Avviż Legali Importanti
Official Journal L 369 , 29/12/1982 P. 0025 - 0025
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0183
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0183
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0211
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0211
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3526/82
tat-22 ta' Diċembru 1982
li jemenda għall-ħdax-il-darba r-REGOLAMENT (KEE) Nru 2730/81 li jwaqqaf lista ta' aġenziji fil-pajjiżi ta' importazzjoni li m' humiex Stati Membri u li għandhom id-dritt li joħorġu sejħiet għall-appalt fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jjistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1183/82 [2], u l-aktar Artikoli 13(3) u 17 (4),
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2730/8 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3115/82 [4], jistipula lista ta' aġenziji fil-pajjiżi ta' importazzjoni li m'humiex Stati Membri u li għandhom id-dritt joħorġu sejħiet għall-appalt fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib;
Billi minħabba l-aħħar informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-prattiċi tal-kummerċ li jsegwu l-pajjiżi ta' importazzjoni nteressati u n-natura uffiċjali tal-aġenziji in kwistjoni dan ir-Regolament għandu jiġi emendat;
Billi l-miżuri provduti f' dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u prodotti tal-Ħalib,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2730/81 huwa emendat kif ġej:
Il-lista ta' organizazzjonijiet awtorizzati għandha tkun kompluta biż-żieda magħha ta' dawn l-organizzazzjonijiet, li għandhom jiġu mdaħħla skond l-ordni alfabetika tal-pajjiż ta' importazzjoni:
1.2 | Pajjiż ta' l-importazzjoni Organizzazzjoni |
Il-Pakistan: | Gvern tal-Pakistan Ministeru tad-Difiża, Direttorat Ġenerali għax-Xiri (l-armata), Ministeru tad-Difiża (ddp) (iii), 265 Triq Mohammad Hussain, Rawalpindi |
Venezuela: | Comandancia general de la marina, Base aerea la Carlota, Hangar la Marina, Caracas |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jiġi fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1982.
Għall-Kummissjoni
Poul Dalsager
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.
[2] ĠU L 140, ta' l-20.5.1982, p. 1.
[3] ĠU L 272, tas-26.9.1981, p. 25.
[4] ĠU L 327, ta' l-24.11.1982, p. 8.
--------------------------------------------------
Top