi rrivedut, bl-argument li ma kienx jirrifletti livelli “raġonevoli u mingħajr distorsjoni” fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Fil-fehma tagħhom, tnejn mill-kumpaniji magħżula — Aço Verde do Brasil u Viena Siderúrgica — mhumiex teknikament komparabbli mal-produtturi tal-alumina fuża, peress li ma jaħdmux fis-settur tal-ferroligi u jużaw il-forn tal-blast minflok il-forn bl-ark elettriku. Imerys iddikjarat ukoll li l-livelli tal-kostijiet SG & A u tal-profitt ta’ dawn il-kumpaniji ma kinux rappreżentattivi, billi semmiet id-daqs u l-profittabilità ta’ Viena u l-proporzjon aktar baxx tal-kostijiet SG & A ta’ Aço Verde do Brasil ibbażati fuq il-kalkoli tal-kostijiet SG & A ta’ Imerys. F’dan ir-rigward, Imerys iddikjarat li l-ispejjeż finanzjarji netti jenħtieġ li ma jitnaqqsux min-numeratur meta jiġi ddeterminat il-kalkolu tal-kostijiet SG & A. Imerys irreferiet ukoll għal investigazzjonijiet dwar id-drittijiet tax-xogħol irrapportati pubblikament li jinvolvu ċerti fornituri marbuta ma’ Viena bħala evidenza ta’ kundizzjonijiet li allegatament ma jirriflettux l-imġiba normali tas-suq. Abbażi ta’ dan, Imerys talbet li dawn iż-żewġ kumpaniji jiġu esklużi u li l-parametru referenzjarju jiġi kkalkolat mill-ġdid billi jintużaw biss produtturi li tqis li huma ġenwinament komparabbli.
(74)
Il-Kummissjoni qieset li l-argumenti mqajma ma wrewx li l-livelli tal-kostijiet SG & A u tal-profitt tal-kumpaniji kkonċernati kienu distorti jew mhux rappreżentattivi. Filwaqt li t-tip ta’ forn użat jista’ jvarja, il-proċessi tal-produzzjoni u l-istrutturi tal-kostijiet sottostanti jibqgħu komparabbli għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ indikatur raġonevoli skont l-Artikolu 2(6a)(a).
(75)
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-implikazzjonijiet dwar id-dinamika differenti tad-domanda u tal-provvista jew l-istrutturi tal-kostijiet ma kinux issostanzjati. Id-daqs tal-kumpaniji lanqas mhuwa fattur rilevanti għad-determinazzjoni tar-rappreżentattività. Fir-rigward tal-kostijiet SG & A, il-Kummissjoni kkonfermat li l-proporzjonijiet tal-kostijiet SG & A ġew ikkalkolati f’konformità mal-prattika standard, fejn tqiesu l-introjtu u l-ispejjeż finanzjarji rilevanti għad-determinazzjoni tar-rata tal-kostijiet SG & A. Abbażi tal-kalkoli vverifikati tal-Kummissjoni stess, il-proporzjonijiet SG & A taż-żewġ kumpaniji jaqgħu fil-firxa normalment osservata għal operaturi komparabbli.
(76)
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-allegazzjonijiet relatati mal-manodopera mqajma minn Imerys jikkonċernaw proċedimenti li għadhom għaddejjin li jinvolvu ċerti fornituri upstream aktar milli l-kumpaniji nfushom u, għalhekk, ma kinux jaffettwaw l-adegwatezza tad-data finanzjarja tagħhom biex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju.
(77)
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni sostniet li l-kumpaniji magħżula kienu xierqa u li l-ebda reviżjoni tal-parametru referenzjarju ma kienet iġġustifikata.
(78)
Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, Imerys tenniet l-istess kummenti li kienet diġà ppreżentat wara d-divulgazzjoni finali, mingħajr ma pprovdiet l-ebda evidenza jew informazzjoni fattwali ġdida. Id-divulgazzjoni finali addizzjonali kienet tikkonċerna biss l-elementi li kienu ġew immodifikati fid-dawl tal-kummenti riċevuti dwar id-divulgazzjoni finali, u l-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw biss dwar dawk il-bidliet speċifiċi. Peress li r-repetizzjonijiet ta’ Imerys ma kinux relatati mal-elementi li kienu ġew emendati, dawn il-kummenti ma tqisux.
3.3. Prezz tal-esportazzjoni
(79)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe pretensjoni jew kumment, il-konklużjonijiet fil-premessi minn (170) sa (172) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
3.4. Tqabbil
(80)
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Tyrolit u VDS ippreżentaw kummenti relatati mat-tqabbil.
(81)
VDS u Tyrolit argumentaw li l-Kummissjoni naqset milli tiddivulga liema kwalitajiet speċifiċi tal-alumina fuża ntużaw fil-kalkoli tal-valur normali, filwaqt li saħqu li tqabbil sinifikattiv jista’ jsir biss fuq bażi paragunabbli minħabba l-varjazzjoni wiesgħa fil-prezzijiet bejn il-gradi. Huma ddikjaraw li l-prezzijiet Brażiljani tal-prodott taħt investigazzjoni ġeneralment ikunu 10–15 % biss ogħla mil-livelli Ċiniżi u indikaw diskrepanzi bejn Runbao u Elfusa, produtturi magħrufa tal-prodott taħt investigazzjoni fil-Brażil, fejn il-prezzijiet ivarjaw minn – 18 % sa +16 %. Huma argumentaw ukoll li l-marġnijiet tad-dumping eċċessivi rrapportati fir-Regolament proviżorju huma r-riżultat ta’ żbalji metodoloġiċi, bħal kopertura wiesgħa wisq tal-prodott, dipendenza fuq data mhux rappreżentattiva u l-użu ta’ pprezzar Brażiljan żbaljat, filwaqt li nnotaw ukoll li Elfusa nnifisha indikat li prezz ġust għal ċerti kwalitajiet tal-alumina jkun 30–35 % ogħla mill-prezzijiet Ċiniżi.
(82)
Il-Kummissjoni tfakkar li l-parametri rilevanti kollha li jifformaw il-bażi tal-kalkoli tad-dumping ġew iddivulgati f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, li jippermettu lill-partijiet jikkummentaw dwar il-fatti essenzjali. Pretensjonijiet li l-prezzijiet Brażiljani tal-prodott taħt investigazzjoni huma biss 10–15 % ogħla mil-livelli Ċiniżi, li d-diskrepanzi bejn il-prezzijiet ta’ Runbao u ta’ Elfusa juru nuqqasijiet metodoloġiċi jew li l-prezzijiet “ġusti” jenħtieġ li jkunu 30–35 % ogħla mil-livelli Ċiniżi ma kinux issostanzjati b’evidenza. Is-sejbiet tal-Kummissjoni kienu bbażati fuq data vverifikata minn produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u fuq parametri referenzjarji kif deskritti fit-Taqsima 3.2.3.1 tar-Regolament proviżorju. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-metodoloġija tagħha ssegwi d-dispożizzjonijiet legali rilevanti tar-Regolament anti-dumping bażiku u kienet konsistenti mal-prattika stabbilita u li l-marġnijiet tad-dumping proviżorji ġew iddeterminati b’mod korrett.
3.5. Marġnijiet tad-dumping
(83)
Kif deskritt fil-premessa (72), wara l-pretensjonijiet issostanzjati u aċċettati mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni rrevediet il-marġnijiet tad-dumping.
(84)
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, August Riiggeberg GmbH & Co. KG, PFERD-Riiggeberg S.A. u VDS ippreżentaw kummenti dwar il-marġnijiet tad-dumping.
(85)
August Riiggeberg GmbH & Co. KG u PFERD-Riiggeberg S.A. sostnew li l-marġni tad-dumping residwu ta’ 136,36 % kien sproporzjonat u ma kienx jirrifletti l-kundizzjonijiet reali tas-suq. Huma argumentaw li d-dazju residwu ġie derivat minn subsett żgħir ta’ bejgħ mill-produttur bl-ogħla marġni, li jagħmlu mhux rappreżentattiv. Il-partijiet iddikjaraw ukoll li ma setgħux jivverifikaw il-kalkolu minħabba nuqqas ta’ trasparenza, iżda qiesu li dan x’aktarx kien żbaljat, possibbilment bħala riżultat ta’ tqabbil ta’ prodotti inkompatibbli. Fil-fehma tagħhom, id-differenzi reali fil-prezzijiet bejn il-kurindun artifiċjali Ċiniż u dak Brażiljan huma ferm iżgħar minn dawk indikati mill-Kummissjoni, anke matul il-fluttwazzjonijiet reċenti tas-suq marbuta mal-gwerra tal-Ukrajna u l-kriżi tal-enerġija.
(86)
Il-marġni tad-dumping residwu ġie stabbilit abbażi tas-sejbiet ivverifikati minn subsett ta’ bejgħ minn Saite, l-esportatur inkluż fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping. Dan is-subsett, li jammonta għal 7 % tal-esportazzjonijiet tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni (u [4,8] % tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, tqies bħala bażi xierqa u rappreżentattiva għad-determinazzjoni tad-dazju residwu applikabbli għall-esportaturi li ma kkooperawx, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jifformaw il-bażi tal-kalkolu, filwaqt li tiżgura bilanċ xieraq bejn it-trasparenza u l-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali. L-allegazzjonijiet mhux sostanzjati ta’ żball possibbli jew ta’ sproporzjonalità ma setgħux jiġu aċċettati. It-tqabbil tal-prodotti u d-determinazzjoni tal-valur normali twettqu abbażi tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti u tal-prattika konsistenti tal-Kummissjoni. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.
(87)
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, assigurazzjoni u nol (CIF, Cost, Insurance and Freight) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
Kumpanija
Marġni tad-dumping definittiv (%)
Chongqing Saite Corundum Co., Ltd.
99,8
Luoyang Runbao Abrasives Co., Ltd.
88,7
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw
94,5
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ
110,6
4. DANNU
4.1. Kummenti ġenerali
(88)
Ċerti partijiet interessati ddikjaraw li l-analiżi proviżorja tad-dannu u tal-kawżalità kienet difettuża minħabba li ma analizzatx ċerti partijiet tas-suq b’mod separat. Huma argumentaw li analiżi tad-dannu segmentata għal tipi differenti ta’ prodotti kienet iġġustifikata minħabba d-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi tat-tipi ta’ prodotti. B’mod aktar speċifiku, ArcelorMittal, Saite u l-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC iddikjaraw li kienu meħtieġa analiżijiet separati għall-alumina fuża ta’ grad refrattarju. Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw ukoll għal analiżi tad-dannu segmentata għall-ġell tas-sol. Reckel u Tyrolit iddikjaraw li l-kalkoli tad-dannu għal Runbao huma bbażati fuq diskrepanza fit-taħlitiet tal-prodott minħabba li Runbao kienet tipproduċi b’mod predominanti l-alumina fuża kannella, filwaqt li l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tiffoka primarjament fuq l-alumina fuża bajda. B’mod simili, Tyrolit iddikjarat li l-kalkoli tad-dannu għal Saite huma saħansitra anqas rappreżentattivi minħabba li Saite tipproduċi biss l-alumina fuża kannella.
(89)
L-investigazzjoni stabbiliet li l-kumpaniji tal-Unjoni inklużi fil-kampjun jipproduċu l-alumina fuża kannella. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun instabu li jikkompetu direttament mal-prodotti mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni, inkluża l-alumina fuża kannella. Għalhekk, l-analiżi tad-dannu hija rappreżentattiva u tirrifletti l-kompetizzjoni reali fis-suq.
(90)
Madankollu, għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi minn (42) sa (48) tar-Regolament proviżorju u mtennija fil-premessi minn (28) sa (39), il-Kummissjoni kkonfermat li jenħtieġ li l-prodott taħt investigazzjoni jiġi ttrattat bħala prodott wieħed. Il-Kummissjoni nnotat li n-nuqqas ta’ interkambjabbiltà sħiħa tat-tipi ta’ prodotti u l-fatt li l-prodotti jappartjenu għal gradi differenti mhumiex biżżejjed biex jeħtieġu valutazzjoni skont is-segment. Is-sottomissjonijiet li waslu wara d-divulgazzjoni proviżorja ma jbiddlux dawn is-sejbiet. Barra minn hekk, it-tipi ta’ prodotti kollha jitqassmu permezz tal-istess kanali u jinbiegħu lill-istess gruppi ta’ klijenti. Dawn il-fatti juru li l-prodotti huma parti mill-istess suq kompetittiv. Il-Kummissjoni kkonfermat li d-diversi tipi ta’ alumina fuża għandhom l-istess karatteristiċi funzjonali ewlenin sa grad biżżejjed u li d-differenzi fil-prezzijiet fost tipi differenti ta’ prodotti diġà huma kkunsidrati skont il-metodu tan-numru tal-kontroll tal-prodott (PCN, Product Control Number) użat biex jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz.
4.2. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(91)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (186) sa (187) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
4.3. Konsum tal-Unjoni
(92)
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (188) sa (190) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.4.1. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
(93)
Saite u Runbao argumentaw li l-aġġustament fil-PCN fir-rigward tal-alumina fuża kannella, kif spjegat fil-premessi (11) u (199) tar-Regolament proviżorju, ma kienx preċiż fid-dawl tad-distinzjoni teknika bejn iż-żewġ gradi. B’konsegwenza ta’ dan, Saite u Runbao ddikjaraw li, fin-nuqqas tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-alumina fuża kannella tat-tieni grad, jenħtieġ li l-alumina fuża kannella tat-tieni grad prodotta mill-produtturi esportaturi jew titneħħa mit-tqabbil tal-prezzijiet jew inkella tiġi aġġustata kif xieraq.
(94)
Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw li l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz hija mminata mill-fatt li hija nieqsa minn kuntest analitiku u tiddependi fuq tqabbil tal-prezzijiet medji li ma jqisx id-differenzi bejn it-tipi ta’ prodotti differenti. Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC iddikjaraw li l-firxa wiesgħa ta’ prezzijiet tal-importazzjoni tal-alumina fuża, osservata mhux biss fl-importazzjonijiet miċ-Ċina iżda anke minn pajjiżi terzi, tirrifletti d-diverġenzi fin-natura tal-prodotti mmanifatturati, u dan wassal għal tqabbil ħażin.
(95)
Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw li ma twettqet l-ebda valutazzjoni sostanzjata tas-soppressjoni tal-prezzijiet.
(96)
Fir-rigward tal-pretensjoni dwar l-aġġustament tal-PCN, il-Kummissjoni nnotat, kif spjegat fil-premessa (11) tar-Regolament proviżorju, li l-investigazzjoni stabbiliet li d-distinzjoni bejn l-alumina fuża kannella tal-ewwel u tat-tieni grad fil-PCN kienet artifiċjali, ma tirriflettix l-istandards rikonoxxuti mill-industrija u hija soġġetta għal interpretazzjoni. B’hekk, kien neċessarju aġġustament fil-PCN fir-rigward tal-alumina fuża kannella. Il-Kummissjoni kkunsidrat li meta jitqabblu l-prodotti, l-elementi kritiċi huma l-kontenut ta’ Al2O3 u Fe2O3, li huma riflessi fil-valuri A1/A2 u F1/F2 fi ħdan il-PCN. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(97)
Fir-rigward tal-pretensjoni tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni nnotat li l-metodoloġija tal-PCN użata fl-investigazzjoni diġà tammonta għad-differenzi fil-prezzijiet fost it-tipi ta’ prodotti. Dan jiżgura li jsir tqabbil bejn prodotti b’karatteristiċi fiżiċi u kimiċi simili, u b’hekk tiġi ppreżervata l-integrità tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(98)
Fir-rigward tal-pretensjoni li ma twettqet l-ebda valutazzjoni sostanzjata tas-soppressjoni tal-prezzijiet, il-Kummissjoni nnotat li, kif spjegat fit-Taqsima 4.3.2 u fit-Taqsima 5.1 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni wettqet analiżi bir-reqqa tax-xejriet tal-prezzijiet, tal-iżviluppi tal-kostijiet u tal-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni żvelat li, minkejja ż-żieda fil-kostijiet, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, kif xieraq, u dan wassal għal soppressjoni tal-prezzijiet u għal deterjorament fil-profittabilità. Kif innotat il-Kummissjoni fil-premessi (196) u (278) tar-Regolament proviżorju, il-prezz medju mhux dannuż tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI kien ta’ EUR 1 880 għal kull tunnellata b’kuntrast ma’ prezz medju tal-importazzjoni ta’ EUR 878 għal kull tunnellata miċ-Ċina. Dan jikkonferma l-eżistenza ta’ dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.1.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
(99)
Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw li t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni b’37 % mhuwiex marbut b’mod kawżali maż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi. Fir-rigward tal-użu tal-kapaċità, il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC iddikjaraw li l-kapaċitajiet kienu sottoutilizzati anke qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina u qabel il-bidu tal-perjodu kkunsidrat, kif muri mill-fatt li l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kien diġà fil-livell ta’ 69 % fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw ukoll li t-tnaqqis fl-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ma kienx riżultat tal-pressjoni eżerċitata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.
(100)
Il-Kummissjoni qieset l-argumenti dwar ir-relatar mal-kawżalità aktar milli mal-indikaturi makroekonomiċi bħala tali, u tindirizza l-argumenti fit-Taqsima 5 aktar ’il quddiem. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li, irrispettivament mill-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, ir-rati tal-użu naqsu drastikament minn 69 % fl-2021 għal 43 % matul il-PI, kif instab fil-premessa (206) sa (208) tar-Regolament proviżorju, li juri li l-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija kien affettwat b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.
(101)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-produzzjoni, tal-kapaċità tal-produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (206) sa (208) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
4.5.1.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
(102)
Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw li ż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi u fil-prezzijiet Ċiniżi fl-2022 ma imponietx pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jew fuq is-sehem mis-suq, peress li l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-prezzijiet filwaqt li tilfet biss bejgħ limitat. Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC innotaw ukoll li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jikkonċernaw biss porzjon żgħir mis-suq li qabel kien miżmum minn pajjiżi terzi, u li t-telf sussegwenti tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fl-2023 seħħ minkejja tnaqqis fil-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li jirrifletti tnaqqis ġenerali tas-suq tal-Unjoni aktar milli l-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi.
(103)
Il-Kummissjoni nnotat li l-perjodu kkunsidrat kollu ġie eżaminat għax-xejriet fil-volumi tal-importazzjonijiet, fis-sehem mis-suq u fl-indikaturi tad-dannu u fis-soppressjoni tal-prezzijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-argument ma jqisx il-varjazzjoni fid-daqs tas-suq tal-Unjoni bejn l-2022 u l-2023. Kif spjegat fil-premessa (189) sa (190) tar-Regolament proviżorju, il-konsum tal-Unjoni naqas minn 367 672 tunnellata fl-2022 għal 294 891 tunnellata fl-2023. Jenħtieġ li kwalunkwe valutazzjoni tal-iżviluppi fis-sehem mis-suq u r-relazzjoni tagħhom mal-volumi tal-importazzjonijiet issir filwaqt li jitqies it-tnaqqis ġenerali tas-suq. Il-Kummissjoni sabet li, minkejja tnaqqis fil-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina bejn l-2022 u l-2023, is-sehem mis-suq taċ-Ċina żdied minn 48 % għal 51 %, filwaqt li s-sehem tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 38 % għal 35 %. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, fl-2022, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żidiet fil-prezzijiet miċ-Ċina, iżda madankollu esperjenzat tnaqqis ta’ 11 % fil-bejgħ u tnaqqis ta’ 8 % fis-sehem mis-suq. Għalhekk il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni fl-intier tagħha.
(104)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (209) sa (210) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
4.5.1.3. Tkabbir
(105)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tat-tkabbir, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (211) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
4.5.1.4. Impjiegi u produttività
(106)
Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw li l-impatt fuq l-impjiegi kien negliġibbli u li bidliet notevoli seħħew biss fil-PI u mhux matul il-perjodu kkunsidrat.
(107)
Kif stabbilit fil-premessi (212) sa (214) tar-Regolament proviżorju, in-numru ta’ impjegati li jipproduċu l-prodott ikkonċernat naqas bi 8 % mill-2021 sal-2023 u b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-fatt li t-tnaqqis jilħaq l-ogħla livelli matul il-PI ma biddilx il-konklużjonijiet dwar ix-xejra osservata matul il-perjodu kkunsidrat. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-impjiegi u tal-produttività, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (212) sa (214) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
4.5.1.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
(108)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping fil-passat, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (215) u (216) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
4.5.2. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.2.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
(109)
Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw li ż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi u fil-prezzijiet Ċiniżi fl-2022 ma imponietx pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jew fuq is-sehem mis-suq, peress li l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-prezzijiet filwaqt li tilfet biss bejgħ limitat.
(110)
Il-Kummissjoni qieset l-argument fil-premessa (103).
(111)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-prezzijiet u tal-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (217) sa (219) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
4.5.2.2. Kostijiet lavorattivi
(112)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-kostijiet lavorattivi, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (220) sa (221) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
4.5.2.3. Inventarji
(113)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-inventarji, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (222) sa (225) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
4.5.2.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
(114)
Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tat-tnaqqis fil-profittabilità kienet difettuża minħabba li l-profittabilità u l-investimenti żdiedu fl-2022 minkejja żieda ta’ 25 % fl-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC iddikjaraw li t-tnaqqis sussegwenti fil-profittabilità rriżulta minn żidiet sostanzjali fl-investimenti u mill-kostijiet tal-produzzjoni li dejjem jiżdiedu, inklużi l-enerġija, il-materja prima u l-proċessi tal-produzzjoni, li komplew jiżdiedu anke waqt li l-prezzijiet tal-elettriku naqsu fl-2023, u b’hekk urew li d-dannu allegat ma kienx ikkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi.
(115)
Il-Kummissjoni qieset li l-argumenti għandhom x’jaqsmu mal-kawżalità aktar milli mal-indikaturi mikroekonomiċi bħala tali, u tindirizza l-argumenti fit-Taqsima 5 aktar ’il quddiem.
(116)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-profittabilità, tal-fluss tal-flus, tal-investimenti, tar-redditu fuq l-investimenti u tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ kapital, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (226) sa (231) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
(117)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tad-dannu, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (232) sa (237) tar-Regolament proviżorju.
5. KAWŻALITÀ
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
(118)
Fil-premessa (270) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat.
(119)
Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw li t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni b’37 % mhuwiex marbut b’mod kawżali maż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC iddikjaraw li l-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 187 988 tunnellata fl-2022 għal 139 354 tunnellata fl-2023 matul żmien meta l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu minn 175 343 tunnellata fl-2022 għal 151 650 tunnellata fl-2023.
(120)
Il-Kummissjoni nnotat li l-argument ma jqisx il-varjazzjoni fid-daqs tas-suq tal-Unjoni bejn l-2022 u l-2023. Kif spjegat fil-premessa (189) sa (190) tar-Regolament proviżorju, il-konsum tal-Unjoni naqas minn 367 672 tunnellata fl-2022 għal 294 891 tunnellata fl-2023. Meta kkunsidrat dan it-tnaqqis fid-daqs tas-suq, il-Kummissjoni osservat li, minkejja tnaqqis fil-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina bejn l-2022 u l-2023, is-sehem mis-suq taċ-Ċina xorta waħda żdied minn 48 % għal 51 %, filwaqt li s-sehem tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 38 % għal 35 %. Għalhekk il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni fl-intier tagħha.
(121)
Barra minn hekk, Abranova argumentat li l-fluttwazzjonijiet fil-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat ma kinux marbuta b’mod kawżali mal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, iżda pjuttost kienu r-riżultat ta’ fatturi esterni straordinarji. B’mod partikolari, Abranova ddikjarat li l-importazzjonijiet naqsu matul il-pandemija tal-COVID-19 meta l-kostijiet tat-trasport fuq l-ilma bil-kontejners żdiedu minn erba’ sa ħames darbiet aktar mil-livelli normali. Min-naħa l-oħra, l-importazzjonijiet żdiedu b’mod sinifikanti wara l-gwerra fl-Ukrajna minħabba l-projbizzjoni tal-UE fuq l-importazzjonijiet Russi tal-alumina fuża, nollijiet aktar baxxi u kapaċità tal-produzzjoni insuffiċjenti tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, Abranova ddikjarat li l-varjazzjonijiet fil-volumi tal-importazzjonijiet bejn l-2020 u l-2024 kienu xprunati minn żviluppi esterni mingħajr preċedent, u li tqabbil xieraq mal-livelli ta’ qabel il-COVID ikun juri li x-xejriet osservati tal-importazzjoni ma jistgħux jiġu attribwiti għall-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.
(122)
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li fatturi esterni bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna influwenzaw il-flussi kummerċjali ġenerali. Madankollu, dawn l-iżviluppi ma jitfgħux dubju fuq l-eżistenza ta’ rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni stabbiliet li, irrispettivament minn tfixkil usa’ fis-suq, l-importazzjonijiet miċ-Ċina daħlu fl-Unjoni f’volumi sinifikanti, kisbu sehem mis-suq, u kienu pprezzati b’mod konsistenti taħt il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonfermat li dawn l-elementi wrew b’mod ċar li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kienu marbuta b’mod kawżali mad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, peress li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, li rriżultat fis-soppressjoni tal-prezzijiet u f’deterjorament fil-profittabilità.
(123)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi minn (239) sa (242) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
(124)
Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jnaqqsu r-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Is-CCCMC iddikjarat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żammew sehem sinifikanti mis-suq ta’ madwar 15 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienu b’mod konsistenti pprezzati sew taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.
(125)
Il-Kummissjoni nnotat li meta mqabbla maċ-Ċina, pajjiżi terzi oħrajn kellhom preżenza limitata fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Kif spjegat fil-premessa (244) tar-Regolament proviżorju, is-sehem mis-suq kombinat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina naqas minn 22 % fl-2021 għal 15 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Kull wieħed mill-pajjiżi terzi esportaturi ewlenin, jiġifieri l-Ukrajna, l-Istati Uniti, il-Brażil u l-Bahrain, kien jirrappreżenta bejn 2 % u 5 % tas-suq tal-Unjoni, u l-ishma mis-suq rispettivi tagħhom baqgħu ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.
(126)
Il-Kummissjoni osservat ukoll li, għalkemm l-Ukrajna u l-Bahrain biegħu bi prezzijiet aktar baxxi miċ-Ċina matul il-PI, l-ishma mis-suq limitati tagħhom kienu jfissru li l-effett ġenerali tagħhom fuq is-suq tal-Unjoni kien minimu. Importazzjonijiet oħrajn ta’ pajjiżi terzi kienu ġeneralment ipprezzati ’l fuq minn dawk miċ-Ċina. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma jnaqqasx ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (243) sa (246) tar-Regolament proviżorju.
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(127)
Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC, minn PRE, minn DFFI u minn Reckel sostnew li d-deterjorament fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jnaqqas ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Ġie ddikjarat ukoll li t-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma setax jiġi kkawżat mill-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq terzi u n-nuqqas ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tal-anqas iżżomm il-volum tal-esportazzjonijiet tagħha mhuwiex marbut b’mod kawżali mal-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-esportazzjonijiet Ċiniżi.
(128)
Il-Kummissjoni kkonfermat li hija ma attribwietx id-deterjorament fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq terzi. Il-Kummissjoni nnotat li l-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw biss madwar 14 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi seta’ kellhom biss effett marġinali fuq is-sitwazzjoni tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u għalhekk ma setgħux ikissru r-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.
(129)
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma jnaqqasx ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (247) sa (250) tar-Regolament proviżorju.
5.2.3. Konsum tal-Unjoni
(130)
Il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC, minn PRE, minn DFFI u minn Reckel sostnew li t-tnaqqis fid-domanda u t-tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni jkissru jew inaqqsu b’mod konsiderevoli r-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. PRE u DFFI argumentaw li t-tnaqqis sostanzjali fid-domanda għall-alumina fuża fis-suq tal-Unjoni kien primarjament attribwibbli għall-kundizzjonijiet makroekonomiċi avversi mill-2021. B’mod partikolari, PRE u DFFI rreferew għall-effetti kombinati ta’ rkupru li ma damx wisq ta’ wara l-pandemija, ta’ kostijiet għoljin tal-enerġija, ta’ tkabbir baxx, ta’ inflazzjoni u ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi, li naqqsu b’mod sinifikanti d-domanda f’setturi downstream bħal tal-azzar, tal-kostruzzjoni u tal-karozzi.
(131)
Il-Kummissjoni nnotat, skont il-premessa (252) tar-Regolament proviżorju, li l-konsum tal-Unjoni naqas b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat u l-bejgħ tal-Unjoni naqas b’37 %, li wassal għal telf ta’ 9 % tas-sehem mis-suq. Bl-istess mod, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha naqsu wkoll b’mod sinifikanti. B’kuntrast ma’ dan, l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu s-sehem mis-suq tagħhom b’16 % matul l-istess perjodu.
(132)
Il-Kummissjoni fakkret li l-eżistenza ta’ fatturi oħrajn li jaffettwaw l-industrija tal-Unjoni ma tkissirx ir-rabta ta’ kawżalità meta l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, meħuda f’iżolament, jinstabu li kkawżaw dannu materjali. F’dan il-każ, għalkemm it-tnaqqis fil-konsum seta’ kellu xi impatt, seta’ kellu rwol limitat biss u ma jistax jispjega d-daqs tad-deterjorament osservat.
(133)
Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni ma jnaqqasx ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (252) sa (253) tar-Regolament proviżorju.
5.2.4. Żieda fil-kost tal-produzzjoni
(134)
Reckel, Abranova, PRE, DFFI u l-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC argumentaw li ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari minħabba prezzijiet ogħla tal-elettriku, inflazzjoni u l-kost dejjem jiżdied ta’ materja prima importata, tkisser jew tal-anqas tnaqqas b’mod konsiderevoli r-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.
(135)
Il-Kummissjoni diġà kienet eżaminat din il-pretensjoni fir-Regolament proviżorju u kkonkludiet li ż-żidiet fl-enerġija u fil-materja prima ma jispjegawx id-deterjorament osservat. B’mod partikolari, l-investigazzjoni wriet li fl-2022, meta l-prezzijiet tal-enerġija kienu fl-ogħla livell tagħhom, l-industrija tal-Unjoni baqgħet profittabbli. Dan kien possibbli minħabba li parti miż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija setgħet tingħadda lill-utenti. Dak li ppermetta lill-industrija tal-Unjoni tgħaddi ż-żieda fil-kost tal-enerġija fl-2022 kienet iż-żieda eċċezzjonali fil-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (b’44 % mill-2021, ara t-Tabella 4 tar-Regolament proviżorju), li naqqset sostanzjalment il-forza ta’ appoġġ ta’ dawn l-importazzjonijiet. Madankollu, fl-2023, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu drastikament għal qrib il-livelli tal-2021, u dan żied b’mod sinifikanti l-pressjoni ta’ soppressjoni fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. F’dawk iċ-ċirkostanzi, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx għadha kapaċi tgħaddi l-kostijiet tal-enerġija, minkejja li dawn il-kostijiet naqsu meta mqabbla mal-2022. Il-Kummissjoni nnotat li fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-prezzijiet tal-enerġija kienu naqsu, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx għadha kapaċi taġġusta l-prezzijiet tagħha kif xieraq minħabba s-soppressjoni tal-prezzijiet minn importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ, li rriżultat fil-kollass tal-profittabilità. Bl-istess mod, ma ġie identifikat l-ebda żvantaġġ sistematiku fir-rigward tal-prezzijiet tal-materja prima.
(136)
Billi ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza ġdida fl-istadju definittiv li tkun tiġġustifika konklużjoni differenti, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni tagħha stabbilita fil-premessi minn (254) sa (259) tar-Regolament proviżorju li ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni ma tistax tkisser ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.
5.2.5. Effett kumulattiv ta’ fatturi oħrajn
(137)
PRE u DFFI argumentaw li jenħtieġ li l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għad-dannu jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, inkluż it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, il-prestazzjoni ħażina tal-esportazzjoni tal-Unjoni, iż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija u tal-materja prima, u l-importazzjonijiet miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħrajn. Huma ddikjaraw li, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, dawn il-fatturi jnaqqsu r-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali li allegatament ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.
(138)
Kif spjegat fil-premessa (132) aktar ’il fuq, il-Kummissjoni fakkret li l-eżistenza ta’ fatturi oħrajn li jaffettwaw l-industrija tal-Unjoni ma tkissirx ir-rabta ta’ kawżalità meta l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, meħuda f’iżolament, jinstabu li kkawżaw dannu materjali. L-investigazzjoni stabbiliet li, irrispettivament minn fatturi oħrajn, ikkunsidrati individwalment jew b’mod kumulattiv, l-importazzjonijiet miċ-Ċina daħlu fl-Unjoni f’volumi sinifikanti, kisbu sehem mis-suq u kienu pprezzati b’mod konsistenti taħt il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li, minkejja ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx taġġusta l-prezzijiet tagħha kif xieraq, u dan irriżulta f’soppressjoni tal-prezzijiet u f’deterjorament tal-profittabilità. Dan juri li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien marbut b’mod kawżali mal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(139)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-kawżalità, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (267) sa (270) tar-Regolament proviżorju.
6. LIVELL TAL-MIŻURI
6.1. Marġni tad-dannu
(140)
Kif spjegat fil-premessi minn (88) sa (90), il-Kummissjoni kkonfermat li l-analiżi tad-dannu hija rappreżentattiva u tirrifletti l-kompetizzjoni reali fis-suq. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn, il-premessa (280) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata. Għalhekk, il-livell finali ta’ eliminazzjoni tad-dannu għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u għall-kumpaniji l-oħrajn kollha huwa kif ġej:
Pajjiż
Kumpanija
Marġni tad-dannu definittiv (%)
RPĊ
Chongqing Saite Corundum Co., Ltd.
233,9
RPĊ
Luoyang Runbao Abrasives Co., Ltd.
116,9
RPĊ
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw
178,4
RPĊ
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ
259
6.2. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
(141)
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping definittivi jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
Pajjiż
Kumpanija
Dazju anti-dumping definittiv (%)
RPĊ
Chongqing Saite Corundum Co., Ltd.
99,8
RPĊ
Luoyang Runbao Abrasives Co., Ltd.
88,7
RPĊ
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw
94,5
RPĊ
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ
110,6
7. INTERESS TAL-UNJONI
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
(142)
Kif spjegat fil-premessi minn (285) sa (288) tar-Regolament proviżorju, l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn disa’ produtturi li jinsabu f’diversi Stati Membri, li jimpjegaw madwar 962 ħaddiem. Il-maġġoranza ta’ dawn il-produtturi appoġġaw l-ilment mingħajr ebda oppożizzjoni għall-bidu tal-investigazzjoni.
(143)
L-industrija tal-Unjoni bħalissa qiegħda topera taħt kundizzjonijiet li huma ekonomikament mhux sostenibbli u li jwasslu għal livell ta’ profittabilità mhux sostenibbli. Il-marġnijiet tad-dumping, kif stabbiliti fit-Taqsima 3.5, huma eċċezzjonalment għoljin. Dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ikkawżaw dannu sostanzjali lill-industrija tal-Unjoni, skont it-Taqsima 4.6, li jhedded il-vijabbiltà u l-kapaċità tagħha li topera f’kundizzjonijiet normali tas-suq.
(144)
In-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jkollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ soppressjoni ulterjuri tal-prezzijiet u tnaqqis ulterjuri tal-bejgħ, u b’hekk jissarraf f’aktar telf u f’għeluq probabbli tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, f’sensji u, fl-aħħar mill-aħħar, fl-għeluq ta’ negozji sħaħ.
(145)
Eżiti bħal dawn jistgħu jfixklu l-kontinwità tal-produzzjoni Ewropea tal-alumina fuża u joħolqu riskji fit-tul għar-reżiljenza industrijali u għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni. L-alumina fuża hija input essenzjali fil-produzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ oġġetti downstream, inklużi l-materjal refrattarju, l-abrażivi u ċ-ċeramika avvanzata, li min-naħa tagħhom huma indispensabbli għal setturi kritiċi bħall-produzzjoni tal-azzar, metalli oħrajn, il-ħġieġ u l-materjali relatati. Dan jitqies bħala prodott sensittiv minħabba l-importanza strateġika tiegħu, inklużi applikazzjonijiet militari u b’użu doppju (9). Minħabba l-karatteristiċi uniċi tiegħu, inklużi l-ebusija eċċezzjonali u l-istabbiltà termali tiegħu, ftit materjali jistgħu jissostitwixxu l-alumina fuża. L-importanza strateġika u s-sensittività ta’ dan il-prodott jenfasizzaw in-neċessità li tinżamm katina tal-provvista stabbli u sigura fl-Unjoni. It-tfixkil jista’ jaffettwa direttament is-sigurtà ekonomika tal-Unjoni billi jkollu impatt fuq l-infrastruttura kritika industrijali, tal-enerġija u tad-difiża li tiddependi fuq komponenti bbażati fuq l-alumina fuża u billi jhedded ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista kontra xokkijiet esterni, koerċizzjoni jew riskji oħrajn.
(146)
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra parti mill-ishma mis-suq mitlufa tagħha u tirrestawra l-kompetizzjoni ġusta.
7.2. Interess ta’ importaturi u ta’ kummerċjanti mhux relatati
(147)
L-importatur Traxys iddikjara li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tkun tirriżulta fi tnaqqis sinifikanti tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Traxys argumentat ukoll li ż-żieda fil-kostijiet ma tistax tingħadda lill-produtturi tal-materjal refrattarju u li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun twassal għall-għeluq ta’ impjanti ta’ operaturi tal-materjal refrattarju, għat-telf ta’ impjiegi b’ħiliet għolja u għal dipendenza akbar fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti refrattarji lesti. Ġie ddikjarat ukoll li l-miżuri fuq l-alumina fuża kannella, b’mod partikolari, ikollhom effetti severi u sproporzjonati fuq l-industrija Ewropea tal-azzar.
(148)
Il-Kummissjoni osservat li l-argumenti ta’ Traxys kienu jikkonċernaw valutazzjoni ġenerali tas-suq, inkluż l-impatt fuq l-utenti u fuq l-industrija tal-azzar, iżda ma pprovdewx informazzjoni addizzjonali dwar l-interessi ta’ importazzjonijiet u kummerċjanti mhux relatati lil hinn minn dak li kien diġà pprovdut u indirizzat fil-premessi minn (290) sa (294) tar-Regolament proviżorju. Il-Kummissjoni nnotat li l-argumenti dwar iż-żieda fil-kostijiet għall-utenti, inklużi l-produtturi tal-materjal refrattarju, huma indirizzati fit-Taqsima 7.3 aktar ’il quddiem. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tindirizza l-argumenti rigward il-konċentrazzjoni tas-suq fit-Taqsima 7.4 aktar ’il quddiem.
(149)
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor rigward din it-taqsima, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (289) sa (294) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.
7.3. Interess tal-utenti, tal-konsumaturi jew tal-fornituri
(150)
Wara r-Regolament proviżorju, diversi utenti ppreżentaw informazzjoni li enfasizzat l-effetti negattivi li kienu diġà qegħdin jesperjenzaw wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, b’mod partikolari l-inkapaċità li jittrasferixxu ż-żieda fil-prezzijiet lill-klijenti. Dan it-tħassib tqajjem u ġie spjegat ukoll fl-istadju proviżorju, meta l-utenti argumentaw li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping iżżid b’mod sinifikanti l-kostijiet tagħhom, li jkun diffiċli li jingħaddew lill-klijenti. L-utenti ddikjaraw li dan jista’ jhedded il-profittabilità u l-kompetittività tagħhom. Xi utenti wissew ukoll li ż-żidiet fil-kostijiet marbuta mad-dazji jistgħu jipperikolaw is-sostenibbiltà operazzjonali tagħhom, u jpoġġu f’riskju l-vijabbiltà kontinwa ta’ ċerti attivitajiet ta’ produzzjoni fl-Unjoni. Il-konsegwenzi potenzjali ċċitati kienu jinkludu t-tnaqqis fin-numru tal-impjegati, ir-rilokazzjoni barra mill-Unjoni u l-għeluq tan-negozji.
(151)
Il-Kummissjoni nnotat li l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni kienet iddokumentata b’mod wiesa’, kif spjegat fil-premessa (295) tar-Regolament proviżorju. Madwar 50 utent u assoċjazzjoni tal-utenti ppreżentaw ruħhom u pparteċipaw b’mod attiv fil-proċedimenti. Ħafna minn dawn l-utenti pprovdew tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju, u ppermettew lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bir-reqqa u rappreżentattiva tas-sitwazzjoni. L-assoċjazzjonijiet tal-industrija fis-setturi tal-abrażivi u tal-materjal refrattarju kienu attivi b’mod partikolari, u ppreżentaw informazzjoni sostanzjali u dettaljata. Dawn l-assoċjazzjonijiet jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta’ operaturi, inkluż numru konsiderevoli ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, kif ukoll utenti akbar. Dan jiżgura li d-data tirrifletti d-diversità u l-iskala tal-industriji downstream tal-Unjoni.
(152)
Minn perspettiva soċjoekonomika, abbażi tal-informazzjoni mill-assoċjazzjonijiet tal-industrija, huwa stmat li l-industrija tal-materjal refrattarju timpjega madwar 20 000 persuna fl-Unjoni kollha u tiġġenera fatturat annwali ta’ madwar EUR 4 biljun. Fir-rigward tal-industrija tal-abrażivi, din tirrappreżenta madwar 8 400 impjieg fil-Ġermanja u fl-Italja biss, u tiġġenera fatturat annwali kombinat ta’ madwar EUR 2,3 biljun f’dawn iż-żewġ Stati Membri. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-assoċjazzjonijiet tal-utenti fiż-żewġ setturi, l-industriji tal-materjal refrattarju u tal-abrażivi tal-Unjoni flimkien jammontaw għal madwar EUR 6,6 biljun f’fatturat annwali u għal 39 000 impjieg dirett fl-Unjoni, li minnhom aktar minn 22 600 ikunu f’riskju b’mod sinifikanti u immedjat.
(153)
Għalhekk, dawn is-setturi jikkontribwixxu b’mod sinifikanti f’termini ekonomiċi u f’impjiegi fil-pajjiżi li fihom huma bbażati. Barra minn hekk, l-industriji tal-abrażivi u tal-materjal refrattarju għandhom rwol kritiku fil-produzzjoni tal-azzar, tal-metalli u tal-ħġieġ kif ukoll tal-għodod tat-tqattigħ, tat-tħin, tal-illostrar u tal-irfinar, għodod li huma kritiċi għall-proċessi tal-manifattura f’setturi bħal tal-karozzi, tal-ajruspazju u tal-kostruzzjoni.
(154)
Il-Kummissjoni nnotat li, skont it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-utenti, madwar 50 % tal-alumina fuża użata fis-settur tal-abrażivi u madwar 65 % ta’ dik użata fis-settur tal-materjal refrattarju toriġina miċ-Ċina. Din id-data tirrifletti d-dipendenza sinifikanti tal-industriji downstream fuq l-alumina fuża ta’ oriġini Ċiniża. Filwaqt li proporzjon sostanzjali tal-provvista jinkiseb minn oriġini alternattivi, li jista’ jimmitiga l-impatt ġenerali fuq il-kost tad-dazji għal xi kumpaniji, il-Kummissjoni osservat ukoll li d-dipendenza fuq importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx miċ-Ċina għadha sinifikanti. Għall-utenti li jiddependu ħafna fuq il-materjal Ċiniż, kwalunkwe żieda fil-prezz li tirriżulta mill-impożizzjoni tad-dazji jkollha impatt fuq il-kostijiet tal-produzzjoni.
(155)
Meta evalwat l-impatt potenzjali fuq il-kostijiet tal-produzzjoni, il-Kummissjoni, kif spjegat fil-premessa (300) tar-Regolament proviżorju, stmat li l-impożizzjoni tad-dazji tista’ tirriżulta f’żidiet fil-kostijiet għall-industriji utenti li jvarjaw bejn 10 % u 30 %, skont il-kumpanija u s-settur speċifiċi, jekk wieħed jassumi li s-sors ta’ provvista ta’ 100 % tal-alumina fuża kien iċ-Ċina. B’mod aktar speċifiku, l-industrija tal-materjal refrattarju tista’ tiffaċċja żidiet fil-kostijiet ta’ bejn 10 % u 30 %, filwaqt li l-industrija tal-abrażivi tista’ tesperjenza żidiet fil-medda ta’ bejn 10 % u 23 %. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-utenti juru grad għoli ta’ esponiment fil-kost tal-produzzjoni tagħhom għall-fluttwazzjonijiet fil-prezz tal-alumina fuża.
(156)
Għalhekk, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-vulnerabbiltà ekonomika tal-industriji utenti. L-industriji utenti huma frammentati ħafna, u jinkludu firxa wiesgħa ta’ operaturi b’kapaċitajiet li jvarjaw biex jassorbu ż-żidiet fil-kostijiet. Għal xi utenti, iż-żidiet fil-kostijiet li jirriżultaw mid-dazji anti-dumping jistgħu jipperikolaw is-sostenibbiltà operazzjonali tagħhom. Dan jista’ jwassal għat-tnaqqis fin-numru tal-impjegati, għar-rilokazzjoni tal-operazzjonijiet barra mill-UE jew għall-għeluq tan-negozju.
(157)
Minħabba l-kompożizzjoni tal-industriji utenti, li tinkludi kemm kumpaniji globali kbar kif ukoll bosta intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, operaturi iżgħar jew aktar sensittivi għall-kostijiet jistgħu jiġu affettwati b’mod partikolarment sever. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li kumpaniji iżgħar jistgħu ma jkunux kapaċi jassorbu l-kostijiet addizzjonali u jistgħu jkunu mġiegħla jagħlqu. Min-naħa l-oħra, hemm probabbiltà akbar li kumpaniji akbar jibdlu l-produzzjoni tagħhom għal faċilitajiet eżistenti barra mill-Unjoni.
(158)
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni rrikonoxxiet riskju għoli ta’ deindustrijalizzazzjoni fis-setturi downstream. Ħafna kumpaniji fis-setturi tal-materjal refrattarju u tal-abrażivi diġà qegħdin joperaw bit-telf, u l-fraġilità finanzjarja tagħhom hija theddida diretta għas-sostenibbiltà tal-attività industrijali f’oqsma li huma ta’ interess strateġiku għall-Unjoni.
7.4. Fatturi oħrajn: Disponibbiltà tal-provvista u konċentrazzjoni tas-suq
(159)
Xi partijiet fl-industrija tal-materjal refrattarju ddikjaraw li s-sostituzzjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina tkun tikkomprometti s-sigurtà tal-provvista għall-industrija tal-materjal refrattarju tal-Unjoni, minħabba l-kapaċità tal-produzzjoni limitata tal-industrija tal-Unjoni fit-tipi ta’ prodotti l-aktar rilevanti għal dan is-settur, b’mod partikolari l-alumina fuża ta’ grad refrattarju u kannella. Ġie ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni tradizzjonalment kienet orjentata lejn il-produzzjoni tal-alumina fuża ta’ grad abrażiv, li tirrappreżenta sehem akbar mid-domanda ġenerali, hija nnegozjata bi prezzijiet ogħla u tibbenefika minn ekonomiji ta’ skala li jippermettu razzjonalizzazzjoni aktar effiċjenti tal-kostijiet. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma setgħux jikkostitwixxu sors alternattiv vijabbli ta’ provvista, peress li s-sehem mis-suq tagħhom għadu limitat.
(160)
VDS argumentat ukoll li mhuwiex biżżejjed li jiġu vvalutati l-kapaċitajiet tal-produzzjoni f’termini aggregati, peress li hemm nuqqas ta’ kapaċità għall-produzzjoni ta’ kwalitajiet, ta’ trattamenti u ta’ daqsijiet ta’ ħbub speċifiċi tal-alumina fuża. Barra minn hekk, VDS sostniet li, anke f’pajjiżi terzi, spiss ma jkunx possibbli li jinkisbu prodotti tal-istess kwalità bħal dawk li joriġinaw miċ-Ċina.
(161)
Il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni hija kapaċi tforni lis-suq tal-Unjoni bil-kwantitajiet meħtieġa, inkluż għal tipi, għal kwalitajiet, għal trattamenti u għal daqsijiet ta’ ħbub differenti tal-prodott ikkonċernat. Għalkemm il-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, il-Kummissjoni osservat li l-industrija tal-Unjoni ma kienet sottoutilizzat b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha matul dan il-perjodu, kif stabbilit fil-premessi minn (206) sa (208) u (308) tar-Regolament proviżorju. Il-Kummissjoni kkonfermat li l-kapaċità addizzjonali disponibbli tinkludi l-produzzjoni tal-alumina fuża ta’ grad refrattarju u tal-alumina fuża kannella. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li proporzjon sostanzjali tal-kapaċità addizzjonali disponibbli huwa relatat mal-produzzjoni tal-alumina fuża kannella, li hija jew disponibbli immedjatament jew tista’ ssir operazzjonali f’perjodu ta’ żmien qasir ħafna.
(162)
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenniet li, lil hinn mill-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għadhom jirrappreżentaw sors affidabbli tal-alumina fuża, kif stabbilit fil-premessi (304) u (305) tar-Regolament proviżorju. Filwaqt li pajjiżi terzi kellhom preżenza limitata fis-suq tal-Unjoni meta mqabbla maċ-Ċina matul il-PI, il-Kummissjoni nnotat li, wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, diġà ġiet osservata żieda moderata fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi abbażi tal-aktar data reċenti disponibbli. Dan l-iżvilupp jikkonferma li l-proċess ta’ aġġustament qiegħed jiżvolġi kif mistenni u, minħabba n-natura progressiva tiegħu, jistgħu jiġu antiċipati b’mod raġonevoli żidiet ulterjuri fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi hekk kif l-operaturi jespandu jew jistabbilixxu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li tappoġġa l-pretensjoni li l-prodotti minn pajjiżi terzi huma ta’ kwalità inferjuri meta mqabbla ma’ dawk li joriġinaw miċ-Ċina. L-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni tindika li l-produtturi f’pajjiżi terzi huma kapaċi jipprovdu alumina fuża bi speċifikazzjonijiet u b’karatteristiċi ta’ prestazzjoni komparabbli.
(163)
Barra minn hekk, xi partijiet argumentaw li l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni tal-alumina fuża kienu essenzjali għaż-żamma tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari fid-dawl tas-sorsi alternattivi limitati. Il-partijiet argumentaw li filwaqt li l-intenzjoni tal-Kummissjoni ma hijiex li teskludi l-produtturi Ċiniżi, id-dazji anti-dumping proposti effettivament ikunu jagħmlu dan billi jżidu l-prezzijiet tagħhom ’il fuq mil-livelli tal-Unjoni, li jwasslu għal konċentrazzjoni tas-suq, għal kompetizzjoni mnaqqsa u għal ħsara potenzjali lill-utenti downstream.
(164)
Il-Kummissjoni fakkret li l-iskop tal-miżuri anti-dumping huwa li jirrestawraw kundizzjonijiet kummerċjali ġusti distorti minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, biex ma jiġux esklużi l-produtturi esportaturi Ċiniżi mis-suq tal-Unjoni. Kif stabbilit fil-premessa (311) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkonfermat li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza sostanzjata li turi li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun tirriżulta f’effetti avversi serji fuq l-istruttura tas-suq, inkluża l-imġiba antikompetittiva mill-industrija tal-Unjoni, li jkunu jaffettwaw b’mod negattiv lill-operaturi downstream.
7.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(165)
L-investigazzjoni żvelat li l-konferma tal-miżuri proviżorji kif imfassla tkun toħloq riskju għoli ta’ deindustrijalizzazzjoni fis-setturi downstream. Ħafna kumpaniji fis-setturi tal-materjal refrattarju u tal-abrażivi diġà qegħdin joperaw bit-telf, u l-fraġilità finanzjarja tagħhom hija theddida diretta għas-sostenibbiltà tal-attività industrijali f’oqsma li huma ta’ interess strateġiku għall-Unjoni.
(166)
Fl-istess ħin, in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri jkollu konsegwenzi negattivi u irriversibbli għall-industrija tal-Unjoni peress li t-trażżin kontinwu tal-prezzijiet u t-tnaqqis fil-bejgħ ikunu jaċċelleraw it-telf finanzjarju u jwasslu għall-għeluq tal-faċilitajiet tal-produzzjoni. Dan jista’ jipperikola l-kontinwità tal-produzzjoni tal-alumina fuża Ewropea, li hija materjal essenzjali għal setturi strateġiċi bħal tal-azzar u tad-difiża, kif ukoll għal applikazzjonijiet sensittivi oħrajn. Dan ikun jimmina r-reżiljenza industrijali u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni.
(167)
Għalhekk, u sabiex jiġi evitat l-għajbien tal-industrija tal-Unjoni jew tal-industrija downstream, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li tiġi aġġustata l-forma tal-miżuri kif diskuss fit-Taqsima 8.
8. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
8.1. Miżuri definittivi
(168)
Il-Kummissjoni, wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji, kompliet tiġbor l-informazzjoni u involviet ruħha fi proċess ta’ konsultazzjoni estensiv. Dan il-proċess kien ikkaratterizzat minn livell għoli ta’ interazzjoni mal-partijiet interessati, inklużi seduti ta’ smigħ, sottomissjonijiet bil-miktub, preżentazzjonijiet u skambji dettaljati ta’ informazzjoni kemm mal-produtturi kif ukoll mal-utenti tal-Unjoni.
(169)
Ġiet ippreżentata proposta minn Saint-Gobain biex jiġu estiżi d-dazji anti-dumping għall-prodott ikkonċernat integrat fi prodotti downstream. Saint Gobain argumentat li din il-proposta tkun twassal għal kundizzjonijiet ekwi u tiżgura kompetizzjoni ġusta fis-swieq downstream peress li tkun tipprevjeni lill-produtturi ta’ pajjiżi terzi li jużaw alumina fuża Ċiniża bi prezz inġust milli jiksbu vantaġġ kompetittiv fuq il-produtturi tal-Unjoni li joperaw f’dawk is-swieq.
(170)
Il-Kummissjoni qieset li approċċ bħal dan ma jkunx possibbli fl-ambitu tal-investigazzjoni kurrenti. Il-Kummissjoni nnotat li l-investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet tal-alumina fuża tnediet b’ambitu limitat, li jkopri biss il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, is-sejbiet li jikkonċernaw id-dumping u d-dannu ma jistgħux jiġu applikati legalment għal prodotti downstream mingħajr investigazzjoni separata. Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-implimentazzjoni ta’ proposta bħal din tkun toħloq diffikultajiet prattiċi sostanzjali, peress li l-verifika tal-kontenut ta’ alumina fuża fi prodotti lesti downstream tkun estremament kumplessa. Għalhekk, il-proposta ġiet miċħuda.
8.2. Forma u livell ta’ miżuri
(171)
Meta jitqiesu l-interessi involuti, deskritti fit-Taqsima 7 hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li kwota tariffarja mingħajr dazju hija l-aħjar forma ta’ miżura biex jiġu bbilanċjati d-diversi interessi involuti, jiġifieri l-protezzjoni tal-pożizzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, filwaqt li, min-naħa tal-utenti, jiġu evitati xokkijiet fil-kostijiet, jiġi mmitigat l-impatt fuq il-kostijiet, jiġi żgurat żmien suffiċjenti għall-adattament u jitnaqqsu d-dipendenzi fuq iċ-Ċina.
(172)
Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu protetti l-produtturi tal-Unjoni li jġarrbu dannu mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, filwaqt li jiġu mmitigati l-kostijiet għall-utenti u jitnaqqsu d-dipendenzi fuq iċ-Ċina, jenħtieġ li l-miżura anti-dumping definittiva tieħu l-forma ta’ kwota tariffarja mingħajr dazju. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-limiti ta’ din il-kwota għandhom jiġu eżentati mid-dazju anti-dumping. Madankollu, l-importazzjonijiet li jaqbżu l-volum tal-kwota għandhom jiġu soġġetti għad-dazju anti-dumping sħiħ, kif stabbilit f’dan ir-Regolament.
(173)
Il-Kummissjoni pproċediet biex tiddetermina l-livell xieraq għal tali kwota. Il-punt tat-tluq kien li jiġi vvalutat x’jirrikjedu l-produtturi tal-Unjoni biex jibqgħu vijabbli. Dan kien jinvolvi l-identifikazzjoni tal-volum ta’ bejgħ neċessarju biex tinżamm preżenza stabbli fis-suq, abbażi ta’ data storika minn perjodi meta l-industrija kienet kemm kompetittiva kif ukoll profittabbli.
(174)
Il-pass li jmiss kien li jiġi kkunsidrat kif l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jistgħu jevolvu. Fl-aħħar nett, tqies id-daqs tas-suq tal-Unjoni. Abbażi tal-provvista tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet previsti ta’ pajjiżi terzi, il-volum li jifdal ġie stabbilit bħala l-livell li għandu jiġi kopert mill-kwota mingħajr dazju.
(175)
Wara din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet kwota tariffarja mingħajr dazju b’volum inizjali ta’ 60 000 tunnellata għall-2026. Din il-kwota hija mfassla biex tonqos gradwalment b’7 500 tunnellata fis-sena fuq perjodu ta’ 5 snin, u tilħaq it-30 000 tunnellata sal-2030, it-tmiem tal-perjodu.
(176)
Il-kwota tariffarja mingħajr dazju topera fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Biex jiġi żgurat aċċess wiesa’ u ekwu, il-kwota ġiet diviża (1) skont il-prodott, b’allokazzjonijiet separati għall-alumina fuża kannella u għall-alumina fuża bajda; (2) skont il-granularità, biex tiġi żgurata distribuzzjoni bilanċjata bejn diversi applikazzjonijiet; u (3) skont iż-żmien, b’distribuzzjonijiet trimestrali biex tinżamm id-disponibbiltà matul is-sena. Din l-istruttura tiżgura li l-miżura tappoġġa aċċess proporzjonali fost is-setturi kollha u tkun reattiva għall-ħtiġijiet speċifiċi għall-industrija.
(177)
F’termini ta’ kif il-volum tal-kwota tariffarja mingħajr dazju kien mistenni li jaffettwa lill-partijiet interessati, il-Kummissjoni nnotat dan li ġej:
(178)
Għall-industrija tal-Unjoni, il-volum mingħajr dazju kien ibbażat fuq punt ta’ referenza meta l-industrija diġà kienet qiegħda tilħaq marġnijiet ta’ profitt raġonevoli. Dan kien imfassal biex iżomm dan il-livell ta’ profittabilità filwaqt li jagħti spinta lill-bejgħ, lis-sehem mis-suq u lill-produzzjoni. Billi tnaqqas il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz inġust, l-industrija tal-Unjoni kienet mistennija topera f’ambjent aktar stabbli, li jippermetti ġestjoni aħjar tal-prezzijiet u profittabilità sostnuta.
(179)
B’mod speċifiku, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien previst li jiżdied b’84 % fl-2026, u jilħaq żieda ta’ 95 % sal-2031, kważi d-doppju tal-bejgħ irreġistrat matul il-PI. L-użu tal-kapaċità kien mistenni jikber minn 43 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għal 67 % fl-2026, b’massimu ta’ 71 % sal-2031, li jirrappreżenta titjib ta’ 65 %. Is-sehem mis-suq kien previst li jiżdied minn 32 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għal 59 % fl-2026, u jilħaq it-63 % sal-2031, żieda ta’ 96 %, kważi d-doppju tal-livell osservat matul il-PI. Fir-rigward tal-prezzijiet, minħabba data limitata, it-tbassir preċiż kien inċert. Diversi fatturi bħax-xejriet tal-konsum, it-tqabbil tal-prezzijiet internazzjonali, it-taħlita tal-prodotti Ċiniżi u l-bidliet fil-kostijiet tal-produzzjoni jistgħu jinfluwenzaw il-livelli futuri tal-prezzijiet.
(180)
Minħabba dan it-titjib previst fil-bejgħ, fl-użu tal-kapaċità u fis-sehem mis-suq, il-kwota tariffarja mingħajr dazju tfasslet biex tiżgura l-vijabbiltà kontinwa tal-industrija tal-Unjoni. Billi tipprovdi qafas prevedibbli għall-importazzjonijiet, il-miżura tippermetti lill-produtturi jibbenefikaw mit-tkabbir antiċipat, jadattaw il-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ investiment tagħhom, u jżommu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq.
(181)
Għall-industriji utenti, kien ta’ sfida li jiġi vvalutat l-impatt preċiż tal-miżura proposta, minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ kumpaniji involuti. Madankollu, l-approċċ tal-kwota tariffarja mingħajr dazju joffri perjodu ta’ tranżizzjoni biex jiġi mmitigat l-impatt tal-kost inizjali, jagħti lill-utenti żmien biex jadattaw billi jidentifikaw fornituri alternattivi, jiżguraw iċ-ċertifikazzjonijiet neċessarji tal-prodott u jallinjaw mar-rekwiżiti tal-klijenti. Barra minn hekk, il-miżura tkompli toffri volum sostanzjali mingħajr dazju u tintroduċi qafas prevedibbli u trasparenti li huwa mfassal biex jappoġġa l-ippjanar strateġiku u jiffaċilita tranżizzjoni b’anqas tfixkil.
(182)
B’mod speċifiku, meta wieħed iqis il-PI bħala referenza, il-miżura tkun tippermetti li 37 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi jidħlu fl-Unjoni mingħajr dazju fl-ewwel sena, l-2026. Il-kwota mingħajr dazju tfasslet biex titnaqqas progressivament, u tilħaq id-19 % sal-2030. L-aċċess għal dawn il-volumi mingħajr dazju kien ifisser li jiġi pprovdut tnaqqis immedjat u sostanzjali fl-impatt tal-kost għall-kumpaniji, skont it-taħlita tal-prodotti u s-sorsi tal-provvista tagħhom, meta mqabbla mal-impożizzjoni standard tad-dazji.
(183)
Wara d-divulgazzjoni finali u d-divulgazzjoni finali addizzjonali, għadd ta’ partijiet ikkontestaw il-volumi stabbiliti fil-kwota mingħajr dazju. Minn naħa waħda, il-partijiet li jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni ddikjaraw li kienu qegħdin joperaw f’kundizzjonijiet ekonomikament mhux sostenibbli, bil-vijabbiltà tagħhom mhedda direttament mis-soppressjoni tal-prezzijiet. Għalhekk, fil-fehma tagħhom, il-miżuri kienu essenzjali biex tiġi rrestawrata l-kompetizzjoni ġusta u biex jiġi rkuprat is-sehem mis-suq mitluf. Huma sostnew ukoll li, fit-tfassil tal-volum tal-kwota mingħajr dazju, jenħtieġ li l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni jiżdied u li, kif xieraq, jew jenħtieġ li ma tiġi permessa l-ebda kwota mingħajr dazju jew li tali kwoti jitnaqqsu sostanzjalment. Barra minn hekk, huma argumentaw li perjodu ta’ 3 snin minflok ta’ 5 snin għall-kwota mingħajr dazju jkun aktar xieraq, peress li jipprovdi żmien adegwat għall-utenti biex inaqqsu d-dipendenza u jiddiversifikaw il-fornituri tagħhom.
(184)
Min-naħa l-oħra, l-industriji utenti argumentaw li l-kwoti fil-livelli kurrenti ma kinux biżżejjed biex jindirizzaw it-tħassib tal-operaturi downstream u talbu għal aktar tnaqqis fid-dazji flimkien ma’ żidiet sinifikanti fil-volumi tal-kwoti. Huma kkontestaw il-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni tal-użu tal-kapaċità u argumentaw li t-tnaqqis fil-kwoti kien kbir wisq. Barra minn hekk, huma argumentaw li huwa meħtieġ volum inizjali ogħla ta’ kwota bla ħlas biex l-industriji utenti jingħataw opportunità adegwata biex jaġġustaw l-operazzjonijiet tagħhom u jiddiversifikaw is-sorsi tal-provvista tagħhom, u li għall-ewwel 3 snin jenħtieġ li jitneħħa t-tnaqqis progressiv tal-kwota mingħajr dazju.
(185)
Il-Kummissjoni kkonfermat il-metodoloġija tagħha bħala soda, ibbażata fuq data storika u fuq evidenza fattwali miġbura matul l-investigazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-kostijiet, l-użu tal-kapaċità, il-volumi tal-bejgħ, id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-livelli ġenerali tal-importazzjoni. B’mod simili, il-Kummissjoni nnotat li l-metodoloġija tagħha tqis dak li l-produtturi tal-Unjoni jirrikjedu biex jibqgħu vijabbli. Dan kien jinvolvi l-identifikazzjoni tal-volum ta’ bejgħ neċessarju biex tinżamm preżenza stabbli fis-suq. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll l-interessi tal-utenti fit-tfassil tal-kwota mingħajr dazju, il-miżura tkompli tipprovdi volum sostanzjali mingħajr dazju u tiffaċilita tranżizzjoni b’anqas tfixkil. B’mod partikolari, il-miżura tippermetti li aktar minn 37 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi rreġistrati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jidħlu mingħajr dazju fl-Unjoni fl-ewwel sena (l-2026). Imbagħad il-kwota titnaqqas progressivament, u tilħaq id-19 % sal-2030. Dan id-disinn jimmitiga b’mod sinifikanti l-impatt fuq il-kostijiet tal-utent, joffri perjodu ta’ tranżizzjoni biex jiġu mmitigati l-effetti inizjali, u jipprovdi żmien biex wieħed jadatta billi jidentifika fornituri alternattivi u jiżgura ċ-ċertifikazzjonijiet neċessarji tal-prodott. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.
(186)
Wara d-divulgazzjoni finali, numru ta’ partijiet ikkontestaw id-dipendenza tal-Kummissjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Numru ta’ utenti argumentaw li dawn il-pajjiżi ma setgħux inaqqsu b’mod realistiku d-distakk fil-provvista u li s-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni kienu ottimisti żżejjed. Abbażi ta’ dan, huma ddikjaraw li l-volumi tal-kwoti mingħajr dazju jenħtieġ li jiżdiedu. B’mod partikolari, huma indikaw li l-Brażil kien irtira mis-suq tal-Unjoni minħabba t-tariffi tal-Istati Uniti, li l-produzzjoni tal-Ukrajna ġiet imfixkla mill-gwerra li għaddejja u li l-Indja nnifisha kienet tiddependi fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina. B’kuntrast ma’ dan, l-industrija tal-Unjoni ddikjarat li kien hemm raġunijiet qawwija biex jiġi previst li l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi jidħlu fis-suq tal-Unjoni b’mod aktar rapidu ladarba d-dazji anti-dumping kienu fis-seħħ. Għaldaqstant, huma argumentaw li l-volumi tal-kwoti mingħajr dazju jenħtieġ li jitnaqqsu sostanzjalment. Huma rreferew b’mod partikolari għall-Ukrajna, li żiedet il-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħha u offriet pubblikament li tespandi l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.
(187)
Il-Kummissjoni nnotat li l-istima tagħha ta’ żieda fl-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi kienet ibbażata fuq data storika dwar l-importazzjonijiet. Minn naħa waħda, din il-metodoloġija qieset li kwalunkwe żieda ma tkunx se sseħħ f’daqqa, iżda pjuttost b’mod progressiv biex tilħaq il-livell massimu ta’ importazzjonijiet osservati fl-2021. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni qieset ukoll il-flussi reali tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. Din id-data wriet li l-importazzjonijiet kienu qegħdin jiżdiedu, għall-kuntrarju tal-pretensjonijiet tal-utenti, iżda lanqas ma kienu qegħdin jiżdiedu drastikament kif allegat mill-industrija tal-Unjoni. Fid-dawl tal-argumenti opposti u kontradittorji ppreżentati mill-partijiet differenti, il-Kummissjoni nnotat li l-metodoloġija tagħha kienet tiddependi kemm fuq id-data storika dwar l-importazzjonijiet stabbilita kif ukoll fuq l-attivitajiet ta’ importazzjoni osservati ta’ pajjiżi terzi fix-xhur wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset l-approċċ tagħha bħala wieħed sod, robust u bbażat fuq evidenza fattwali. Għalhekk, il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.
8.3. Amministrazzjoni tal-kwoti
(188)
Kif spjegat fit-taqsima ta’ hawn fuq, il-kwota tariffarja mingħajr dazju jenħtieġ li topera fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel.
(189)
Sabiex jiġi żgurat aċċess wiesa’ u ekwu, il-kwota hija frammentata kif ġej: skont il-prodott, b’allokazzjonijiet separati għall-alumina fuża kannella u għall-alumina fuża bajda; u skont il-granularità, biex jiġi żgurat aċċess ibbilanċjat għas-setturi tal-utenti ewlenin. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kwota titqassam fuq bażi trimestrali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà matul is-sena kollha.
(190)
Din l-istruttura hija maħsuba biex tiggarantixxi li l-kwota tariffarja mingħajr dazju titqassam b’mod ġust u twieġeb għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-industriji differenti.
8.3.1. Kwoti tat-tip ta’ prodott
(191)
Għas-separazzjoni fost it-tipi ta’ prodotti, il-Kummissjoni ffokat fuq il-kategoriji distintivi ewlenin: l-alumina fuża kannella u l-alumina fuża bajda, filwaqt li qieset il-fattibbiltà tan-nomenklatura eżistenti u d-differenzjazzjoni tal-kodiċijiet TARIC.
(192)
Il-Kummissjoni vvalutat, abbażi ta’ data storika dwar l-importazzjonijiet, l-informazzjoni miġbura permezz ta’ kwestjonarji, kif ukoll is-sottomissjonijiet minn partijiet interessati, il-livelli ta’ konsum tal-alumina fuża kannella u tal-alumina fuża bajda fl-Unjoni, il-bejgħ u l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha u l-grad ta’ dipendenza tal-utenti fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina. Il-valutazzjoni kkunsidrat ukoll il-fattibbiltà tat-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista minn fornituri alternattivi, kemm jekk ibbażati fl-Unjoni kif ukoll minn pajjiżi terzi, f’livelli ta’ kostijiet li ma jikkawżawx xokkijiet ta’ prezzijiet li joħolqu tfixkil għall-utenti.
(193)
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni allokat 70 % tal-kwota mingħajr dazju għall-alumina fuża kannella u 30 % għall-alumina fuża bajda. Minħabba l-ispeċifiċità tal-prezz tal-ġell tas-sol, l-inklużjoni tiegħu fil-volum allokat għall-alumina fuża bajda jkun iwassal għal użu mhux xieraq tal-kwota. Tiġi stabbilita kwota separata għall-kurindun tal-ġell tas-sol.
8.3.2. Rekwiżiti ta’ granularità mill-utenti
(194)
Biex tiġi żgurata distribuzzjoni bbilanċjata tal-volumi fost l-industriji utenti ewlenin, jiġifieri, tal-abrażivi u tal-materjal refrattarju, il-Kummissjoni allokat il-kwota b’mod imfassal biex iż-żewġ setturi jkunu jistgħu jaċċessaw b’mod sigur ishma xierqa tal-kwota mingħajr dazju.
(195)
Għal dan l-għan, il-Kummissjoni vvalutat, abbażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni, inklużi d-data storika dwar l-importazzjonijiet u l-proporzjonijiet tal-konsum tas-suq għaż-żewġ setturi, il-ħtiġijiet relattivi u d-dipendenzi tal-provvista ta’ kull industrija.
(196)
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni allokat 60 % tal-kwota għas-settur tal-abrażivi u 40 % għas-settur tal-materjal refrattarju.
(197)
Kodiċijiet TARIC speċifiċi, ibbażati fuq il-granularità u fuq id-deskrizzjoni teknika tal-prodott jiġu maħluqa. Filwaqt li jeżisti trikkib, dawn il-kodiċijiet jiddistingwu b’mod effettiv bejn l-applikazzjonijiet fis-setturi tal-abrażivi u tal-materjal refrattarju, filwaqt li l-klassifikazzjoni tibqa’ bbażata fuq il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott.
8.3.3. Distribuzzjoni tal-kwota mingħajr dazju maż-żmien
(198)
Il-kwota mingħajr dazju għandha tinqasam kull trimestru sabiex jiġi żgurat li l-importazzjonijiet jitqassmu b’mod ugwali matul is-sena u biex tipprevjeni l-kumulazzjoni ta’ importazzjonijiet sinifikanti fil-bidu tal-perjodu sabiex jiġu evitati d-dazji possibbli. Il-kwota tariffarja trimestrali mhux użata għandha tiġi ttrasferita awtomatikament għall-perjodu li jmiss.
8.3.4. Durata u evoluzzjoni tal-kwota mingħajr dazju
(199)
Il-volum tal-kwota tariffarja mingħajr dazju għandu jitnaqqas progressivament. It-tnaqqis iseħħ kull sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li jibda b’60 000 tunnellata u jonqos b’7 500 tunnellata fis-sena, u jilħaq it-30 000 tunnellata.
(200)
Dan it-tnaqqis annwali fil-kwota tal-volum kien mistenni li jillimita gradwalment id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, u b’hekk jippermetti lill-produtturi tal-Unjoni jirkupraw u jerġgħu jiksbu l-vijabbiltà maż-żmien.
(201)
Għall-utenti, dan l-approċċ huwa mfassal biex jappoġġa l-ġestjoni tal-kostijiet billi jevita impatti f’daqqa fuq il-prezzijiet fuq inputs kritiċi. Huwa maħsub biex jippermetti ż-żmien biex titnaqqas id-dipendenza fuq iċ-Ċina, jiġu ddiversifikati l-fornituri u jiġu ssodisfati r-rekwiżiti standard taċ-ċertifikazzjoni u tal-klijenti. L-iskeda ta’ żmien proposta żgurat il-prevedibbiltà, u tippermetti lill-utenti jippjanaw u jaġġustaw l-operazzjonijiet kif xieraq.
8.3.5. Kummenti wara d-divulgazzjoni finali
(202)
Wara d-divulgazzjoni finali, numru ta’ partijiet interessati argumentaw li s-sistema tal-kwota tariffarja mingħajr dazju, b’mod partikolari l-operat tagħha fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, ma kinitx xierqa. Huma ddikjaraw li sistema bħal din tibbenefika b’mod sproporzjonat lix-xerrejja l-kbar, hija ta’ żvantaġġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u tħeġġeġ imġiba spekulattiva u l-kumulazzjoni ta’ riżervi. Skont dawn il-partijiet, l-SMEs iġarrbu dannu, peress li għall-kuntrarju ta’ kummerċjanti kbar, dawn ma jistgħux jakkumulaw riżervi jew jiżdoganaw malajr, u b’hekk jitħallew dipendenti fuq l-intermedjarji. Biex jiġi żgurat aċċess ġust, huma talbu metodi ta’ allokazzjoni protettiva, bħal limiti tal-importazzjoni ta’ kuljum u kwoti speċifiċi għall-SMEs.
(203)
Il-Kummissjoni nnotat li s-sistema tal-kwota tariffarja mingħajr dazju tfasslet biex tiżgura aċċess wiesa’ u ekwu. Din tistabbilixxi d-differenzi skont il-prodott, u b’hekk issir distinzjoni bejn l-alumina fuża kannella (BFA, Brown Fused Alumina) u l-alumina fuża bajda (WFA, White Fused Alumina), skont iż-żmien, permezz ta’ distribuzzjoni trimestrali, u skont il-granularità, u b’hekk jinħolqu d-differenzi de facto skont it-tip ta’ utenti. Din il-frammentazzjoni tal-kwota hija maħsuba biex tipprevjeni l-konċentrazzjoni u biex tippermetti li jibbenefikaw firxa wiesgħa ta’ operaturi. Fir-rigward tal-proposta għal-limiti ta’ importazzjoni ta’ kuljum għal kull kumpanija, il-Kummissjoni osservat li mekkaniżmu bħal dan ikun diffiċli biex jiġi implimentat u jkun joħloq piżijiet amministrattivi sproporzjonati fil-livell doganali nazzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-SMEs jistgħu jibbenefikaw mis-sistema waħedhom u permezz ta’ importaturi stabbiliti, li, kif ikkonfermat matul l-investigazzjoni, jaġixxu bħala l-mezz ta’ trażmissjoni bejn l-esportaturi Ċiniżi u l-SMEs. Peress li l-SMEs f’ħafna każijiet ma jimportawx direttament, ir-rwol tal-importaturi stabbiliti huwa essenzjali biex jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għall-materjal. L-introduzzjoni ta’ limiti ta’ kuljum għal kull kumpanija tkun tirriskja li timblokka dan il-mezz u, fil-prattika, timmina l-aċċess li jirrikjedu l-SMEs. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(204)
Wara d-divulgazzjoni finali, numru ta’ partijiet interessati argumentaw li d-distinzjoni tal-Kummissjoni bejn il-grad abrażiv u l-grad refrattarju kienet artifiċjali u teknikament mhux valida. Huma ddikjaraw li ż-żewġ kategoriji huma fiżikament u kimikament interkambjabbli u li l-awtoritajiet doganali ma għandhomx il-mezzi biex jinfurzaw differenzjazzjoni bħal din. Dawn il-partijiet argumentaw ukoll li, mingħajr kontrolli aktar stretti, parti mill-kwota tista’ tiġi kkonsmata minn industriji apparti l-utenti maħsuba. Biex jindirizzaw dan it-tħassib, huma talbu l-introduzzjoni ta’ ċertifikazzjoni tal-utenti finali.
(205)
Il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li l-prodott taħt investigazzjoni huwa l-istess, ġew stabbiliti kodiċijiet TARIC speċifiċi abbażi tal-granularità u tad-deskrizzjoni teknika tal-prodott. Għalkemm jeżisti xi trikkib, dawn il-kodiċijiet jiddistingwu b’mod effettiv, fil-biċċa l-kbira, il-konsum bejn l-applikazzjonijiet fis-setturi tal-abrażivi u tal-materjal refrattarju. Għalhekk, il-klassifikazzjoni hija bbażata fis-sod fuq il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott, u tiżgura li d-differenzjazzjoni tkun kemm teknikament tajba kif ukoll infurzabbli. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-introduzzjoni ta’ eżenzjoni skont l-użi finali tkun diffiċli biex tiġi implimentata u toħloq piżijiet amministrattivi sproporzjonati minħabba n-numru kbir ta’ utenti potenzjali. Barra minn hekk, eżenzjoni bħal din tkun tirriskja li tfixkel ir-rwol tal-importaturi tradizzjonali, li jaġixxu bħala l-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni de facto bejn l-esportaturi Ċiniżi u l-SMEs. Peress li l-SMEs f’ħafna każijiet ma jimportawx direttament, huma jibbażaw fuq importaturi stabbiliti biex jiżguraw aċċess għall-materjal. L-introduzzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-utenti finali tista’ timblokka dan il-mezz u timmina l-aċċess tal-SMEs minflok ma tipproteġih. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.
(206)
Wara d-divulgazzjoni finali, ċerti partijiet ikkontestaw il-volumi tal-kwoti mingħajr dazju taħt il-kategoriji tal-prodotti. Numru ta’ partijiet interessati ddikjaraw li jenħtieġ li l-alumina fuża ta’ grad refrattarju tiġi eżentata mill-miżuri jew li jenħtieġ li tiġi introdotta eżenzjoni speċifika skont l-użi finali għall-alumina fuża importata għall-manifattura ta’ prodotti ta’ materjal refrattarju maħsuba għall-industrija tal-azzar. Partijiet oħrajn argumentaw li jenħtieġ li ċerti forom ta’ prodotti, bħall-ġell tas-sol u l-balal, jiġu esklużi mill-ambitu tal-kwota tariffarja jew li jenħtieġ li jiżdiedu l-volumi ta’ ċerti tipi ta’ prodotti, bħall-alumina fuża kannella. Barra minn hekk, numru ta’ partijiet interessati li jirrappreżentaw l-industrija tal-materjal refrattarju kkontestaw l-allokazzjoni bejn il-materjal refrattarju u l-abrażivi, billi argumentaw li l-kriterju deċiżiv għall-allokazzjoni bejn l-industriji tal-utenti jenħtieġ li jkun id-dipendenza u mhux il-konsum.
(207)
Il-Kummissjoni nnotat li, meta kienet qiegħda tiddefinixxi l-volumi tal-kwoti, hija qieset l-ambitu kollu tal-prodott u applikat metodoloġija konsistenti għall-prodotti kollha li jaqgħu f’dak l-ambitu. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni stabbiliet volum totali tal-kwota ta’ 60 000 tunnellata, kif spjegat fil-premessi minn (173) sa (175). Minn dan l-ammont, 70 % ġie allokat għall-alumina fuża kannella u 30 % għall-alumina fuża bajda, kif stabbilit fit-taqsima 8.3.1. Imbagħad il-volumi tqassmu b’mod proporzjonali fil-kodiċijiet TARIC rilevanti ta’ dawn il-kategoriji, abbażi tas-sehem tal-importazzjonijiet irreġistrati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.
(208)
Il-Kummissjoni qieset din il-metodoloġija bħala tajba, bilanċjata u proporzjonata, li tittratta l-prodott ikkonċernat kollu minflok ma tiffavorixxi jew teskludi kwalunkwe tipoloġija partikolari. Kif diġà stabbilit fit-Taqsima 222, il-forom kollha jitqiesu bħala parti mill-istess prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-metodoloġija użata biex tiġi ddeterminata l-allokazzjoni bejn l-industriji utenti kienet tajba, filwaqt li tqiesu kemm id-dipendenzi tal-utenti kif ukoll il-livelli ta’ konsum. Għaldaqstant, il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.
(209)
Wara d-divulgazzjoni finali, numru ta’ partijiet interessati argumentaw li jenħtieġ li tiġi inkluża klawżola ta’ rieżami biex jiġu indirizzati l-bidliet possibbli fiċ-ċirkostanzi, inklużi l-iżviluppi fil-produzzjoni tal-Unjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs tas-suq tal-Unjoni, li jkunu jiġġustifikaw aġġustament tal-kwota mingħajr dazju.
(210)
Il-Kummissjoni nnotat li, f’konformità mar-Regolament bażiku, hija tista’ tibda rieżami fejn iseħħu bidliet fiċ-ċirkostanzi, inklużi bidliet fil-produzzjoni ġenerali tal-Unjoni, fil-konsum tal-Unjoni ta’ alumina fuża u fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li l-inklużjoni ta’ klawżola ta’ rieżami separata mhijiex iġġustifikata.
(211)
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCMC iddikjaraw li jenħtieġ li l-produtturi esportaturi li kkooperaw matul l-investigazzjoni jingħataw prijorità fl-allokazzjoni tal-kwoti.
(212)
Il-Kummissjoni nnotat li l-kwota tariffarja mingħajr dazju ġiet stabbilita, abbażi tal-interess tal-Unjoni, biex jiġi mmitigat l-impatt tal-miżuri fuq l-industriji utenti u biex jiġu bbilanċjati l-interessi tal-partijiet kollha, bl-għan li ma jingħatax trattament preferenzjali lil produtturi esportaturi individwali. Għal din ir-raġuni, il-pretensjoni li jenħtieġ li l-produtturi li kkooperaw jingħataw prijorità fl-allokazzjoni tal-kwoti, ma ntlaqgħetx.
(213)
Wara d-divulgazzjoni finali, numru ta’ partijiet iddikjaraw li l-inklużjoni tal-kodiċi TARIC 2818 10 91 20, iddestinat għall-ġell tas-sol blu, taħt l-alumina fuża kannella, ma kinitx preċiża. Huma argumentaw li, għall-finijiet ta’ distinzjoni tat-tipi ta’ prodotti f’konformità mal-klassifikazzjoni TARIC tagħhom, jenħtieġ li l-ġell tas-sol blu ma jitqiesx bħala tip ta’ speċjalità tal-alumina fuża kannella. Huma ddikjaraw li l-ġell tas-sol blu għandu kontenut ta’ ossidu tal-aluminju ta’ anqas minn 98,5 %, u huwa għalhekk li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2818 10 91 , madankollu dan għandu interkambjabbiltà limitata ma’ prodotti standard tal-alumina fuża kannella. Huma argumentaw ukoll li l-ġell tas-sol juża l-boemit bħala l-materja prima ewlenija tiegħu, li hija tip speċjali ta’ alumina, filwaqt li l-alumina hija wkoll il-materja prima ewlenija għall-prodotti tal-alumina fuża bajda, filwaqt li l-alumina fuża kannella tiddependi fuq il-boksajt. Barra minn hekk, huma ddikjaraw li jeżisti livell ogħla ta’ interkambjabbiltà bejn il-ġell tas-sol blu u l-ġell tas-sol abjad, ikklassifikat taħt il-kodiċijiet TARIC 2818 10 11 10 u 2818 10 11 20, aktar milli ma’ gradi standard tal-alumina fuża kannella. B’mod simili, huma argumentaw li l-inklużjoni tal-ġell tas-sol blu taħt il-BFA tkun talloka b’mod sproporzjonat il-volumi għal tip ta’ prodott niċċa, u b’hekk toħloq ir-riskju li livelli sproporzjonati ta’ ġell tas-sol blu jkunu jistgħu jidħlu fl-Unjoni taħt il-kwota mingħajr dazju. Abbażi ta’ dan, il-partijiet talbu li l-ġell tas-sol blu jiġi eskluż mill-kategorija tal-alumina fuża kannella u ttrattat b’mod separat taħt il-qafas tal-kwota tariffarja mingħajr dazju.
(214)
Il-Kummissjoni vvalutat din it-talba bir-reqqa u, wara l-argumenti ppreżentati, ikkonkludiet li għalkemm it-tipi kollha ta’ prodotti fl-ambitu tal-investigazzjoni jikkostitwixxu l-istess prodott ikkonċernat u jikkondividu karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi ewlenin, għall-finijiet tad-distinzjoni tat-tipi ta’ prodotti f’konformità mal-klassifikazzjoni TARIC tagħhom, jenħtieġ li l-ġell tas-sol blu ma jitqiesx bħala tip ta’ speċjalità ta’ alumina fuża kannella. Minflok, dan jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kategorija tal-alumina fuża bajda. Din il-konklużjoni kienet teknikament iġġustifikata iżda wkoll ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni li l-inklużjoni tal-ġell tas-sol blu taħt l-alumina fuża kannella tkun talloka b’mod sproporzjonat il-volumi għal tip ta’ prodott niċċa, u b’hekk toħloq ir-riskju li livelli sproporzjonati ta’ ġell tas-sol blu jistgħu jidħlu fl-Unjoni taħt il-kwota mingħajr dazju.
(215)
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-intenzjoni tal-kwota mingħajr dazju u l-konċessjoni akbar ta’ 70 % għall-alumina fuża kannella kienet li jiġi mmitigat l-impatt fuq il-volumi sostanzjali ta’ konsum tal-alumina fuża kannella mill-maġġoranza tal-utenti. Madankollu, il-kopertura tal-ġell tas-sol blu f’din il-kategorija ma tkunx tbiddel materjalment id-disponibbiltà ġenerali tal-volumi għall-utenti minħabba l-konsum baxx tiegħu, iżda, min-naħa l-oħra, tista’ tagħmel ħsara sinifikanti lill-industrija tal-Unjoni.
(216)
Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi l-kodiċi TARIC 2818 10 91 20 taħt l-alumina fuża bajda għall-finijiet tat-tqassim mill-ġdid tal-volumi.
(217)
Barra minn hekk, numru ta’ partijiet interessati ddikjaraw li ċerti modifiki fid-deskrizzjonijiet TARIC għall-ġell tas-sol kienu meħtieġa għall-finijiet ta’ preċiżjoni teknika u biex tiġi evitata l-klassifikazzjoni ħażina potenzjali ta’ prodotti importati tal-ġell tas-sol. Dawn il-modifiki kienu jinkludu l-kjarifika li kemm il-ġell tas-sol sinterizzat kif ukoll dak pre-sinterizzat huma inklużi fil-kodiċijiet TARIC 2818 10 11 10 u 2818 10 91 20. Barra minn hekk, xi partijiet iddikjaraw li kien meħtieġ aġġustament fil-kodiċi TARIC 2818 10 91 20 biex tiġi evitata l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ġell tas-sol b’anqas minn 98,5 % ossidu tal-aluminju taħt il-kodiċi TARIC 2818 10 91 99.
(218)
Il-Kummissjoni vvalutat din it-talba bir-reqqa, u wara l-argumenti ppreżentati, ikkonkludiet li l-modifiki huma ġġustifikati għall-finijiet ta’ preċiżjoni teknika u biex tiġi evitata l-klassifikazzjoni ħażina potenzjali ta’ prodotti importati tal-ġell tas-sol. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-intenzjoni tal-kwota mingħajr dazju kienet li jittaffa l-impatt fuq il-volumi sostanzjali ta’ dipendenza tal-konsum mill-utenti. Il-modifika tal-kodiċijiet TARIC li jappartjenu għal varjetà tal-prodott ma tkunx tbiddel materjalment id-disponibbiltà ġenerali tal-volumi għall-utenti minħabba l-konsum żgħir tiegħu u tista’ tevita klassifikazzjoni ħażina li tista’ tagħmel ħsara sinifikanti lill-industrija tal-Unjoni.
(219)
Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, Imerys indikat ineżattezza teknika fid-deskrizzjoni ta’ wieħed mill-kodiċijiet TARIC maħluqa ġodda għall-prodotti tal-ġell tas-sol u talbet ir-reviżjoni tagħha.
(220)
Il-Kummissjoni nnotat li l-osservazzjoni kienet saret bir-reqqa u aġġustat id-deskrizzjoni tal-kodiċijiet TARIC rilevanti kif xieraq.
8.4. Livell ta’ miżuri
(221)
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
Pajjiż
Kumpanija
Marġni tad-dumping (%)
Marġni tad-dannu (%)
Dazju anti-dumping definittiv (%)
RPĊ
Chongqing Saite Corundum Co., Ltd.
99,8
233,9
99,8
RPĊ
Luoyang Runbao Abrasives Co., Ltd.
88,7
116,9
88,7
RPĊ
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw
94,5
178,4
94,5
RPĊ
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ
110,6
259
110,6
(222)
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. B’hekk, dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni li joriġina mill-pajjiż konċernat u manifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina”.
(223)
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (10). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat Regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(224)
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina”.
(225)
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jeħtieġu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) bl-għan li jivverifikaw il-preċiżjoni tad-dettalji li jinsabu fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.
(226)
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet sabiex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.
(227)
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, jenħtieġ li d-dazju anti-dumping għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.
(228)
Jenħtieġ li l-produtturi esportaturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex tkun soġġetta għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI; (ii) mhuwiex relatat ma’ produttur esportatur li għamel dan; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.
8.5. Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji
(229)
Wara d-divulgazzjoni finali, ċerti partijiet argumentaw li l-ġbir tad-dazji proviżorji fil-livell tal-marġnijiet tad-dumping ma kienx iġġustifikat. Huma ddikjaraw li tali ġbir ikun jimponi piż żejjed fuq l-utenti u, minħabba li l-forma tal-miżuri definittivi ġiet modulata, jenħtieġ li d-dazji proviżorji ma jinġabrux fil-forma kurrenti tagħhom.
(230)
Il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri definittivi jistabbilixxu kwota tariffarja mingħajr dazju li tkopri parti mill-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Abbażi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, 62,6 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet ma jkunx jibbenefika mill-kwota mingħajr dazju u, għalhekk, ikun soġġett għal dazji anti-dumping. Sabiex jiġi rifless is-sehem attwali tal-importazzjonijiet soġġetti għal dazji u biex jiġi pprevenut il-ġbir żejjed lil hinn minn dak li ġie impost taħt il-miżuri definittivi, il-Kummissjoni qieset li, għall-perjodu bejn l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji u d-dħul fis-seħħ tal-miżuri definittivi, jenħtieġ li d-dazji miġbura jikkorrispondu għall-istess proporzjon ta’ importazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kwota tariffarja, filwaqt li jittieħdu l-volumi tal-importazzjonijiet tal-perjodu ta’ investigazzjoni bħala referenza, jiġifieri 62,6 % tal-livell tad-dazju definittiv. Dan l-approċċ jiżgura li l-importazzjonijiet jiġu ttrattati b’mod konsistenti, id-dazji jiġu applikati b’mod proporzjonali u ma jinġabar l-ebda eċċess lil hinn mill-miżuri definittivi.
(231)
Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping stabbiliti u tal-livell tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazji anti-dumping proviżorji imposti skont ir-Regolament proviżorju jinġabru b’mod definittiv bi 62,6 % tal-livelli tad-dazju stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(232)
Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazji anti-dumping proviżorji, imposti bir-Regolament proviżorju, jinġabru b’mod definittiv bi 62,6 % tal-livelli tad-dazju stabbiliti skont dan ir-Regolament.
8.6. Ġbir retroattiv
(233)
Kif imsemmi fit-Taqsima 1.2., il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni soġġetti għar-reġistrazzjoni.
(234)
Matul l-istadju definittiv tal-investigazzjoni, ġiet ivvalutata d-data miġbura fil-kuntest tar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni analizzat jekk il-kriterji skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku kinux issodisfati għall-ġbir retroattiv tad-dazji definittivi.
(235)
L-analiżi tal-Kummissjoni ma wriet l-ebda żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet minbarra l-livell ta’ importazzjonijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif preskritt mill-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni qabblet il-volumi tal-importazzjonijiet bejn (i) il-perjodu mill-ewwel xahar sħiħ wara l-bidu sal-aħħar xahar sħiħ qabel ir-reġistrazzjoni u l-perjodu mill-ewwel xahar sħiħ wara l-bidu sal-aħħar xahar sħiħ qabel l-adozzjoni tal-miżuri proviżorji minn naħa u x-xhur kalendarji korrispondenti tal-perjodu ta’ investigazzjoni min-naħa l-oħra, biex titqies l-istaġjonalità, u (ii) il-medja fix-xahar għal dawn il-perjodi mal-medja fix-xahar matul il-perjodu sħiħ ta’ investigazzjoni.
(236)
L-eżitu ta’ din l-analiżi indika tnaqqis fil-volumi tal-importazzjonijiet. B’mod speċifiku, id-data wriet tnaqqis ta’ 9 % fil-volum medju tal-importazzjonijiet ta’ kull xahar meta mqabbel mal-perjodu ta’ 7 xhur mill-bidu tal-investigazzjoni mal-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji mal-medja ta’ kull xahar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Tqabbil simili matul il-perjodu ta’ xahrejn mill-bidu sar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet żvela tnaqqis ta’ 8 % fil-volumi medji tal-importazzjonijiet ta’ kull xahar. Il-Kummissjoni qabblet ukoll il-volumi tal-importazzjonijiet matul is-7 xhur wara l-bidu mal-istess xhur kalendarji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan it-tqabbil wera tnaqqis ta’ 10 % fil-volumi tal-importazzjonijiet. Barra minn hekk, meta tqabblu x-xahrejn wara l-bidu sakemm jiġu rreġistrati l-importazzjonijiet mal-istess xhur matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ġie osservat tnaqqis ta’ 3,2 % fil-volumi tal-importazzjoni.
(237)
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-evidenza ma appoġġatx l-eżistenza ta’ żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet wara l-bidu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ miżuri b’effett retroattiv ma ġewx issodisfati.
9. DISPOŻIZZJONI FINALI
(238)
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), meta ammont ikun irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-imgħax li għandu jitħallas ikun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.
(239)
Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni dwar il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-alumina fuża, li bħalissa taqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2818 10 11 , 2818 10 19 , ex 2818 10 91 , u 2818 10 99 (il-kodiċijiet TARIC 2818 10 91 20, 2818 10 91 40, 2818 10 91 91, 2818 10 91 99) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Id-dazju anti-dumping ma għandux japplika għall-importazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kwota tariffarja mingħajr dazju stabbilita skont l-Artikolu 2.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
Pajjiż ta’ oriġini
Kumpanija
Dazju anti-dumping definittiv (%)
Kodiċi addizzjonali TARIC
RPĊ
Chongqing Saite Corundum Co., Ltd.
99,8
89RI
RPĊ
Luoyang Runbao Abrasives Co., Ltd.
88,7
89RJ
RPĊ
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness I
94,5
Ara l-Anness I
RPĊ
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ
110,6
8999
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu u bil-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li (il-volum fl-unità li qed nużaw) ta’ (il-prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi [il-pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Qed tiġi stabbilita kwota tariffarja mingħajr dazju għall-importazzjonijiet ta’ alumina fuża, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2818 10 11 , 2818 10 19 , ex 2818 10 91 , u 2818 10 99 (il-kodiċijiet TARIC 2818 10 11 10, 2818 10 11 20, 2818 10 11 30, 2818 10 11 40, 2818 10 11 91, 2818 10 11 99, 2818 10 91 20, 2818 10 91 40, 2818 10 91 91, 2818 10 91 99) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-volum tal-kwota ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda dazju anti-dumping. Il-volum tal-kwota tariffarja mingħajr dazju, it-tipi ta’ prodotti (iddefiniti b’referenza għall-kodiċijiet TARIC), u l-perjodi li għalihom tapplika huma speċifikati fl-Anness II.
3. Il-kwota tariffarja mingħajr dazju għandha tiġi allokata fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, abbażi tal-kwota tariffarja stabbilita b’mod ugwali għal kull trimestru tal-perjodu ta’ impożizzjoni, kif speċifikat fl-Anness II.
4. Il-ġbid minn kull kwota trimestrali għandu jitwaqqaf fl-20 jum ta’ xogħol tal-Kummissjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 3 xhur. Fl-aħħar ta’ kull trimestru, il-bilanċi mhux użati tal-kwota tariffarja għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament għat-trimestru li jmiss. Ma għandu jiġi ttrasferit l-ebda bilanċ mhux użat fi tmiem l-aħħar trimestru ta’ kull sena ta’ applikazzjoni tal-kwota tariffarja definittiva.
5. Meta l-kwota rilevanti ddefinita skont il-paragrafu 2 tiġi eżawrita, l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli f’konformità mal-Artikolu 1.
Artikolu 3
1. L-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1456 għandhom jinġabru b’mod definittiv f’livell li jikkorrispondi għal 62,6 % tar-rati tad-dazju stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.
2. Ir-rata ta’ dazju anti-dumping proviżorju li għandha tinġabar f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 għandha tkun kif ġej:
Pajjiż ta’ oriġini
Kumpanija
Dazju anti-dumping proviżorju (%)
Kodiċi addizzjonali TARIC
RPĊ
Chongqing Saite Corundum Co., Ltd.
62,4
89RI
RPĊ
Luoyang Runbao Abrasives Co., Ltd.
55,5
89RJ
RPĊ
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness I
59,1
Ara l-Anness I
RPĊ
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ
69,2
8999
Artikolu 4
L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata medja ponderata xierqa ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
(a)
huwa ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024);
(b)
mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li seta’ kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali; u
(c)
effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) ĠU C, C/2024/7049, 21.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7049/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/260 tal-10 ta’ Frar 2025 li jagħmel importazzjonijiet ta’ alumina fuża li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2025/260, 11.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/260/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1456 tas-17 ta’ Lulju 2025 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ alumina fuża li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2025/1456, 18.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1456/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1173 tal-4 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea f’dak li jirrigwarda t-tul tal-perjodu tad-divulgazzjoni preliminari (ĠU L 259, 10.8.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/1173/oj).
(6) https://www.trevodrywall.com.br/.
(7) https://www.tecnosulfur.com.br/en/about/.
(8) Fin-nuqqas ta’ rapporti finanzjarji disponibbli għal produttur tal-alumina fuża fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, il-Kummissjoni qagħdet fuq ir-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji li jipproduċu alumina fuża f’pajjiżi oħrajn biex tivvaluta jekk il-kostijiet SG & A ta’ Bozel kinux rappreżentattivi tas-settur ikkonċernat. Dan jinkludi l-informazzjoni minn produttur Indjan, Carborundum Universal Limited (https://www.cumi-murugappa.com/wp-content/uploads/2025/07/CUMI-Annual-Report-2025.pdf), minn produttur Ġappuniż, Resonac Holdings Corporation (https://www.resonac.com/sites/default/files/2025-02/e_tanshin2024q4.pdf) u d-data miġbura u vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.
(9) L-alumina fuża tiġi prodotta mill-alumina u mill-boksajt, li t-tnejn huma elenkati bħala inputs strateġiċi skont l-Att tal-UE dwar il-Materja Prima Kritika (2024/1252). Barra minn hekk, l-importanza strateġika u r-rilevanza tagħha għall-industriji tal-ħadid u l-azzar, tal-ajruspazju u tad-difiża huma kkonfermati minn Singhh et al. (2023) Applications and Developments of Thermal Spray Coatings for the Iron and Steel Industry u minn Grigaitienė et al. (2025) Effect of TiO2 Content on the Corrosion and Thermal Resistance of Plasma-Sprayed Al2O3-TiO2 Coatings.
(10) Indirizz tal-posta elettronika: TRADE-TDI-NAME-CHANGE-REQUESTS@ec.europa.eu, European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate G, Rue de la Loi/Wetstraat 170, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.
(11) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ANNESS I
Produtturi esportaturi tar-RPĊ li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun
Pajjiż
Isem
Kodiċi TARIC addizzjonali
RPĊ
Art Abrasives Guizhou Co., Ltd.
89RK
RPĊ
Bedrock Corundum Co., Ltd.
89RL
RPĊ
Binzhou Qinai New Material Co., Ltd.
89RM
RPĊ
Guizhou Guxin New Materials Co., Ltd.
89RN
RPĊ
Guizhou Kaicheng Fused Minerals Co., Ltd.
89RO
RPĊ
Henan Ant Advanced Materials Co., Ltd.
89RP
RPĊ
Henan Haochen Advanced Materials Co., Ltd.
89RQ
RPĊ
Henan Hengxin Industrial & Mineral Products Co., Ltd
89SI
RPĊ
Henan Jinfeng New Material Technology Co., Ltd.
89RR
RPĊ
Imerys Fused Minerals (Guizhou) Co., Ltd.
89RS
RPĊ
Qinai (Shandong) New Material Co., Ltd.
89RT
RPĊ
Qingdao Reckel Advanced Materials Co., Ltd.
89RU
RPĊ
Qingdao Sisa Abrasives Co., Ltd.
89RV
RPĊ
Saint-Gobain Ceramic Materials (Zhengzhou) Co Ltd
89RW
RPĊ
Shandong Imerys Mount Tai Co., Ltd.
89RX
RPĊ
Shanxi Lvliangshan Mineral Co., Ltd.
89RY
RPĊ
Yichuan Kingsino Refractories Co., Ltd
89RZ
RPĊ
Zhengzhou Sinabuddy Mineral Co., Ltd.
89SA
RPĊ
Zhengzhou Yufa High-Tech Material Co., Ltd.
89SB
RPĊ
Zibo Jin Chun Tai Abrasives Co., Ltd.
89SD
RPĊ
Zibo Jinjiyuan Abrasives Co., Ltd.
89SC
ANNESS II
Kodiċi TARIC jew NM
Deskrizzjoni tal-prodott
2026
2027
2028
2029
2030
Numru tal-ordni
Volum tal-kwota tariffarja mingħajr dazju (tunnellati netti)
2818 10 11 10
Kurindun tal-ġell tas-sol (CAS RN 1302-74-5) b’kontenut ta’ ossidu tal-aluminju ta’ 99,6 % jew aktar skont il-piż, bi struttura mikrokristallina fil-forma ta’ vireg bi proporzjon tal-aspett ta’ 1,3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 6,0
103,8
90,8
77,8
64,9
51,9
090520
2818 10 11 30
(TARIC ĠDID)
Kurindun tal-ġell tas-sol sinterizzat jew ġell tas-sol pre-sinterizzat b’kontenut ta’ ossidu tal-aluminju ta’ 99,6 % jew aktar skont il-piż, bi struttura mikrokristallina fil-forma ta’ vireg b’ aspett (proporzjon) ta’ 1,3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 6,0
2818 10 11 40
Kurindun Sol-Ġel sinterizzat jew Sol-Gel pre-sinterizzat bi struttura mikrokristallina, li jikkonsisti minn ossidu tal-aluminju, b’kompożizzjoni skont il-piż (bħala ossidi) ta’ mill-inqas 98,5 % ossidu tal-aluminju, minbarra b’kontenut ta’ ossidu tal-aluminju ta’ 99,6 % jew aktar skont il-piż, bi struttura mikrokristallina fil-forma ta’ vireg bi proporzjon tal-aspett ta’ 1,3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 6,0
2818 10 11 20
Kurindun sinterizzat bi struttura mikrokristallina, li jikkonsisti f’ossidu tal-aluminju (CAS RN 1344-28-1) u aluminat tal-manjeżju (CAS RN 12068-51-8), b’kontenut skont il-piż (ikkalkulat bħala ossidi) ta’:
—
92 % jew iktar ossidu tal-aluminju, u
—
8 % jew inqas ossidu tal-manjeżju
2818 10 11 91 (TARIC ĠDID)
Alumina fuża fejn japplikaw dawn it-tnejn li ġejjin: (i) bejn 5 % u 35 % tal-prodott skont il-piż taħt il-limitu granulometriku ta’ taħt stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u; (ii) bejn 1 % u 10 % tal-prodott skont il-piż ’il fuq mil-limitu granulometriku ta’ fuq stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
7 177,6
6 280,4
5 383,2
4 486,0
3 588,8
090521
2818 10 11 99
(TARIC ĠDID)
Oħrajn
10 087,7
8 826,7
7 565,7
6 304,8
5 043,8
090522
2818 10 19
B’50 % jew iktar tal-piż totali b’daqs ta’ partikoli ta’ iktar minn 10 mm
56,1
49,1
42,1
35,0
28,0
090523
2818 10 91 20
Kurindun sinterizzat bi struttura mikrokristallina, li jikkonsisti f’ossidu tal-aluminju (CAS RN 1344-28-1), aluminat tal-manjeżju (CAS RN 12068-51-8) u l-aluminati tal-art rari tal-ittriju, tal-lantanju, u tan-neodimju, b’kontenut skont il-piż (ikkalkolati f’ossidi) ta’:
—
92 % jew aktar, iżda anqas minn 98,5 % ta’ ossidu tal-aluminju,
—
2 % (± 1,5 %) ta’ ossidu tal-manjesju,
—
1 % (± 0,6 %) ta’ ossidu tal-ittriju, kif ukoll
—
jew 3 % (± 2,2 %) ta’ ossidu tal-lantanju jew
—
2 % (± 1,2 %) ta’ ossidu tal-latanju u ossidu tan-neodimju,
b’inqas minn 50 % tal-piż totali b’daqs tal-partikoli ta’ iktar minn 10|mm
574,9
503,0
431,2
359,3
287,5
090524
2818 10 91 40
(TARIC ĠDID)
Kurindun tal-ġell tas-sol sinterizzat jew tal-ġell tas-sol pre-sinterizzat bi struttura mikrokristallina, li jikkonsisti minn ossidu tal-aluminju, b’kompożizzjoni skont il-piż (bħala ossidi) ta’ mill-inqas 92 % iżda inqas minn 98,5 % ossidu tal-aluminju
2818 10 91 91 (TARIC ĠDID)
Alumina fuża b’kontenut ta’ diossidu tat-titanju ta’ 1 % skont il-piż jew aktar, fejn japplikaw it-tnejn li ġejjin: (i) bejn 5 % u 35 % tal-prodott skont il-piż taħt il-limitu granulometriku ta’ taħt stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u; (ii) bejn 1 % u 10 % tal-prodott skont il-piż ’il fuq mil-limitu granulometriku ta’ fuq stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
16 243,2
14 212,8
12 182,4
10 152,0
8 121,6
090525
2818 10 91 99
(TARIC ĠDID)
Oħrajn
24 364,8
21 319,2
18 273,6
15 228,0
12 182,4
090526
2818 10 99
B’50|% jew iktar tal-piż totali b’daqs ta’ partikoli ta’ iktar minn 10|mm
1 392,1
1 218,1
1 044,0
870,0
696,0
090527
2026
Kodiċi TARIC jew NM
2026
l-ewwel trimestru
(16.1.2026–31.3.2026)
it-tieni trimestru
(1.4.2026–30.6.2026)
it-tielet trimestru
(1.7.2026–30.9.2026)
ir-raba’ trimestru
(1.10.2026–31.12.2026)
Volum tal-kwota tariffarja mingħajr dazju (tunnellati netti)
2818 10 11 10
2818 10 11 30
2818 10 11 20
2818 10 11 40
25,95
25,95
25,95
25,95
2818 10 11 91
1 794,39
1 794,39
1 794,39
1 794,39
2818 10 11 99
2 521,91
2 521,91
2 521,91
2 521,91
2818 10 19
14,02
14,02
14,02
14,02
2818 10 91 20
2818 10 91 40
143,73
143,73
143,73
143,73
2818 10 91 91
4 060,79
4 060,79
4 060,79
4 060,79
2818 10 91 99
6 091,19
6 091,19
6 091,19
6 091,19
2818 10 99
348,01
348,01
348,01
348,01
2027
Kodiċi TARIC jew NM
2027
l-ewwel trimestru
(1.1.2027–31.3.2027)
it-tieni trimestru
(1.4.2027–30.6.2027)
it-tielet trimestru
(1.7.2027–30.9.2027)
ir-raba’ trimestru
(1.10.2027–31.12.2027)
Volum tal-kwota tariffarja mingħajr dazju (tunnellati netti)
2818 10 11 10
2818 10 11 30
2818 10 11 20
2818 10 11 40
22,71
22,71
22,71
22,71
2818 10 11 91
1 570,09
1 570,09
1 570,09
1 570,09
2818 10 11 99
2 206,67
2 206,67
2 206,67
2 206,67
2818 10 19
12,27
12,27
12,27
12,27
2818 10 91 20
2818 10 91 40
125,76
125,76
125,76
125,76
2818 10 91 91
3 553,19
3 553,19
3 553,19
3 553,19
2818 10 91 99
5 329,79
5 329,79
5 329,79
5 329,79
2818 10 99
304,51
304,51
304,51
304,51
2028
Kodiċi TARIC jew NM
2028
l-ewwel trimestru
(1.1.2028–31.3.2028)
it-tieni trimestru
(1.4.2028–30.6.2028)
it-tielet trimestru
(1.7.2028–30.9.2028)
ir-raba’ trimestru
(1.10.2028–31.12.2028)
Volum tal-kwota tariffarja mingħajr dazju (tunnellati netti)
2818 10 11 10
2818 10 11 30
2818 10 11 20
2818 10 11 40
19,46
19,46
19,46
19,46
2818 10 11 91
1 345,79
1 345,79
1 345,79
1 345,79
2818 10 11 99
1 891,44
1 891,44
1 891,44
1 891,44
2818 10 19
10,51
10,51
10,51
10,51
2818 10 91 20
2818 10 91 40
107,79
107,79
107,79
107,79
2818 10 91 91
3 045,60
3 045,60
3 045,60
3 045,60
2818 10 91 99
4 568,39
4 568,39
4 568,39
4 568,39
2818 10 99
261,01
261,01
261,01
261,01
2029
Kodiċi TARIC jew NM
2029
l-ewwel trimestru
(1.1.2029– 31.3.2029)
it-tieni trimestru
(1.4.2029– 30.6.2029)
it-tielet trimestru
(1.7.2029– 30.9.2029)
ir-raba’ trimestru
(1.10.2029– 31.12.2029)
Volum tal-kwota tariffarja mingħajr dazju (tunnellati netti)
2818 10 11 10
2818 10 11 30
2818 10 11 20
2818 10 11 40
16,22
16,22
16,22
16,22
2818 10 11 91
1 121,50
1 121,50
1 121,50
1 121,50
2818 10 11 99
1 576,20
1 576,20
1 576,20
1 576,20
2818 10 19
8,76
8,76
8,76
8,76
2818 10 91 20
2818 10 91 40
89,83
89,83
89,83
89,83
2818 10 91 91
2 538,00
2 538,00
2 538,00
2 538,00
2818 10 91 99
3 806,99
3 806,99
3 806,99
3 806,99
2818 10 99
217,51
217,51
217,51
217,51
2030
Kodiċi TARIC jew NM
2030
l-ewwel trimestru
(1.1.2030–31.3.2030)
it-tieni trimestru
(1.4.2030–30.6.2030)
it-tielet trimestru
(1.7.2030–30.9.2030)
ir-raba’ trimestru
(1.10.2030–31.12.2030)
Volum tal-kwota tariffarja mingħajr dazju (tunnellati netti)
2818 10 11 10
2818 10 11 30
2818 10 11 20
2818 10 11 40
12,97
12,97
12,97
12,97
2818 10 11 91
897,20
897,20
897,20
897,20
2818 10 11 99
1 260,96
1 260,96
1 260,96
1 260,96
2818 10 19
7,01
7,01
7,01
7,01
2818 10 91 20
2818 10 91 40
71,86
71,86
71,86
71,86
2818 10 91 91
2 030,40
2 030,40
2 030,40
2 030,40
2818 10 91 99
3 045,60
3 045,60
3 045,60
3 045,60
2818 10 99
174,01
174,01
174,01
174,01
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/114/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)
Top