Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea
MT
Is-serje L
2026/123
16.1.2026
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/123
tas-16 ta’ Jannar 2026
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/386 li jistabbilixxi miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/386 tad-19 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1)
Fid-19 ta’ Jannar 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/386.
(2)
F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2024/386, il-Kunsill wettaq rieżami tal-miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li l-entrata għal individwu wieħed deċedut titħassar, u jenħtieġ li l-entrata għal individwu wieħed tiġi aġġornata.
(3)
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/386 jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/386 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. RAOUNA
(1) ĠU L, 2024/386, 19.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/386/oj.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/386 huwa emendat kif ġej:
(1)
taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, l-entrata 1 hija sostitwita b’dan li ġej:
Isem
Informazzjoni għall-identifikazzjoni
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet
Data tal-elenkar
“1.
Abdelbasit Elhassan Mohamed Khair HAMZA
Data tat-twelid: 28.8.1955
Post tat-twelid: Sudan
Nazzjonalità: Sudaniża
Passaport Nru: B00018729 (Sudan)
Sess: raġel
Abdelbasit Elhassan Mohamed Khair Hamza huwa finanzjatur tal-Ħamas ibbażat is-Sudan li jimmaniġġa kumpaniji fil-portafoll ta’ investiment tal-Ħamas. Abdelbasit Elhassan Mohamed Khair Hamza ffaċilita l-fondi għall-Ħamas permezz ta’ network ta’ kumpaniji, inkluż b’mod partikolari Al Rowad Real Estate Development u Al Zawaya Group for Development and Investment. Għaldaqstant, Abdelbasit Elhassan Mohamed Khair Hamza jipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas.
19.1.2024”;
(2)
taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, titħassar l-entrata li ġejja:
11.
Ismail Barhoum.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/123/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)
Top