Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea
MT
Is-serje L
2026/1184
10.6.2026
REGOLAMENT (UE) 2026/1184 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Mejju 2026
dwar l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, li jemenda d-Direttiva 2012/34/UE u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 913/2010
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1)
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” tistabbilixxi objettiv tan-newtralità klimatika li għandu jintlaħaq mill-Unjoni sal-2050, kif ukoll objettiv ċar ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’minimu ta’ 50 %, li sal-2030 joqrob lejn il-55 %, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Iż-żewġ objettivi huma minquxa fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jappella għal tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport, filwaqt li ssir ħidma favur l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero biex sal-2030 jitnaqqsu l-impatti fuq is-saħħa tal-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa tal-arja b’aktar minn 55 % u s-sehem ta’ persuni li huma kronikament disturbati mill-istorbju tat-trasport bi 30 %. It-trasport jirrappreżenta madwar 25 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-Unjoni, u dawn l-emissjonijiet żdiedu tul l-aħħar snin. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jagħti prijorità biex parti sostanzjali mill-75 % tal-merkanzija interna li llum tinġarr bit-triq tibda tinġarr bil-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilma interni. Billi t-trasport ferrovjarju huwa mezz tat-trasport fil-biċċa l-kbira tiegħu elettrifikat u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, jenħtieġ li żieda fis-servizzi ferrovjarji tikkontribwixxi biex jonqsu l-emissjonijiet tat-trasport u l-konsum tal-enerġija.
(2)
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2020 intitolata “Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” tistipula l-objettivi intermedji juru l-perkors tas-sistema tat-trasport tal-Unjoni lejn il-kisba tal-objettivi fir-rigward ta’ mobbiltà sostenibbli, intelliġenti u reżiljenti. Dan jipprevedi li t-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija ser jiżdied b’50 % sal-2030 u jirdoppja sal-2050, it-traffiku ferrovjarju ta’ veloċità għolja ser jirdoppja sal-2030 u jittrippla sal-2050 u jenħtieġ li l-ivvjaġġar kollettiv skedat sa 500 km ikun newtrali għall-karbonju sal-2030 fl-Unjoni. Sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet, jenħtieġ li t-trasport ferrovjarju jsir aktar attraenti mil-lat ta’ affordabbiltà, affidabbiltà u aċċessibbiltà. Jenħtieġ li s-servizzi tat-trasport ferrovjarju jiġu adattati aħjar ukoll għall-ħtiġijiet tal-vjaġġaturi u tat-trasportaturi tal-merkanzija.
(3)
L-għan sottostanti ta’ dan ir-Regolament huwa li jżid l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja billi jagħmel użu aktar effiċjenti ta’ dik l-infrastruttura permezz ta’ proċessi aħjar ta’ ppjanar u allokazzjoni, u permezz ta’ koordinazzjoni transfruntiera mtejba, u b’hekk li jikkontribwixxi għal żieda fis-servizzi ferrovjarji f’konformità mal-miri ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni. Madankollu, ser ikunu meħtieġa miżuri addizzjonali, lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fil-livelli kollha, biex tkompli tissaħħaħ il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja sabiex tiġi sodisfatta d-domanda akbar għall-kapaċità ferrovjarja, kemm mill-passiġġieri kif ukoll mis-servizzi tal-merkanzija, u sabiex tiżdied il-kompetittività ġenerali tal-ferroviji.
(4)
Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-ġestjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura ferrovjarja u l-prinċipji u l-proċeduri applikabbli għall-allokazzjoni tal-kapaċità għas-servizzi ferrovjarji domestiċi u internazzjonali.
(5)
Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jipprevedi l-istabbiliment ta’ kurituri ferrovjarji tal-merkanzija u punti ta’ waqfa waħda sabiex jiġu ffaċilitati t-talbiet għall-kapaċitajiet infrastrutturali għas-servizzi internazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija.
(6)
Il-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u l-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju huma kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-settur ferrovjarju. It-tħaddim tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, b’mod partikolari ta’ servizzi ferrovjarji transfruntieri, jeħtieġ jiġi ppjanat u kkoordinat bir-reqqa biex il-ferroviji b’karatteristiċi differenti ħafna, bħall-veloċità u d-distanza tal-ibbrejkjar, ikunu jistgħu jikkondividu b’mod sikur l-istess binarji. Il-ġestjoni ottimali u armonizzata tal-kapaċità tal-infrastruttura toħloq aktar opportunitajiet u żżid l-affidabbiltà tas-servizzi ferrovjarji. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi biżżejjed flessibbiltà lill-maniġers tal-infrastruttura għal ġestjoni effettiva tal-kapaċità tal-infrastruttura filwaqt li jiżgura li l-applikanti kollha jiġu ttrattati b’mod ekwu, trasparenti u nondiskriminatorju, filwaqt li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, fl-aċċess tagħhom għan-network ferrovjarju.
(7)
Id-Direttiva 2012/34/UE tirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri li ma japplikawx ir-regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja għal ċerti partijiet tan-network ferrovjarju jew għal ċerti servizzi ferrovjarji, meta din l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tkunx taffettwa l-funzjonament taż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Jenħtieġ li dawn l-esklużjonijiet, f’każijiet strettament limitati u debitament ġustifikati, jibqgħu japplikaw u jenħtieġ li l-Istati Membri jibqa’ jkollhom id-dritt li jitolbuhom fil-futur anke fir-rigward ta’ dan ir-Regolament.
(8)
It-tħaddim tal-mina taħt il-Kanal Ingliż huwa rregolat b’mod partikolari mit-Trattat bejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u r-Repubblika Franċiża dwar il-Kostruzzjoni u t-Tħaddim minn Konċessjonarji Privati ta’ Mina taħt il-Kanal Ingliż, iffirmat f’Canterbury fit-12 ta’ Frar 1986 (“it-Trattat ta’ Canterbury”), u l-Ftehim ta’ Konċessjoni bejn is-Segretarju tal-Istat għat-Trasport, Le Ministre de I’Urbanisme du Logement et des Transports, The Channel Tunnel Group Limited u France-Manche S.A., iffirmat fl-14 ta’ Marzu 1986 u emendat diversi drabi minn dakinhar (il-“Ftehim ta’ Konċessjoni”). F’konformità mat-Trattat ta’ Canterbury u l-Ftehim ta’ Konċessjoni, il-konċessjonarji għandhom jiġġestixxu l-infrastruttura ferrovjarja u joperaw servizz ta’ shuttle għall-vetturi tat-triq. Id-Direttiva 2012/34/UE, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet, ma tapplikax għal impriżi li n-negozju tagħhom huwa limitat għall-għoti biss ta’ servizzi ta’ shuttle għal vetturi tat-triq li jgħaddu mill-mina taħt il-Kanal Ingliż jew għal operazzjonijiet ta’ trasport fil-forma ta’ servizzi ta’ shuttle għal vetturi tat-triq li jgħaddu minn dik il-mina. Bl-istess mod, mhuwiex xieraq li dan ir-Regolament jiġi applikat għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja għat-tħaddim ta’ tali servizzi. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja għall-operat ta’ servizzi oħra, bħal ferroviji tal-passiġġieri u tal-merkanzija.
(9)
Meta jimplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta’ porzjon tan-network ferrovjarju tal-Unjoni li jkun ġeografikament iżolat bil-baħar mill-bqija tan-network ferrovjarju tal-Unjoni, li għalih ma hemm l-ebda ħtieġa konkreta ta’ koordinazzjoni ma’ Stati Membri oħra jew ma’ maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja li jimmaniġġaw l-infrastruttura li jinsabu fi Stati Membri oħra, jew meta l-kapaċità tkun kontinwament disponibbli u ma tkun mistennija li sseħħ l-ebda bidla rilevanti fit-terminu qasir jew medju, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-maniġers tal-infrastruttura jkunu jistgħu jsegwu approċċ prammatiku u proporzjonat sabiex jiġu evitati spejjeż u piż amministrattiv sproporzjonati, filwaqt li jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(10)
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli jadottaw miżuri meħtieġa biex jissalvagwardaw l-interessi essenzjali tas-sigurtà jew tad-difiża jew milli jadottaw miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-militar ikollu aċċess suffiċjenti għall-infrastruttura ferrovjarja.
(11)
L-infrastruttura tat-trasport hija s-sinsla tal-ekonomija u tas-soċjetà kollha kemm hi. Xi infrastruttura ferrovjarja hija kritika biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-funzjonijiet vitali tas-soċjetà u għandha sinifikat strateġiku għas-sigurtà nazzjonali. F’ċerti każijiet, l-għoti tad-drittijiet ta’ kapaċità lil applikant jista’ jikkomprometti s-sigurtà pubblika jew l-ordni pubbliku fl-Unjoni, inkluż fil-livell tal-Istati Membri, pereżempju meta impriża ferrovjarja jkollha l-ħsieb li tittrasporta oġġetti perikolużi jew armi li jkunu daħlu illegalment fl-Unjoni fuq l-infrastruttura ferrovjarja ta’ Stat Membru. Sabiex jiġi ggarantit traffiku tat-trasport ferrovjarju bla xkiel, sikur u sigur u biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jirrikjedu li l-maniġers tal-infrastruttura jirrifjutaw li jagħtu, jew jirtiraw, id-drittijiet ta’ kapaċità lil applikant meta l-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja tagħhom jippreżenta riskju għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika, inkluż għas-sigurtà u d-difiża nazzjonali. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni bħal din tkun debitament ġustifikata u strettament meħtieġa u proporzjonata għall-objettiv segwit, filwaqt li jitqiesu wkoll l-impatti ta’ dik id-deċiżjoni fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kontinwità tal-ktajjen tal-provvista, b’mod partikolari għall-provvista ta’ inputs kritiċi, u meta d-dritt tal-kapaċità mitlub jikkostitwixxi dritt tal-kapaċità f’diversi networks. Meta jivvaluta r-riskju għas-sigurtà pubblika jew għall-ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jkun jista’ jqis, fost fatturi oħrajn, il-fatt li l-applikant ikun soġġett għal miżuri restrittivi adottati mill-Unjoni u r-raġunijiet għall-adozzjoni ta’ tali miżuri, li l-applikant huwa proprjetà ta’, jew effettivament ikkontrollat minn, jew jaġixxi f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’, persuna jew entità soġġetta għal miżuri restrittivi adottati mill-Unjoni, jew li l-applikant jew dik il-persuna jew entità jkunu involuti f’attivitajiet illegali jew f’attivitajiet li jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari ta’ pajjiż terz li jippreżentaw theddida għas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru. Jenħtieġ li tali deċiżjoni tiġi rieżaminata regolarment mill-Istat Membru, b’mod partikolari billi ssir valutazzjoni dwar jekk għadhiex ġustifikata u proporzjonata. Jenħtieġ li l-Istat Membru jinforma lill-Kummissjoni, lill-korp regolatorju u, għad-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati bid-deċiżjoni adottata u r-raġunijiet għaliha u jenħtieġ li jikkoordina ma’ dawk l-Istati Membri l-oħra f’każ li dawk tal-aħħar iqajmu tħassib dwar id-deċiżjoni adottata. Meta t-tħassib imqajjem minn Stat Membru ma jiġix solvut permezz ta’ koordinazzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat ikun jista’ jitlob rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni adottata minn Stat Membru ieħor.
(12)
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom id-dritt li jipprovdu gwida strateġika lill-maniġer tal-infrastruttura, biex jiżguraw li l-ippjanar u l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja jkunu konsistenti mal-objettivi ġenerali u l-orjentazzjonijiet ta’ politika tagħhom. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu li l-maniġers tal-infrastruttura jimplimentaw disinji speċifiċi tal-iskeda tal-ħinijiet bħal skedi tal-ħinijiet b’intervalli regolari integrati, jirriżervaw volumi minimi tal-kapaċità għal ċerti tipi ta’ traffiku, u jirriflettu ċ-ċirkostanzi nazzjonali u l-prijoritajiet ta’ politika fil-parametri tal-metodoloġija għat-tqassim tal-kapaċità u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ir-responsabbiltajiet operazzjonali tal-maniġers tal-infrastruttura u jiżguraw li jżommu marġni operazzjonali suffiċjenti biex iwettqu l-kompiti u r-responsabbiltajiet kollha tagħhom.
(13)
Peress li l-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jkunu meħtieġa japplikaw disinn speċifiku tal-iskeda tal-ħinijiet, servizz ferrovjarju f’diversi networks jista’ jkun soġġett għal disinji differenti tal-iskeda tal-ħinijiet. Fid-dawl ta’ dan iżda wkoll ta’ fatturi oħra, jenħtieġ li l-Istati Membri inkarigati mill-maniġers tal-infrastruttura li jallokaw id-drittijiet tal-kapaċità għal servizz ferrovjarju f’diversi networks soġġett għal disinji differenti tal-iskeda tal-ħinijiet jikkoordinaw biex jiżguraw il-konsistenza bejn il-gwida strateġika tagħhom u r-rekwiżiti nazzjonali. Barra minn hekk, peress li fl-Istati Membri jintużaw prattiki differenti għall-ippjanar tal-iskeda tal-ħinijiet, dawk il-prattiki jeħtieġu koordinazzjoni akbar ukoll bejn il-maniġers tal-infrastruttura fuq naħat differenti tal-fruntieri, b’mod partikolari meta l-maniġers tal-infrastruttura jkunu meħtieġa jippjanaw minn qabel il-kapaċità billi jużaw skedi tal-ħinijiet b’intervalli regolari.
(14)
Jenħtieġ li r-regoli u l-proċeduri dwar il-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja jqisu u jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-segmenti kollha tas-suq ferrovjarju b’mod nondiskriminatorju. Jenħtieġ li jqisu b’mod partikolari l-ħtieġa tal-istabbiltà fit-tul tal-kapaċità disponibbli għas-servizzi tal-passiġġieri, inkluż għal servizzi operati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku, u l-ħtieġa ta’ flessibbiltà fl-immedjat għat-traffiku tal-merkanzija biex twieġeb għad-domanda tas-suq. Għalhekk, jenħtieġ li l-proċess tal-ġestjoni tal-kapaċità ma jibqax ikollu fokus predominantement annwali, iżda jiġi organizzat fi tliet fażijiet sussegwenti ta’ ppjanar strateġiku tal-kapaċità; skedar tas-servizzi ferrovjarji u allokazzjoni tal-kapaċità; u adattament u skedar mill-ġdid tal-kapaċità. L-introduzzjoni ta’ fażijiet definiti u strutturati aħjar li jipprevedu l-possibbiltà ta’ ppjanar fit-tul u adattament fi żmien qasir fil-ġestjoni tal-kapaċità tkun ta’ benefiċċju partikolari għas-servizzi li huma anqas faċli li jiġu ppjanati minn qabel jew li huma aktar kumplessi biex jiġu organizzati, bħall-ferroviji tal-merkanzija u l-ferroviji tal-passiġġieri transfruntieri, inkluż ferroviji ta’ billejl.
(15)
Porzjon dejjem akbar tan-network ferrovjarju tal-Unjoni hu konġestjonat jew qrib li jkun konġestjonat u ma jistax jakkomoda l-ħtiġijiet tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja tal-applikanti kollha u jappoġġa aktar tkabbir fil-volum tat-trasport ferrovjarju. L-iżvilupp u d-diġitalizzazzjoni tal-infrastruttura, skont l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà żviluppata skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), b’mod partikolari s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (“ERTMS”), mistennija joħolqu żieda fil-kapaċità disponibbli fi żmien medju u fit-tul. Madankollu, il-maniġers tal-infrastruttura x’aktarx ma jkunux jistgħu jissodisfaw it-talbiet kollha għall-kapaċità għall-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja użata ħafna jew konġestjonata u jenħtieġ li jiddependu fuq ippjanar tajjeb biex jantiċipaw il-ħtiġijiet, jipprovdu indikazzjonijiet bikrija lill-applikanti, u jiffaċilitaw l-allokazzjoni tal-kapaċità.
(16)
Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, jenħtieġ li l-kriterji soċjoekonomiċi, operazzjonali u ambjentali jitqiesu matul il-proċess tal-ippjanar u tal-allokazzjoni, b’mod partikolari meta jiġu vvalutati għażliet alternattivi ta’ tqassim tal-kapaċità fir-rigward ta’ element tal-infrastruttura ferrovjarja li jkun użat ħafna jew konġestjonat u għall-finijiet tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti. Speċjalment għall-applikanti li jitolbu kapaċità fi Stati Membri differenti, ikun ta’ benefiċċju li l-maniġers tal-infrastruttura jużaw metodu komuni u sett trasparenti ta’ kriterji li jiċċaraw kif dawn il-kriterji ġew ikkunsidrati u kif affettwaw id-deċiżjonijiet meħuda.
(17)
Jenħtieġ li n-Network Ewropew tal-Maniġers tal-Infrastruttura (ENIM) jipprovdi gwida dwar kif għandha tiġi stabbilita metodoloġija komuni oġġettiva, trasparenti u nondiskriminatorja, li tkun ibbażata fuq kriterji soċjoekonomiċi, operazzjonali u ambjentali għat-tqassim u l-allokazzjoni tal-kapaċità. Peress li din hija metodoloġija ġdida biex tittieħed deċiżjoni dwar it-tqassim tal-kapaċità jew dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u peress li ser ikun importanti li l-valuri tal-parametri jiġu stabbiliti fil-livell korrett, jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-kriterji operazzjonali, soċjoekonomiċi u ambjentali tiġi ttestjata u kkalibrata mill-ENIM qabel ma tiġi applikata.
(18)
Jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura, fejn rilevanti, jaġġustaw il-valuri tal-parametri standard biex iqisu ċ-ċirkostanzi lokali jew nazzjonali abbażi ta’ approċċi aċċettati u evidenza empirika.
(19)
Jenħtieġ li l-ippjanar strateġiku tal-kapaċità minn maniġers tal-infrastruttura jtejjeb l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja billi jantiċipa d-domanda għas-servizzi ferrovjarji, inkluż billi janalizza l-iżviluppi mistennija fis-suq tat-trasport u jqis l-iżvilupp, it-tiġdid u l-manutenzjoni ppjanati tal-infrastruttura ferrovjarja. Jenħtieġ li jiżgura li l-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja tiġi allokata b’mod li jimmassimizza l-valur tas-servizzi ferrovjarji għas-soċjetà. Jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jiżguraw li l-ippjanar strateġiku tal-kapaċità jipprovdi progressivament livelli dejjem akbar ta’ dettalji dwar il-kapaċità disponibbli, b’kont meħud tar-rispons mill-partijiet kkonċernati operazzjonali, u li dan ikun il-bażi għall-allokazzjoni tal-kapaċità.
(20)
Biex ikun żgurat li l-kapaċità tkun disponibbli għall-allokazzjoni lil segmenti differenti tas-suq ferrovjarju u b’mod partikolari għas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija u transfruntieri, jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jitħallew jippjanaw minn qabel l-użu tal-kapaċità f’infrastruttura ferrovjarja konġestjonata jew użata ħafna u li jwessgħu dan l-ippjanar għal sezzjonijiet oħra tan-network jekk ikun meħtieġ. Dan l-ippjanar minn qabel tal-kapaċità jenħtieġ li jqis il-metodi differenti għall-allokazzjoni tal-kapaċità u l-karatteristiċi ta’ segmenti differenti tas-suq ferrovjarju. Dan jenħtieġ li jippermetti użu aħjar tal-infrastruttura ferrovjarja billi jiġbor flimkien lill-ferroviji b’karatteristiċi simili ta’ prestazzjoni fil-fażi tal-allokazzjoni tal-kapaċità.
(21)
Meta jallokaw il-kapaċità, jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jaderixxu mal-ippjanar strateġiku tagħhom tal-provvista tal-kapaċità filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw li l-kapaċità tiġi allokata f’konformità mad-domanda tas-suq u b’mod ġust u nondiskriminatorju. Għal dak l-għan, xi talbiet għall-kapaċità li jkunu inkonsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità jistgħu jiġu rrifjutati jew jingħataw prijorità aktar baxxa fil-fażi tal-allokazzjoni. Jenħtieġ li l-pjan tal-provvista tal-kapaċità jiġi aġġornat kontinwament biex jirrifletti l-kapaċità disponibbli.
(22)
Impriżi minn segmenti differenti tas-suq ferrovjarju għandhom kapaċitajiet differenti biex jantiċipaw il-ħtiġijiet tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja tagħhom. Xi fornituri tas-servizzi tal-merkanzija, b’mod partikolari, għandhom mnejn ma jkunux jistgħu jidentifikaw il-ħtiġijiet tal-kapaċità tagħhom fil-ħin sabiex dawk il-ħtiġijiet jiġu inklużi fl-iskeda operatorja, jiġifieri fil-pjan annwali għall-movimenti ferrovjarji u tal-vetturi ferrovjarji, u dawk il-ħtiġijiet għandhom mnejn ma jkunux joqogħdu fl-iskeda annwali tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jkunu jistgħu joffru kapaċità ta’ kwalità u kwantità biżżejjed anke għas-servizzi ferrovjarji li jkollhom domanda instabbli, li jiġu organizzati fi żmien relattivament qasir, li jkunu jinkludu aktar minn vjaġġ ferrovjarju wieħed, u li jistgħu jitħaddmu kemm-il darba għal perjodu taż-żmien li ma jikkoinċidix mad-durata tal-perjodu tal-iskeda operatorja. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi riżervata l-kapaċità għall-mogħdijiet ferrovjarji li mbagħad jistgħu jiġu allokati f’qasir żmien.
(23)
Jenħtieġ li l-applikanti għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja jkunu jistgħu jippjanaw u jitolbu l-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja fuq bażi annwali bl-iskeda operatorja. Jenħtieġ li l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu wkoll kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja minn aktar qabel għal servizzi ferrovjarji stabbli u pluriennali bi ftehimiet qafas. Fl-aħħar, jenħtieġ li l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu l-kapaċità qrib il-ħin operazzjonali għal ferroviji individwali b’talbiet għall-kapaċità ad hoc jew għal servizzi ferrovjarji ripetuti b’talbiet tal-ippjanar rikorrenti. Peress li l-ippjanar rikorrenti huwa partikolarment konvenjenti għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, jenħtieġ li l-allokazzjoni tal-kapaċità permezz tal-proċess tal-ippjanar kontinwu tikkonċerna mill-inqas is-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija.
(24)
Parti sinifikanti mit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija hu fuq distanzi twal u jeħtieġ koordinazzjoni transfruntiera bejn il-maniġers tal-infrastruttura. L-għan ta’ politika li jiżdied it-traffiku ferrovjarju jiddependi wkoll fuq it-tkabbir tas-servizzi transfruntieri tal-passiġġieri. Biex jiġi ffaċilitat u promoss traffiku dejjem aktar transfruntier fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, huwa neċessarju li jiġu żgurati konsistenza u armonizzazzjoni akbar tar-regoli u tal-proċeduri dwar il-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, filwaqt li d-definizzjoni tagħhom tiġi msejsa fuq l-esperjenza u l-għarfien espert tas-settur. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rwol tal-ENIM jissaħħaħ billi dan jiġi fdat bl-iżvilupp ta’ linji gwida li jippermettu l-implimentazzjoni uniformi tal-proċeduri u l-metodoloġiji ta’ dan ir-Regolament għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u l-koordinazzjoni attiva tal-kapaċità u t-traffiku transfruntieri. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-ENIM jiżviluppa oqfsa Ewropej għall-ġestjoni tal-kapaċità, għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet, u għar-rieżami tal-prestazzjoni. Jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji, l-applikanti u partijiet kkonċernati operazzjonali oħra jiġu kkonsultati wkoll fl-iżvilupp ta’ dawk l-oqfsa Ewropej.
(25)
Jenħtieġ li l-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità, il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet u l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni, li huma kollha żviluppati mill-ENIM, jipprovdu linji gwida li jistabbilixxu għodod, metodoloġiji u arranġamenti proċedurali komuni li jippermettu l-implimentazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament mill-maniġers tal-infrastruttura fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea kollha, b’rabta mal-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, il-koordinazzjoni tat-traffiku transfruntier, il-ġestjoni tat-tfixkil tat-traffiku u ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi kif ukoll ir-rieżami tal-prestazzjoni. Filwaqt li jenħtieġ li dawk l-oqfsa u l-elementi li jkunu fihom ma jkunux vinkolanti u li l-maniġers tal-infrastruttura jżommu r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet operazzjonali tagħhom, il-maniġers tal-infrastruttura huma madanakollu mistennija jsegwu l-oqfsa sakemm ċirkostanzi speċifiċi ma jiġġustifikawx li jitbiegħdu minnhom. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jaġixxu f’konformità mal-prinċipju “ikkonforma jew spjega” u jenħtieġ li jiġġustifikaw ir-raġuni għal kwalunkwe devjazzjoni minn dawk l-oqfsa. Dak l-approċċ jippermetti li jinkiseb il-bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-koordinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ approċċi uniformi fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, u l-ħtieġa li l-proċeduri u l-metodoloġiji jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ żoni ġeografiċi partikolari. Meta l-ENIM ma jsibx ftehim dwar l-għodod, il-metodoloġiji u l-arranġamenti proċedurali komuni u għalhekk ma jkunx jista’ jiżviluppa l-oqfsa Ewropej, jew meta, fil-każ ta’ tali ftehim, dawk l-oqfsa ma jkunux adegwati biex jilħqu l-objettivi maħsuba tagħhom, jew ikun hemm devjazzjonijiet estensivi mill-applikazzjoni ta’ dawk l-oqfsa li jimminaw l-implimentazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli vinkolanti dwar l-għodod, il-metodoloġiji u l-arranġamenti proċedurali komuni meħtieġa għall-implimentazzjoni uniformi ta’ dawk l-oqfsa Ewropej jew l-elementi tagħhom.
(26)
Jenħtieġ li l-ENIM jiddeżinja koordinatur tan-network biex iwettaq kompiti ta’ appoġġ u operazzjonali. Meta jaħtar il-koordinatur tan-network, jenħtieġ li l-ENIM jikkunsidra assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ b’esperjenza u involviment fit-titjib tal-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja.
(27)
Jenħtieġ li r-regoli dwar il-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju transfruntier f’kundizzjonijiet normali u f’każ ta’ disturbi jippromwovu t-tħaddim bla xkiel, reżiljenti u bla intoppi tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju. Jenħtieġ li dawk ir-regoli jipprevedu sistema tal-koordinazzjoni strutturata bejn il-maniġers tal-infrastruttura u partijiet ikkonċernati oħra.
(28)
It-tħaddim tal-infrastruttura ferrovjarja mhux biss teħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-maniġers tal-infrastruttura, iżda anki interazzjoni qawwija mal-impriżi ferrovjarji u ma’ partijiet ikkonċernati oħra involuti direttament fl-operazzjonijiet tat-trasport ferrovjarju u multimodali u loġistiċi. Għalhekk, jeħtieġ tiġi prevista konsultazzjoni strutturata bejn il-maniġers tal-infrastruttura u partijiet ikkonċernati oħra. Jenħtieġ li l-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea (l-“ERP”) tkun il-pjattaforma li tiġġestixxi din il-konsultazzjoni strutturata peress li mistennija li tikkonsisti minn rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti fis-servizzi tat-trasport ferrovjarju, inkluż iżda mhux limitati għal impriżi ferrovjarji, operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizz jew operaturi ta’ terminals tat-trasport multimodali. Jenħtieġ li l-ERP tkun tista’ tipprovdi lill-ENIM l-opinjonijiet tagħha matul l-iżvilupp tal-oqfsa Ewropej u tagħti esperjenzi konkreti u suġġerimenti prattiċi għal sfidi speċifiċi u tgħin biex ikompli jittejjeb il-funzjonament tas-servizzi Ewropej tat-trasport ferrovjarju.
(29)
L-affidabbiltà tas-servizzi ferrovjarji u li jkun magħruf sew minn qabel meta s-servizzi jkunu jistgħu jitħaddmu huma wħud mill-aspetti l-aktar apprezzati mill-klijenti ferrovjarji u mill-applikanti. L-affidabbiltà tal-iskedi hi wkoll aspett kritiku tal-funzjonament bla xkiel tas-sistema ferrovjarja, li tinvolvi interazzjonijiet qawwija bejn is-servizzi u l-esternalitajiet tan-network. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li d-devjazzjonijiet mill-iskeda jinżammu f’livell minimu, u jenħtieġ li tiddaħħal sistema ta’ inċentivi adegwati li tippromwovi t-twettiq tal-impenji mill-maniġers tal-infrastruttura, mill-impriżi ferrovjarji u minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.
(30)
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta’ penali li għandhom jitħallsu meta jew il-maniġer tal-infrastruttura jew l-applikant, ma jissodisfax l-impenji tiegħu fir-rigward ta’ dritt tal-kapaċità allokat. Jenħtieġ li l-livell tal-penali dovuta jkun effettiv, proporzjonat, dissważiv u nondiskriminatorju sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-użu ppjanat tal-kapaċità. Jenħtieġ li l-livell tal-penali jiġi approvat ukoll mill-korp regolatorju. Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ juża l-imposti tal-aċċess għall-binarji mħallsa fin-network ferrovjarju bħala bażi biex jipproponi l-livell tal-penali. Jenħtieġ li l-modulazzjoni tal-penali tqis diversi fatturi, inkluż il-ħin tan-notifika tal-bidla, il-kwalità tal-kapaċità alternattiva pprovduta f’termini ta’ distanza jew ħin addizzjonali, karatteristiċi tekniċi u aspetti rilevanti oħra, jew jekk il-kapaċità tistax tiġi allokata mill-ġdid u użata minn applikant ieħor. Jenħtieġ li l-modulazzjoni applikata tkun baxxa meta l-kwalità tal-alternattiva tkun għolja jew meta l-kapaċità tkun tista’ tiġi allokata mill-ġdid. Jenħtieġ li l-modulazzjoni applikata tkun ogħla meta l-bidla tintalab ftit qabel iż-żmien tal-użu tad-dritt tal-kapaċità jew meta l-kwalità tkun baxxa wisq meta mqabbla mad-dritt tal-kapaċità allokat inizjali. Jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jipprevedu livelli ta’ penali fil-munita tagħhom li jikkorrispondu għal-livelli determinati f’dan ir-Regolament f’euro fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Dawk il-maniġers tal-infrastruttura huma mistiedna jirrieżaminaw regolarment il-livelli ta’ penali anke fir-rigward tal-iżvilupp tar-rata tal-kambju. Jenħtieġ li din is-sistema ta’ penali jkollha l-għan li tħaffef is-soluzzjoni tat-tilwim u tnaqqas il-litigazzjoni relatata man-nuqqas ta’ konformità mad-drittijiet tal-kapaċità allokati, u li tipprovdi ċertezza, sigurtà legali, prevedibbiltà u trasparenza kemm lill-maniġers tal-infrastruttura kif ukoll lill-applikanti fir-rigward tal-impenji tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-kapaċità allokati.
(31)
Il-monitoraġġ kontinwu tal-kwalità tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja u tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju huwa prekundizzjoni biex titjieb il-prestazzjoni ta’ dawk is-servizzi. Filwaqt li jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jimmonitorjaw u jqabblu l-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja u tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju fil-livell nazzjonali, jenħtieġ li l-ENIM jimmonitorja l-prestazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk jeħtieġ li tiġi stabbilita sistema trasparenti u oġġettiva ta’ indikaturi li tipprovdi rispons dwar aspetti tal-prestazzjoni li huma rilevanti għall-partijiet ikkonċernati operazzjonali differenti u għall-klijenti finali tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju. Jenħtieġ li l-funzjoni ewlenija ta’ dik is-sistema tiffoka fuq il-monitoraġġ tat-twettiq tal-impenji magħmula mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali u l-progress fil-prestazzjoni maż-żmien filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u l-karatteristiċi differenti fis-settur ferrovjarju. Għall-istabbiliment ta’ din is-sistema u l-analiżi tal-output tagħha, jenħtieġ li l-ENIM u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jiddependu fuq esperti indipendenti fil-forma ta’ bord konsultattiv tal-prestazzjoni. Jenħtieġ li l-bord konsultattiv tal-prestazzjoni jkun jista’ jipprovdi pariri indipendenti lill-ENIM u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali u lill-koordinaturi Ewropej fl-oqsma kollha li jinfluwenzaw il-prestazzjoni tas-servizzi ferrovjarji u l-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja. Jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għar-rapport tar-rieżami tal-prestazzjoni.
(32)
Biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, jenħtieġ li l-ENIM jiżviluppa qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni. Jenħtieġ li l-qafas ikollu l-għan li jiżgura li l-maniġers tal-infrastruttura kollha tal-Unjoni jużaw għodod, metodoloġiji u arranġamenti proċedurali komuni għall-kejl tal-prestazzjoni skont indikaturi miftiehma. Jenħtieġ li dan jippermetti l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fil-prestazzjoni fin-netwerk ferrovjarju tal-Unjoni. Jenħtieġ li jkollu l-għan li jiżgura li l-maniġers tal-infrastruttura jistabbilixxu objettivi tal-prestazzjoni b’mod li jqis l-ispeċifiċitajiet tan-network li jimmaniġġaw, u fl-istess ħin jenħtieġ li jiżgura koerenza fl-identifikazzjoni tal-aktar nuqqasijiet rilevanti fil-prestazzjoni. Jenħtieġ li dan jippermetti lill-maniġers tal-infrastruttura jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni biex jinstabu miżuri li jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-prestazzjoni u jżommu rendikont tal-impatt tagħhom. Jenħtieġ li l-ENIM jirrieżamina dak il-qafas regolarment biex jiżgura li huwa adegwat għall-użu.
(33)
Biex tkun żgurata koordinazzjoni effettiva tal-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ENIM isir aktar operazzjonali. Jenħtieġ li dan jinkludi mekkaniżmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jippermettu lill-maniġers tal-infrastruttura jikkoordinaw b’mod effettiv l-ippjanar strateġiku tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja.
(34)
Jenħtieġ li l-maniġers kollha tal-infrastruttura tal-Istati Membri li jkunu responsabbli għal-linji li jifformaw parti min-network ewlieni u dak ewlieni estiż tat-Network trans-Ewropew tat-trasport (“it-TEN-T”) ikunu membri tal-ENIM. Jenħtieġ li maniġers tal-infrastruttura oħra tal-Istati Membri, li huma inklużi fil-ġestjoni strateġika tal-kapaċità għal-linji barra min-network ewlieni u dak ewlieni estiż tat-TEN-T ikunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fid-deliberazzjonijiet tal-ENIM. Maniġers oħra tal-infrastruttura jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-ħidma tal-ENIM bħala osservaturi, iżda mingħajr drittijiet tal-vot. Barra minn hekk, huwa fl-interess tal-Unjoni li tippermetti l-parteċipazzjoni fl-ENIM tal-maniġers tal-infrastruttura li huma responsabbli għal-linji fuq in-network ewlieni jew dak ewlieni estiż tat-TEN-T tal-Istati li huma membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u tal-Partijiet mix-Xlokk tal-Ewropa għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport iffirmat mill-Unjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1937 (8), dment li dawk l-Istati jew il-partijiet japplikaw dan ir-Regolament skont ftehim internazzjonali konkluż mal-Unjoni. Jenħtieġ li l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-ENIM jiġu ddeterminati skont il-ftehim konkluż ma’ dawk l-Istati u l-partijiet mal-Unjoni. Dawk l-Istati u l-partijiet huma assoċjati mill-qrib mal-Unjoni fis-settur tat-trasport. Barra minn hekk, minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom, il-biċċa l-kbira tagħhom għandhom konnessjonijiet ferrovjarji importanti mal-Istati Membri jew għandhom traffiku ta’ tranżitu bejn żewġ Stati Membri jew aktar. Għalhekk, il-kontribut tagħhom għall-ħidma tal-ENIM huwa importanti.
(35)
Jenħtieġ li l-korpi regolatorji ferrovjarji jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni biex jiżguraw l-applikazzjoni koerenti tal-qafas regolatorju u t-trattament konsistenti tal-applikanti fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Jenħtieġ li jagħmlu dan permezz tan-Network Ewropew tal-Korpi Regolatorji Ferrovjarji (l-“ENRRB”) biex jiġu żviluppati prattiki komuni biex jieħdu d-deċiżjonijiet li qed jingħataw is-setgħa għalihom b’dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-ENRBB iwettaq kompiti ta’ koordinazzjoni u jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti, opinjonijiet jew rapporti fir-rigward tas-servizzi ferrovjarji transfruntieri u l-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja u tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju. Jenħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet adottati mill-ENRRB jippromwovu deċiżjonijiet nazzjonali li jappoġġaw il-proċeduri armonizzati deskritti fl-oqfsa Ewropej u ma jaffettwawx il-kompetenzi tal-korpi regolatorji ferrovjarji jew dawk tal-maniġers tal-infrastruttura.
(36)
Il-ġestjoni effiċjenti tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u l-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju jeħtieġu l-iskambju ta’ data u informazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura, l-applikanti u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra. Dak l-iskambju jista’ jkun konsiderevolment aktar effettiv u effiċjenti bl-appoġġ ta’ għodod diġitali interoperabbli u, meta possibbli, bl-awtomatizzazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet għall-interoperabbiltà jiġu implimentati bħala prijorità u jiġu żviluppati aktar sabiex ikunu jlaħħqu mal-iżviluppi teknoloġiċi u mal-proċessi l-ġodda previsti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li, bħala l-awtorità tas-sistema Ewropea għall-applikazzjonijiet telematiċi, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) tkun involuta fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-għodod diġitali msemmija f’dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li jikkonformaw mat-TSI għall-applikazzjonijiet telematiċi kif definit fid-Direttiva (UE) 2016/797 u f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).
(37)
Jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jiżguraw l-allinjament, b’mod partikolari fejn tidħol id-diġitalizzazzjoni, ma’ ħidmet l-Impriża Konġunta Ferrovjarja tal-Ewropa stabbilita fir--Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 (10), permezz tal-Grupp ta’ Tmexxija tal-Pilastru tas-Sistema u l-Grupp ta’ Varar imsemmija fl-Artikoli 96 u 97 ta’ dak ir-Regolament.
(38)
Biex ikun żgurat proċess bla xkiel tal-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku għas-servizzi ferrovjarji internazzjonali, jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-kanċellazzjonijiet tal-kapaċità allokata u l-interruzzjonijiet fl-operazzjonijiet ferrovjarji minħabba tfixkil fin-network ferrovjarju, u biex jitqiesu l-iżviluppi fil-prattiki tal-maniġers tal-infrastruttura u l-użu ta’ metodi ġodda tal-allokazzjoni tal-kapaċità u teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti elementi tar-riżultati tanġibbli li jirriżultaw mill-ippjanar strateġiku tal-kapaċità infrastrutturali; l-iskeda għall-ippjanar strateġiku tal-kapaċità u l-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità; id-durata għall-bidliet fil-kapaċità allokata u t-tiswir ta’ soluzzjonijiet alternattivi għall-applikanti; ċerti elementi relatati mal-iskeda għall-koordinazzjoni, il-konsultazzjoni u l-pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità li jirriżultaw minn xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji; il-limiti għall-użu tal-kapaċità ta’ infrastruttura ferrovjarja użata ħafna u konġestjonata; l-aġġustament tal-livelli ta’ penali għall-inflazzjoni u l-informazzjoni li trid tingħata lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(39)
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament,jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat tal-implimentazzjoni biex tintroduċi rekwiżiti tekniċi u operazzjonali biex jiġi ffaċilitat il-funzjonament bla xkiel taż-żona ferrovjarja unika Ewropea b’rabta ma’ kriterji uniformi għar-rekwiżiti stabbiliti mill-maniġers tal-infrastruttura fir-rigward tal-applikanti, rekwiżiti tekniċi u operazzjonali għall-ippjanar ta’ kontinġenza, regoli dettaljati rigward il-proċedura għall-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas, il-forma u l-kontenut ta’ tali ftehimiet qafas, u regoli dettaljati rigward il-proċess tal-ippjanar rikorrenti u relatati mal-qafas Ewropew. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Fejn il-kumitat stabbilit skont id-Direttiva 2012/34/UE ma jagħti l-ebda opinjoni fil-qafas tal-proċedura ta’ eżami, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tadottax l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni.
(40)
Il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li fid-dawl tar-reviżjoni ppjanata tagħha tar-Regolament (UE) 2016/796, ser tivvaluta l-fattibbiltà u l-benefiċċji possibbli tal-estensjoni tal-kompetenza tal-ERA għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja. Il-valutazzjoni tista’ tinkludi kunsiderazzjonijiet tal-użu tal-kompetenzi eżistenti tal-ERA fir-rigward ta’ proċessi ta’ konsultazzjoni mas-settur kollu, b’mod partikolari fl-istabbiliment ta’ leġiżlazzjoni sekondarja, kif ukoll rwol ta’ appoġġ fl-iffaċilitar tal-monitoraġġ indipendenti tal-prestazzjoni u valutazzjoni tal-implikazzjonijiet baġitarji.
(41)
Ir-regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità stipulati fid-Direttiva 2012/34/UE huma ssostitwiti b’dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għalhekk, ir-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura, ir-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji ferrovjarji, ir-rekwiżiti għall-elementi tad-dikjarazzjoni dwar in-network li tiddeskrivi n-natura tal-infrastruttura ferrovjarja li tkun disponibbli għall-impriżi ferrovjarji, il-kundizzjonijiet tal-aċċess għaliha u l-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità, jenħtieġ li jiġu definiti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-regoli dwar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni, kif ukoll l-elementi tad-dikjarazzjoni dwar in-network, li mhumiex relatati mal-ġestjoni tal-kapaċità, ma jiġux affettwati minn dan ir-Regolament.
(42)
L-evalwazzjoni ex post tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 kkonkludiet li l-impatt ta’ dak ir-Regolament kien limitat wisq biex jikkontribwixxi għall-bidla modali mit-triq għall-ferrovija. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-maniġers tal-infrastruttura fil-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja kienet għadha mhux effettiva minn perspettiva transfruntiera. Dik l-evalwazzjoni wriet ukoll li l-ġestjoni tal-kapaċità fil-kurituri tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija separatament mill-bqija tan-network mhix effiċjenti. Jenħtieġ li japplika qafas regolatorju uniku għall-operazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, li jikkonsolida d-dispożizzjonijiet relatati fid-Direttiva 2012/34/UE u tar-Regolament (UE) Nru 913/2010. Għalhekk, wara perjodu ta’ tranżizzjoni suffiċjenti, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 913/2010 jitħassar u jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2012/34/UE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità jiġu ssostitwiti b’dan ir-Regolament.
(43)
It-tħejjija ta’ skeda operatorja teħtieġ it-twettiq ta’ attivitajiet preparatorji fis-snin ta’ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dik l-iskeda operatorja. Għalhekk, it-tranżizzjoni mill-qafas regolatorju stabbilit bid-Direttiva 2012/34/UE u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 għal dak stabbilit b’dan ir-Regolament timplika li jenħtieġ li t-tħejjijiet tal-iskedi operatorji skont il-qafas regolatorju l-ġdid jibdew fl-istess ħin mal-applikazzjoni tar-regoli skont il-qafas attwali. Għaldaqstant, jenħtieġ li japplika reġim doppju f’perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jenħtieġ li l-passi preparatorji meħtieġa għal skeda operatorja jkunu konformi mal-qafas regolatorju applikabbli għal dik l-iskeda operatorja speċifika. Jenħtieġ li l-ftehimiet qafas li jkunu ġew konklużi fil-qafas attwali jkollhom il-possibbiltà li jibqgħu japplikaw sa ma jiskadu.
(44)
Skont il-qafas regolatorju l-ġdid, jenħtieġ li l-passi preparatorji għal skeda operatorja jibdew bil-bidu tal-fażi ta’ strateġija tal-kapaċità ħames snin qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dik l-iskeda operatorja. Dak il-perjodu ta’ żmien huwa konsistenti ma’ dak tal-ftehimiet kuntrattwali konklużi bejn l-Istat Membru u l-maniġer tal-infrastruttura, li jinkludu l-istruttura tal-ħlasijiet miftiehma biex jiġi pprovdut finanzjament lill-maniġer tal-infrastruttura u li jkopru perjodu ta’ mhux inqas minn ħames snin, kif previst mid-Direttiva 2012/34/UE. Fl-interess ta’ applikazzjoni bikrija tal-qafas regolatorju l-ġdid u filwaqt li titqies il-ħidma preparatorja li diġà twettqet mis-settur, l-iskeda tal-attivitajiet li jwasslu għall-istabbiliment tal-ewwel żewġ skedi operatorji tista’ tiġi ssimplifikata billi titqassar il-fażi tal-istrateġija tal-kapaċità. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ewwel skeda operatorja li taqa’ fil-qafas regolatorju l-ġdid tkun l-iskeda operatorja li tibda fl-14 ta’ Diċembru 2030. Bl-għan li jikkonformaw mal-qafas regolatorju l-ġdid, jenħtieġ li l-partijiet ikkonċernati kollha jibdew it-tħejjijiet meħtieġa mingħajr dewmien.
(45)
Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) tistabbilixxi miżuri biex jinkiseb livell għoli ta’ reżiljenza għall-entitajiet kritiċi li jipprovdu servizzi essenzjali fl-Unjoni. Il-maniġers tal-infrastruttura fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-prinċipju jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tirrikjedi li l-entitajiet kritiċi jieħdu miżuri li jsaħħu r-reżiljenza. Dan ir-Regolament jirrikjedi wkoll li l-maniġers tal-infrastruttura jieħdu miżuri li jsaħħu r-reżiljenza f’każ ta’ interruzzjonijiet fin-network u sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jaffettwaw it-traffiku ferrovjarju. Jenħtieġ li l-miżuri ta’ reżiljenza skont dan ir-Regolament japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2022/2557 u f’komplementarjetà magħha. Il-Maniġers tal-Infrastruttura għandhom jiżguraw li jissodisfaw ukoll l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva (UE) 2022/2557. Meta l-maniġers tal-infrastruttura jkunu diġà ħadu miżuri u fasslu dokumenti skont dan ir-Regolament, li huma rilevanti għal miżuri li jsaħħu r-reżiljenza skont id-Direttiva (UE) 2022/2557, jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw dawk il-miżuri u d-dokumenti biex jissodisfaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-miżuri ta’ reżiljenza skont dik id-Direttiva.
(46)
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri ġestjoni aktar effiċjenti tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-traffiku, biex b’hekk titjieb il-kwalità tas-servizzi u jiġi akkomodat aktar traffiku fin-network ferrovjarju, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-effetti transfruntieri tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, għall-ġestjoni tat-traffiku, għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-ġestjoni tal-prestazzjoni, għas-servizzi ferrovjarji domestiċi u internazzjonali, u għall-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra, kif ukoll il-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-implimentazzjoni ta’ għodod diġitali li jappoġġaw il-proċessi tal-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku f’dan ir-Regolament. Jistabbilixxi wkoll regoli għal network Ewropew għall-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra u dwar is-sorveljanza tal-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku.
2. Dan ir-Regolament japplika għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja għas-servizzi ferrovjarji domestiċi u internazzjonali kif msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2012/34/UE, inkluż il-faċilitajiet tas-servizzi kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (11), ta’ dik id-Direttiva.
3. L-Artikoli 2 u 3 tal-Kapitolu I u l-Kapitoli II sa V ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-infrastruttura ferrovjarja jew għas-servizzi ferrovjarji li Stat Membru jkun eskluda mill-applikazzjoni tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2012/34/UE f’konformità mal-Artikolu 2(3), (3a), (4), (8) u (8a) ta’ dik id-Direttiva matul il-perjodu tal-validità tal-esklużjonijiet rilevanti.
4. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal servizzi ferrovjarji li Stat Membru jkun eskluda mill-applikazzjoni tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2012/34/UE f’konformità mal-Artikolu 2(10) ta’ dik id-Direttiva.
5. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal impriżi jew għal operazzjonijiet ta’ trasport imsemmija fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2012/34/UE.
6. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal Ċipru u għal Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorju tagħhom.
7. Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw miżuri meħtieġa biex jissalvagwardaw l-interessi essenzjali tas-sigurtà jew tad-difiża jew minn miżuri li jiżguraw li l-militar ikollu aċċess suffiċjenti għall-infrastruttura ferrovjarja, b’mod partikolari għal operazzjonijiet u taħriġ militari, inkluż it-tipi ta’ miżuri previsti fl-Artikolu 49(1), il-punti (a) sa (e).
Artikolu 2
Responsabbiltajiet u prinċipji ġenerali
1. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-ġestjoni tal-maniġers tal-infrastruttura stipulata fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2012/34/UE.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7c tad-Direttiva 2012/34/UE, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjon tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju.
Ir-referenzi għal maniġer tal-infrastruttura fid-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja f’dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-korp tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7a(3) tad-Direttiva 2012/34/UE.
3. Biex jiġi ffaċilitat il-forniment ta’ kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u ta’ ġestjoni tat-traffiku ferrovjarja effiċjenti u effettivi fl-Unjoni, il-maniġers tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 58(3) għandhom jikkooperaw fin-Network Ewropew tal-Maniġers tal-Infrastruttura (ENIM) imsemmi fl-Artikolu 7f tad-Direttiva 2012/34/UE u f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni.
4. Fit-twettiq tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom:
(a)
jużaw l-infrastruttura ferrovjarja disponibbli bl-aktar mod effettiv permezz ta’ ppjanar u koordinazzjoni effettivi bl-għan li jiżdied is-sehem tat-trasport ferrovjarju meta mqabbel ma’ modi oħra ta’ trasport, kemm għas-servizzi tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija, f’konformità mal-miri klimatiċi tal-Unjoni;
(b)
jimmassimizzaw il-valur għas-soċjetà, mil-lat soċjali, ekonomiku u ambjentali, tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju ffaċilitati minn infrastruttura ferrovjarja;
(c)
jiżguraw ġestjoni nondiskriminatorja tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u aċċess ekwu u trasparenti għaliha, inkluż waqt ix-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji, bil-ħsieb li tkun faċilitata kompetizzjoni ġusta u bl-għan li tiġi garantita l-kompetittività ottimali tas-servizzi ferrovjarji;
(d)
jiffaċilitaw traffiku ferrovjarju mingħajr xkiel bejn aktar minn network wieħed u bejn fruntiera u oħra billi jagħmlu ħilithom biex jeliminaw il-punti ta’ konġestjoni u l-ostakli operazzjonali;
(e)
jiżguraw it-trasparenza dwar l-istat u d-disponibbiltà tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja;
(f)
jirrieżaminaw u jtejbu l-prestazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali;
(g)
jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp taż-żona ferrovjarja unika Ewropea, b’mod partikolari permezz ta’ regoli u standards tekniċi u operazzjonali komuni Ewropej.
Artikolu 3
Imparzjalità tal-maniġer tal-infrastruttura fir-rigward tal-ġestjoni tat-traffiku u tal-kapaċità, inkluż l-ippjanar tal-manutenzjoni
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iwettqu l-funzjonijiet tal-ġestjoni tat-traffiku u tal-kapaċità, inkluż l-ippjanar tal-manutenzjoni b’mod ekwu, trasparenti u nondiskriminatorju. Il-persuni inkarigati biex jieħdu d-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ dawk il-funzjonijiet ma għandhom jiġu affettwati mill-ebda kunflitt ta’ interess.
2. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità kummerċjali tal-informazzjoni pprovduta lilhom, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluż, fejn xieraq, billi janonimizzaw l-informazzjoni kondiviża ma’ partijiet oħra.
3. Fir-rigward tal-ġestjoni tat-traffiku, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati operazzjonali, f’każijiet ta’ tfixkil li jikkonċerna lil dawk il-partijiet ikkonċernati, ikollhom aċċess sħiħ u fil-ħin għall-informazzjoni rilevanti. Meta l-maniġer tal-infrastruttura jagħti aċċess għall-proċess ta’ ġestjoni tat-traffiku, għandu jagħmel dan għall-parti kkonċernata operazzjonali b’mod ekwu, trasparenti u nondiskriminatorju.
4. Fir-rigward tal-ġestjoni tal-kapaċità u l-ippjanar fit-tul ta’ manutenzjoni, tiġdid u aġġornament maġġuri tal-infrastruttura ferrovjarja, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta l-applikanti, kif definit fl-Artikoli 3, il-punt (19), tad-Direttiva 2012/34/UE, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u għandu jqis bl-akbar reqqa t-tħassib espress minn dawk l-applikanti.
Artikolu 4
Gwida strateġika u rekwiżiti nazzjonali
1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-maniġer tal-infrastruttura gwida strateġika bbażata fuq l-istrateġiji indikattivi dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2012/34/UE. Dik il-gwida strateġika, li għandha tkun konsistenti ma’ dan ir-Regolament, għandha tirrispetta r-responsabbiltajiet operazzjonali tal-maniġer tal-infrastruttura, u tippermettilu jottimizza l-użu tan-network u jikkordina b’mod effettiv l-attribuzzjoni tal-kapaċità għat-traffiku transfruntier. Għandha tiġi pprovduta fil-ħin, sabiex il-maniġers tal-infrastruttura jkunu jistgħu jsegwu l-iskadenzi stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, u tista’ tkopri jew tinkludi b’mod partikolari:
(a)
objettivi ġenerali tal-politika ferrovjarja nazzjonali rilevanti għall-ippjanar strateġiku tal-kapaċità fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(b)
perspettiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja, b’kunsiderazzjoni tal-pjanijiet u l-istrateġiji rilevanti fil-livell nazzjonali jew reġjonali u l-pjanijiet ta’ ħidma tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport;
(c)
rekwiżiti u linji gwida ġenerali fir-rigward tal-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, li l-maniġer tal-infrastruttura għandu jqis fl-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ infrastruttura ferrovjarja użata ħafna u konġestjonata kif imsemmi fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament;
(d)
perspettiva dwar l-iżvilupp ippjanat tas-servizzi ferrovjarji operati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku, b’kunsiderazzjoni, meta meħtieġ, tal-fehmiet tal-awtoritajiet reġjonali jew lokali involuti.
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li wieħed mill-elementi ta’ gwida jew aktar imsemmija f’dan il-paragrafu jkunu vinkolanti billi jirrikjedu li l-maniġers tal-infrastruttura:
(a)
jimplimentaw disinji speċifiċi tal-iskeda tal-ħinijiet, bħal skedi tal-ħinijiet b’intervalli regolari integrati, kemm għas-servizzi tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri;
(b)
jirriżervaw volumi minimi ta’ kapaċità għat-tipi ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju msemmija fl-Artikolu 14 biex jirriflettu l-prijoritajiet tal-politika tat-trasport tagħhom;
(c)
jippjanaw minn qabel il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja fuq ċerti sezzjonijiet u nodi, f’konformità mal-Artikolu 20(5);
(d)
jirriflettu l-prijoritajiet tal-politika nazzjonali tat-trasport permezz ta’ parametri nazzjonali fil-metodoloġija għat-tqassim tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 27 permezz ta’ parametri nazzjonali fil-metodoloġija għar-riżoluzzjoni formali tal-kunflitti f’konformità mal-Artikolu 39.
Tali rekwiżiti ma għandhom jorbtu l-kapaċità disponibbli għall-ebda element tal-infrastruttura ferrovjarja sa punt li jċaħħad lill-maniġer tal-infrastruttura minn marġni operazzjonali suffiċjenti biex iwettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(4).
Il-forniment ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju skont disinji speċifiċi tal-iskeda tal-ħinijiet, bħal skedi tal-ħinijiet b’intervalli regolari, il-konsultazzjoni dwar ippjanar strateġiku tal-kapaċità u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-kapaċità meħtieġa għal tali servizzi għandhom jibqgħu miftuħa għall-applikanti u għall-impriżi ferrovjarji kollha skont termini ekwi, trasparenti u nondiskriminatorji.
3. Meta l-Istati Membri jkunu adottaw gwida strateġika u rekwiżiti skont il-paragrafi 1 u 2, għandhom jipprovduhom f’dokument uniku u jagħmlu tali dokument disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħhom. L-ENIM għandu jagħmel il-links għal dawk id-dokumenti disponibbli fuq is-sit web tiegħu.
4. Bil-ħsieb li jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri u tal-merkanzija, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw ma’ xulxin f’konformità mal-Artikolu 56 sabiex jiżguraw konsistenza bejn il-gwida strateġika rispettiva u r-rekwiżiti li jipprovdu skont dan l-Artikolu.
5. Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu, meta xieraq, jagħtu kumpens lill-maniġer tal-infrastruttura li jkun jikkorrispondi għal telf fid-dħul relatat esklużivament mal-konformità mal-gwida strateġika u r-rekwiżiti dwar l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja.
Artikolu 5
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE.
Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(1)
“force majeure” tfisser kwalunkwe avveniment jew sitwazzjoni mhux prevedibbli, inevitabbli jew eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tal-parti kkonċernata operazzjonali li ma tistax tingħeleb b’antiċipazzjoni u diliġenza raġonevoli, ma tistax tissolva b’miżuri li mil-lat tekniku, finanzjarju jew ekonomiku, huma raġonevolment possibbli għall-parti operazzjonali kkonċernata, li effettivament ġrat u li hija oġġettivament verifikabbli u li tagħmilha impossibbli għall-parti kkonċernata operazzjonali li tissodisfa, b’mod temporanju jew permanenti, l-obbligi tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 2012/34/UE jew l-obbligi kuntrattwali;
(2)
“interoperabbiltà” tfisser interoperabbiltà kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);
(3)
“parti kkonċernata operazzjonali” tfisser applikant, impriża ferrovjarja, maniġer tal-infrastruttura, awtorità kompetenti kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), operatur ta’ faċilità tas-servizzi jew kwalunkwe entità oħra involuta direttament fl-operat ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju;
(4)
“Koordinatur Ewropew” tfisser Koordinatur deżinjat skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16);
(5)
“Kurituri Ewropej tat-Trasport” tfisser il-kurituri msemmija fl-Artikoli 7 u 11 tar-Regolament (UE) 2024/1679 u fl-Anness III tiegħu;
(6)
“ftehim qafas” tfisser ftehim ġenerali legalment vinkolanti skont id-dritt pubbliku jew privat, li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ta’ applikant u tal-maniġer tal-infrastruttura fir-rigward tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja li trid tiġi allokata u tal-imposti li jridu jitħallsu tul perjodu itwal minn perjodu wieħed ta’ skeda operatorja;
(7)
“allokazzjoni simultanja tal-kapaċità” tfisser proċess li bih il-maniġers tal-infrastruttura jallokaw il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja bi tweġiba għal sett ta’ talbiet għall-kapaċità li jaslu sa skadenza partikolari u permezz tal-koordinazzjoni ta’ dawn it-talbiet biex ikun żgurat l-aħjar użu possibbli tal-infrastruttura ferrovjarja u l-eqreb tqabbil possibbli mat-talbiet;
(8)
“il-prinċipju ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” tfisser prinċipju għall-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja fejn il-prijorità fil-proċess tal-allokazzjoni tingħata skont l-ordni kronoloġiku tat-talbiet għall-kapaċità;
(9)
“mogħdija ferrovjarja” tfisser il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja meħtieġa biex ferrovija taħdem bejn żewġ postijiet f’perjodu partikolari, li tkun deskritta bħala rotta eżatta bil-ħin għal dik il-ferrovija, inkluż l-oriġini u d-destinazzjoni, ħin u jum tad-dħul, u ħin u jum tal-ħruġ, inkluż il-ħin ta’ kull waqfa u t-tluq relatati;
(10)
“speċifikazzjoni tal-kapaċità” tfisser dritt tal-kapaċità li jispeċifika l-karatteristiċi kummerċjali u operazzjonali tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja rilevanti għall-applikant ikkonċernat u li jipprovdi informazzjoni biżżejjed lill-maniġer tal-infrastruttura biex iħejji mogħdijiet ferrovjarji speċifiċi li jirrispettaw dawk il-karatteristiċi;
(11)
“servizz ferrovjarju f’diversi networks” tfisser servizz tat-trasport ferrovjarju, tal-merkanzija jew tal-passiġġieri, domestiku jew internazzjonali, li jitħaddem f’żewġ networks jew aktar immaniġġati minn maniġers tal-infrastruttura differenti; il-ferrovija tista’ tingħaqad u/jew tinqasam u s-sezzjonijiet differenti jista’ jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti;
(12)
“dritt tal-kapaċità f’diversi networks” tfisser l-intier tad-drittijiet tal-kapaċità li jippermettu l-forniment ta’ servizz ferrovjarju f’diversi networks;
(13)
“tqassim tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja” tfisser l-assenjar ta’ ishma mill-kapaċità totali disponibbli ta’ element infrastruttura ferrovjarja għal tipi differenti ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju u għal restrizzjonijiet tal-kapaċità li jirriżultaw minn xogħol infrastrutturali ferrovjarju;
(14)
“skeda operatorja” tfisser id-data aġġornata kontinwament li tiddefinixxi l-movimenti ferrovjarji u tal-vetturi ferrovjarji ppjanati kollha li ser isiru fuq l-infrastruttura ferrovjarja rilevanti, kif espressi mid-drittijiet tal-kapaċità allokata tul perjodu tal-iskeda operatorja;
(15)
“perjodu tal-iskeda operatorja” tfisser il-perjodu taż-żmien li matulu tkun valida skeda operatorja partikolari;
(16)
“xogħol infrastrutturali ferrovjarju” tfisser intervent fuq l-infrastruttura ferrovjarja għall-fini ta’ żvilupp, manutenzjoni, tiġdid jew aġġornament tal-infrastruttura ferrovjarja kif definit fl-Artikolu 3, il-punti (2a), (2c), (2d) u (2e), rispettivament, tad-Direttiva 2012/34/UE;
(17)
“korp regolatorju” tfisser il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE;
(18)
“inċident” tfisser kwalunkwe okkorrenza, jew serje ta’ okkorrenzi li jkollhom l-istess oriġini, li tikkawża tfixkil fit-traffiku ferrovjarju;
(19)
“sezzjonijiet u nodi” tfisser rappreżentazzjoni tan-network ferrovjarju fil-forma ta’ graff magħmula minn nodi konnessi minn sezzjonijiet li tkun strutturata b’mod li jippermetti li jitqiesu karatteristiċi rilevanti tal-provvista tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u tad-domanda għaliha, b’mod partikolari għall-fini tal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità;
(20)
“disinn speċifiku tal-iskeda tal-ħinijiet” tfisser mod partikolari kif jiġu rranġati l-mogħdijiet ferrovjarji fi skeda tal-ħinijiet, inkluż għat-traffiku f’diversi networks, bil-ħsieb li jintlaħqu objettivi ta’ politika partikolari;
(21)
“trasport eċċezzjonali” tfisser trasport eċċezzjonali kif definit fl-Appendiċi J tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 (17);
(22)
“skeda tal-ħinijiet b’intervalli regolari” tfisser disinn speċifiku tal-iskeda tal-ħinijiet immirat lejn ir-replikazzjoni tas-servizzi ferrovjarji b’intervalli regolari u konsistenti u l-kombinazzjoni ta’ mogħdijiet fuq is-sezzjonijiet u n-nodi ta’ network, jew parti minn network, filwaqt li jitqiesu, fejn rilevanti, il-konnessjonijiet u l-ħinijiet tat-trasferiment bejn is-servizzi;
(23)
“element tal-infrastruttura ferrovjarja” tfisser porzjon tal-binarji tan-network li jiġi identifikat mill-maniġer tal-infrastruttura għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-Regolament;
(24)
“restrizzjoni tal-kapaċità” tfisser tnaqqis fil-kapaċità, jew tnaqqis fil-prestazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja taħt il-valuri tad-disinn tagħha, għal raġunijiet fil-kontroll tal-maniġer tal-infrastruttura jew lil hinn minnu, bħal xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji, degradazzjoni tal-assi, jew avvenimenti estremi tat-temp.
KAPITOLU II
Ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja
Taqsima 1
Prinċipji ġenerali għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura Ferrovjarja
Artikolu 6
Ġestjoni tal-kapaċità
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jimmaniġġaw il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja permezz ta’ proċess ta’ ppjanar u allokazzjoni li jkun jinkludi tliet fażijiet:
(a)
ippjanar strateġiku tal-kapaċità ferrovjarja kif imsemmi fit-Taqsima 2;
(b)
skedar u allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja kif imsemmi fit-Taqsima 3;
(c)
adattament u skedar mill-ġdid tal-kapaċità allokata kif imsemmi fit-Taqsima 4.
2. Minbarra l-kontenut imniżżel fl-Anness IV tad-Direttiva 2012/34/UE, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jinkludu fid-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 ta’ dik id-Direttiva:
(a)
taqsima dwar l-infrastruttura ferrovjarja għad-dispożizzjoni tal-impriżi ferrovjarji;
(b)
taqsima dwar il-ġestjoni tal-kapaċità;
(c)
taqsima dwar l-operat, inkluż dwar il-ġestjoni tat-traffiku, il-ġestjoni tat-tfixkil u l-ġestjoni tal-kriżijiet; u
(d)
taqsima dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni, f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
3. It-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kapaċità kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż kemm id-definizzjoni kif ukoll il-valutazzjoni tad-disponibbiltà u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-kapaċità, għandu jkunu funzjoni essenzjali tal-maniġer tal-infrastruttura skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (2f), tad-Direttiva 2012/34/UE. Id-dispożizzjonijiet dwar il-funzjonijiet essenzjali stabbiliti f’dik id-Direttiva għandhom japplikaw għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kapaċità.
Artikolu 7
Qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità
1. Sat-12 ta’ Diċembru 2027 l-ENIM għandu jiżviluppa u jadotta “qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità”, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 u l-Kapitolu II, li jistabbilixxi għodod, metodoloġiji u arranġamenti proċedurali komuni għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u għall-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu bl-akbar reqqa dawk l-għodod, il-metodoloġiji u l-arranġamenti proċedurali komuni għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja.
2. Meta jkunu qed iħejju d-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE u l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu bl-akbar reqqa l-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network għandhom jispjegaw ir-raġuni għal kwalunkwe devjazzjoni mill-għodod, il-metodoloġiji u l-arranġamenti proċedurali komuni stabbiliti fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
3. L-ENIM għandu jippubblika abbozz tal-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità għall-fini tal-konsultazzjoni mal-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea (l-“ERP”) u mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali. L-ERP u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali jistgħu jippreżentaw t-tweġibiet tagħhom għall-konsultazzjoni fi żmien tliet xhur wara il-pubblikazzjoni ta’ dan l-abbozz.
4. L-ENIM għandu jippreżenta l-abbozz finali tal-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità lin-Network Ewropew tal-Korpi Regolatorji Ferrovjarji (l-“ENRRB”) sat-12 ta’ Ġunju 2027. L-ENRRB għandu jippreżenta rakkomandazzjoni lill-ENIM dwar il-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità fi żmien tliet xhur wara li jirċievi l-abbozz imħejji mill-ENIM. L-ENIM għandu jqis din ir-rakkomandazzjoni bl-akbar reqqa meta jadotta l-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
5. Il-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità għandu jinkludi mill-anqas l-elementi elenkati fl-Anness III u għandu jiġi aġġornat meta jkun meħtieġ biex titqies kemm l-esperjenza tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kif ukoll l-attivitajiet tal-ENIM. Meta l-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità jiġi aġġornat, l-ENIM għandu jikkonsulta lill-ERP u lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali, u għandu jippreżenta l-abbozz lill-ENRRB għal rakkomandazzjoni, f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.
6. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu fir-rigward tad-dikjarazzjoni dwar in-network f’konformità mal-Artikolu 56(1) u (2) tad-Direttiva 2012/34/UE, il-korp regolatorju għandu jqis ir-rakkomandazzjoni dwar il-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità adottata mill-ENRRB, f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-indipendenza tal-korpi regolatorji.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa, f’konformità mal-Artikolu 74, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).
Artikolu 8
Applikanti
1. L-applikanti għandhom jagħmlu talbiet għall-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura. Biex jużaw tali kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, l-applikanti li mhumiex impriżi ferrovjarji għandhom jaħtru impriża ferrovjarja. L-impriża ferrovjarja għandha tikkonkludi ftehim mal-maniġer tal-infrastruttura f’konformità mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2012/34/UE. Il-konklużjoni ta’ tali ftehim mill-impriża ferrovjarja hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikanti li jikkonkludu ftehimiet qafas mal-maniġers tal-infrastruttura skont l-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tal-applikanti biex jiżgura li l-aspettattivi leġittimi tiegħu dwar id-dħul futur u l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja jiġu salvagwardati. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu adegwati, trasparenti u nondiskriminatorji. Jistgħu jinkludu biss l-għoti ta’ garanzija finanzjarja li ma taqbiżx livell xieraq li jkun proporzjonali għal-livell mistenni ta’ attività tal-applikant u assigurazzjoni tal-kapaċità li jitħejjew offerti konformi għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu speċifikati fid-dikjarazzjoni dwar in-network f’konformità mal-Anness V, il-punt (2)(c).
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artiklu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).
Artikolu 9
Ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja
1. Il-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja għandhom jiżguraw li l-kapaċità tal-infrastruttura tiġi ġestita fil-fażijiet kollha tal-proċess tal-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2012/34/UE u fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.
2. Meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet dwar il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu l-gwida strateġika u r-rekwiżiti nazzjonali dwar l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja pprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 4 meta l-Istati Membri jkunu pprovdew tali gwida u rekwiżiti. L-ippjanar u l-allokazzjoni tal-kapaċità għandhom isegwu proċeduri ekwi, trasparenti u nondiskriminatorji.
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippjanaw u jallokaw il-kapaċità kemm jista’ jkun possibbli bl-involviment tal-applikanti kkonċernati, filwaqt li jfittxu soluzzjonijiet kompatibbli mal-ħtiġijiet tal-kapaċità u t-talbiet għad-drittijiet tal-kapaċità tal-applikanti, filwaqt li jiżguraw l-użu ottimali ġenerali tal-infrastruttura ferrovjarja fuq in-network ikkonċernat.
Artikolu 10
Informazzjoni dwar il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu lill-applikanti u lill-korpi regolatorji u, fejn xieraq, lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra, informazzjoni preċiża u aġġornata dwar id-disponibbiltà tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja tul il-proċess kollu tal-ġestjoni tal-kapaċità, inkluż waqt il-fażi tal-ippjanar strateġiku msemmija fit-Taqsima 2, waqt il-proċessi tal-iskedar u l-allokazzjoni previsti fit-Taqsima 3 u kull meta jkun hemm bidliet fil-kapaċità allokata kif imsemmi fit-Taqsima 4.
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien kwalunkwe aġġornament fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20 u fl-iskeda operatorja msemmija fl-Artikolu 32.
2. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippublikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artiklu f’konformità mal-Artikolu 66(5).
3. Fuq it-talba tal-applikanti, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 abbażi ta’ speċifikazzjonijiet konkreti tal-ħtiġijiet kummerċjali u operazzjonali (“valutazzjonijiet tal-fattibbiltà”). Għas-servizzi transfruntieri, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jirċievu u jwieġbu dawn it-talbiet f’post uniku u b’operazzjoni waħda jew b’interfaċċa unika.
Artikolu 11
Restrizzjonijiet tal-kapaċità minħabba xogħol infrastrutturali ferrovjarju u infrastruttura ferrovjarja degradata
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7, 7a, 7c u 7e tad-Direttiva 2012/34/UE, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippjanaw ix-xogħol infrastrutturali ferrovjarju f’konformità mal-pjan kummerċjali u mal-programmi tal-investiment u finanzjarji msemmija fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2012/34/UE. Meta l-emendi għal dawk il-programmi wara l-adozzjoni tal-pjan kummerċjali jkunu jaffettwaw jew aktarx jaffettwaw l-ippjanar tax-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jagħti ħarsa ġenerali ta’ dawn l-emendi u l-impatt probabbli tagħhom fid-dikjarazzjoni dwar in-network.
2. Meta jkun qed jippjana x-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaġixxi f’konformità mal-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 3.
B’mod partikolari, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jqis b’mod bilanċjat l-impatt tax-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji fuq il-ġestjoni tal-assi u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu stess, kif ukoll l-istima tal-impatt operazzjonali u finanzjarju fuq l-applikanti kollha kkonċernati.
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-applikanti dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji fil-kuntest tal-mekkaniżmi tal-koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 7e tad-Direttiva 2012/34/UE u, rigward is-servizzi ferrovjarji transfruntieri, f’konformità mal-Artikolu 57 ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippjana, jinforma lill-applikanti u jikkonsultahom dwar restrizzjonijiet tal-kapaċità li jirriżultaw minn xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji biżżejjed minn qabel, b’kunsiderazzjoni tal-istima tal-impatt fuq l-impriżi ferrovjarji. Għal dak il-għan, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jirrispettaw l-iskeda u r-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 3 tal-Anness I.
5. Għar-restrizzjonijiet tal-kapaċità b’impatt maġġuri skont it-tifsira tat-Taqsima 3, il-punt (1), tal-Anness I, l-applikanti jistgħu jitolbu lill-maniġer tal-infrastruttura jipprovdi ppjanar alternattiv għar-restrizzjoni tal-kapaċità bil-ħsieb li tiġi identifikata u magħżula għażla li tqis l-impatt fuq l-applikanti u l-maniġers tal-infrastruttura b’mod bilanċjat. Lil dawk l-applikanti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdilhom ippjanar indikattiv tal-kapaċità alternattiva disponibbli waqt ir-restrizzjoni tal-kapaċità.
L-ippjanar indikattiv għandu jkopri kemm ir-rotta affettwata kif ukoll ir-rotot alternattivi, meta tali rotot alternattivi jeżistu inkluż fuq networks oħra, u għandu jiġi rifless fil-mudell tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 19 u fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20.
6. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu u jtaffu l-impatt tax-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji fuq it-traffiku transfruntier. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkoordinaw f’konformità mal-Artikolu 55 tal-inqas rigward ix-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji kollha fuq il-linji ferrovjarji li jiffurmaw parti mill-Kurituri Ewropej tat-Trasport u kwalunkwe xogħol infrastrutturali ferrovjarju ieħor b’impatt transfruntier sinifikanti.
Il-koordinazzjoni għandha tindirizza b’mod partikolari l-ottimizzazzjoni tal-iskeda tax-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji u l-forniment ta’ kapaċità alternattiva fuq il-linja affettwata u fuq rotot alternattivi kif imsemmi fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu, b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet operazzjonali u kummerċjali tal-applikanti.
7. Anki t-tnaqqis fil-kapaċità jew fil-prestazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja li jkun inqas mill-valuri tad-disinn tagħha u li jiġri minħabba d-degradazzjoni tal-assi, bħat-tnaqqis fil-veloċità permissibbli jew fit-tagħbija fuq il-fus, għandu jitqies bħala restrizzjonijiet tal-kapaċità. Tali restrizzjonijiet tal-kapaċità ma għandhomx iwasslu għal penali skont l-Artikolu 42, għajr jekk dan jikkawża bidla fil-karatteristiċi ta’ dritt tal-kapaċità allokat mhux magħruf mill-applikant fil-mument tal-allokazzjoni u din il-bidla tiġi kkategorizzata bħala sinifikanti, f’konformità mal-Artikolu 41(6). L-obbligi tal-informazzjoni stipulati fl-Artikolu 10 għandhom japplikaw għat-tali restrizzjonijiet tal-kapaċità.
8. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw informazzjoni u jikkonsultaw mal-applikanti dwar ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità temporanji ppjanati, l-impatt tagħhom fuq il-kapaċità disponibbli għal skopijiet kummerċjali u fuq il-kapaċità alternattiva mill-aktar fis possibbli.
9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75 biex temenda t-Taqsima 3 tal-Anness I meta l-elementi stipulati fiha jkunu wrew li mhumiex effettivi jew ikunu wasslu għal diffikultajiet maġġuri fl-implimentazzjoni, jew meta s-settur ikun żviluppa l-aħjar prattiki ġodda u aċċettati b’mod wiesa’, bil-ħsieb li jkompli jitnaqqas l-impatt tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità li jirriżultaw mix-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji fuq it-traffiku ferrovjarju u l-piż amministrattiv għall-maniġers tal-infrastruttura, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet tal-ippjanar, operazzjonali, tekniċi u kummerċjali tal-partijiet ikkonċernati u l-esperjenza u l-opinjonijiet tal-ENIM.
Artikolu 12
Rifjut jew irtirar tad-drittijiet tal-kapaċità għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew sigurtà pubblika
1. Stat Membru jista’ jirrikjedi li l-maniġer tal-infrastruttura jirrifjuta li jagħti, jew li jirtira, id-drittijiet tal-kapaċità lil applikant jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jistabbilixxu li l-għoti ta’ tali drittijiet lil dak l-applikant jinvolvi riskju serju u gravi għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika, inkluż għas-sigurtà u d-difiża nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din għandha tkun debitament ġustifikata u strettament meħtieġa u proporzjonata għall-objettiv segwit.
2. Mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni klassifikata, l-Istati Membri għandhom, fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni ta’ deċiżjoni abbażi tal-paragrafu 1, jinformaw lill-Kummissjoni, lill-korp regolatorju u, fil-każ ta’ drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, lil Stati Membri oħra kkonċernati dwar l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni u dwar ir-raġunijiet għaliha. L-Istati Membri għandhom iwettqu rieżami ta’ kull deċiżjoni ta’ dan it-tip fuq bażi regolari.
3. Meta Stat Membru jqajjem tħassib dwar deċiżjoni adottata minn Stat Membru ieħor abbażi tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoordinaw bejniethom f’konformità mal-Artikolu 56.
4. Fil-każ ta’ drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, Stat Membru kkonċernat jista’ jitlob rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni adottata minn Stat Membru ieħor abbażi tal-paragrafu 1.
Taqsima 2
Ippjanar strateġiku tal-kapaċità
Artikolu 13
Ippjanar strateġiku tal-kapaċità
1. L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità għandu jinkludi l-attivitajiet kollha stipulati fl-Artikoli 14 sa 27.
2. L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità għandu jirriżulta f’din is-sekwenza li ġejja ta’ dokumenti tal-ippjanar li jipprovdu livelli dejjem akbar ta’ dettall dwar il-kapaċità disponibbli:
(a)
l-istrateġija tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 18;
(b)
il-mudell tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 19;
(c)
il-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20.
Il-kontenut ta’ dawk ir-riżultati u l-iskeda għat-tħejjija tagħhom huma stipulati fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I.
Id-dokumenti mħejjija skont l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) għandhom ikunu disponibbli mill-maniġer tal-infrastruttura f’mill-inqas tnejn mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jadottaw id-dokumenti tal-ippjanar bħala bażi għall-fażi li jmiss fil-proċess tal-ippjanar.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75 biex temenda:
(i)
partijiet mill-kontenut dettaljat tal-istrateġija tal-kapaċità, tal-mudell tal-kapaċità u tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità stipulati fit-Taqsima 1 tal-Anness I; u
(ii)
l-iskadenzi stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I,
meta dawk l-elementi jkunu wrew li mhumiex effettivi jew ikunu wasslu għal diffikultajiet maġġuri fl-implimentazzjoni, jew fejn is-settur ferrovjarju jkun żviluppa l-aħjar prattiki ġodda u aċċettati b’mod wiesa’, sabiex tiżgura proċess tal-ippjanar strateġiku effiċjenti u tirrifletti t-tħassib operazzjonali tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-applikanti, filwaqt li tqis l-esperjenza u l-opinjonijiet tal-ENIM, tal-applikanti, tal-korpi regolatorji u tal-ENRRB fl-implimentazzjoni tat-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I.
5. L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità ma għandux jinvolvi l-għoti ta’ drittijiet tal-kapaċità lil applikanti individwali f’konformità mal-Artikolu 28.
Artikolu 14
Rekwiżiti ġenerali għal ippjanar strateġiku tal-kapaċità
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu b’mod ekwu, trasparenti u nondiskriminatorju t-tipi kollha ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju li għalihom huma soġġetti li jirċievu talbiet għall-kapaċità, irrispettivament mill-volum, id-daqs tas-suq downstream, l-istabbiltà bejn skedi tal-ħinijiet konsekuttivi, ir-regolarità jew il-frekwenza f’perjodu partikolari ta’ skeda operatorja.
2. Fl-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, b’mod partikolari fil-mudell tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 19 u fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiddifferenzjaw mill-anqas bejn it-tipi ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju li ġejjin:
(a)
is-servizzi tat-trasport tal-merkanzija;
(b)
is-servizzi interurbani tal-passiġġieri (distanzi twal);
(c)
is-servizzi urbani u reġjonali tal-passiġġieri.
Jekk ikun meħtieġ, fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u bil-ħsieb li tiġi appoġġata l-konsistenza transfruntiera tal-proċess tal-ippjanar strateġiku, l-ENIM, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali u l-ERP, jista’ jħejji lista armonizzata aktar dettaljata li tiddistingwi ulterjorment bejn it-tipi ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju. Dik il-lista għandha tiġi inkluża fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
3. Fl-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, b’mod partikolari fil-mudell tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 19 u fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jindikaw il-kapaċità ppjanata minn qabel adatta għall-forniment tas-servizzi tat-trasport f’diversi networks.
4. L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità għandu jqis ukoll:
(a)
l-istruttura u l-iżviluppi osservati tad-domanda għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, kif identifikati bl-allokazzjoni tal-kapaċità f’perjodi tal-iskeda operatorja preċedenti u permezz tal-monitoraġġ tas-suq imsemmi fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/34/UE;
(b)
l-iżvilupp mistenni fil-ħtiġijiet tat-trasport u fid-domanda li tirriżulta għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, kif identifikat mill-analiżi msemmija fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament;
(c)
il-ħtiġijiet tal-kapaċità mħabbra mill-applikanti u l-kontribut mill-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;
(d)
l-iżvilupp mistenni jew ippjanat tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, b’mod partikolari kif identifikat fl-istrateġija indikattiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2012/34/UE u l-pjan kummerċjali tal-maniġer tal-infrastruttura msemmi fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2012/34/UE;
(e)
ix-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji ppjanati li mistennija jaffettwaw in-network;
(f)
il-karatteristiċi ta’ swieq differenti tat-trasport ferrovjarju, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
(i)
il-veloċità;
(ii)
il-frekwenza;
(iii)
it-tolleranza għal devjazzjonijiet mill-mogħdija ferrovjarja allokata;
(iv)
il-possibbiltà li r-rotta tiddawwar, tiġi skedata mill-ġdid jew sostitwita b’mezzi tat-trasport oħra fil-każ ta’ tfixkil fin-network;
(v)
il-volatilità tad-domanda għat-trasport ferrovjarju u l-ħtieġa konsegwenti li s-servizzi ferrovjarji jiġu ppjanati fuq perjodu taż-żmien differenti.
5. L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità għandu jirrifletti l-kapaċità allokata permezz ta’ ftehimiet qafas u ppjanar rikorrenti.
6. L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità għandu jkopri l-parti tas-sezzjonijiet u n-nodi tan-network ewlieni u estiż tat-TEN-T, kif identifikat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1679. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiddeċiedu li fl-ippjanar strateġiku tal-kapaċità jinkludu sezzjonijiet u nodi oħra tan-network li jiġġestixxu. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu, f’konformità mal-gwida strateġika msemmija fl-Artikolu 4, li l-maniġers tal-infrastruttura għandhom iwettqu ppjanar strateġiku tal-kapaċità fuq sezzjonijiet u nodi oħra tan-network ġestiti minn dawk il-maniġers tal-infrastruttura.
L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità għandu jsir f’livell li jkun dettaljat biżżejjed biex ikun jista’ jsir l-ippjanar tal-kapaċità għan-network. Għal dak il-għan, in-network għandu jiġi rrappreżentat minn sezzjonijiet u nodi biex ikunu jistgħu jitqiesu karatteristiċi rilevanti tad-domanda u l-provvista tal-kapaċità.
L-Istati Membri għandhom jagħtu struzzjonijiet lill-maniġers tal-infrastruttura biex jindikaw dawk is-sezzjonijiet u nodi fir-reġistru tal-infrastruttura msemmi fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
7. Għall-fini tal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom ifasslu mappa strateġika tar-rotot mil-lat ta’ sezzjonijiet u nodi li tiddefinixxi dan li ġej:
(a)
l-ambitu ġeografiku tal-istrateġija tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 18, tal-mudell tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 19 u tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20;
(b)
il-linji alternattivi meqjusa fil-każ ta’ restrizzjonijiet tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 u fil-kuntest tal-ippjanar ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 21.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mappa strateġika tar-rotot tkun disponibbli għall-pubbliku u inkluża fir-reġistru tal-infrastruttura msemmi fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
8. L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità għandu jkopri perjodu li jibda ħames snin qabel il-bidla fl-iskeda operatorja relatata miegħu. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jestendu l-perjodu għal aktar minn ħames snin, b’mod partikolari biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-infrastruttura fil-qafas tal-istrateġija indikattiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2012/34/UE.
9. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jirrieżaminaw u jaġġornaw ir-riżultati tal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, b’kunsiderazzjoni, b’mod partikolari, ta’ dawn li ġejjin:
(a)
l-iżvilupp ta’ infrastruttura ferrovjarja;
(b)
bidliet fid-domanda tas-suq għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, inkluż permezz ta’ tħabbir tal-ħtiġijiet tal-kapaċità;
(c)
ir-riżultati tal-proċessi tal-allokazzjoni stipulati fit-Taqsimiet 3 u 4 ta’ dan il-Kapitolu f’perjodi tal-iskeda operatorja preċedenti, inkluż il-grad tal-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja mill-applikanti;
(d)
l-għarfien mill-ġestjoni tat-traffiku mwettqa f’konformità mal-Kapitolu III;
(e)
ir-riżultat tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-kriżijiet imwettqa f’konformità mal-Kapitolu III;
(f)
ir-riżultati tar-rieżami tal-prestazzjoni f’konformità mal-Kapitolu IV.
10. L-ENIM għandu jiżviluppa linji gwida li jistabbilixxu għodod, metodoloġiji u arranġamenti proċedurali komuni għall-ippjanar strateġiku tal-kapaċità u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
11. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu dawk il-linji gwida fid-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network għandhom jispjegaw ir-raġuni għal kwalunkwe devjazzjoni mill-għodod, metodoloġiji u arranġamenti proċedurali komuni stabbiliti fil-linji gwida.
Artikolu 15
Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar l-ippjanar strateġiku tal-kapaċità
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom, f’konformità mal-Artikolu 7e tad-Direttiva 2012/34/UE, jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha, inkluż dawk li joperaw servizzi ferrovjarji f’diversi networks, dwar l-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, inkluż id-dokumenti tal-ippjanar imsemmija fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-iskeda stabbilita fit-Taqsima 2 tal-Anness I.
2. Għall-fini ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali li joperaw servizzi ferrovjarji f’diversi networks, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkoordinaw bejniethom f’konformità mal-Artikolu 55 u, għal kwistjonijiet Ewropej u transfruntieri, l-Artikolu 57.
Artikolu 16
Koordinazzjoni dwar l-ippjanar strateġiku tal-kapaċità bejn il-maniġers tal-infrastruttura
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkoordinaw, fejn rilevanti l-attivitajiet tagħhom relatati mal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 55.
Il-koordinazzjoni għandha tiżgura b’mod partikolari:
(a)
il-konsistenza tal-ippjanar strateġiku fost in-networks ikkonċernati, b’mod partikolari fir-rigward tal-istrateġija tal-kapaċità, il-mudell tal-kapaċità u l-pjan tal-provvista tal-kapaċità, l-ippjanar tax-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji u l-ippjanar ta’ kontinġenza;
(b)
kunsiderazzjoni xierqa tal-ħtiġijiet tal-kapaċità għas-servizzi ferrovjarji f’diversi networks fl-istrateġija tal-kapaċità, fil-mudell tal-kapaċità u fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità;
(c)
rieżami tal-prestazzjoni tal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità u l-eżiti tiegħu f’konformità mal-Kapitolu IV;
(d)
l-involviment tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali u, fejn rilevanti l-ERP, korpi regolatorji u l-ENRRB, il-Koordinaturi Ewropej u l-awtoritajiet tal-Istati Membri u, fejn meħtieġ, partijiet ikkonċernati oħra.
2. L-applikanti għandu jkollhom id-dritt li jindirizzaw it-tħassib tagħhom dwar id-dokumenti tal-ippjanar imsemmija fl-Artikolu 13(2) lill-ENIM. L-ENIM jista’ jadotta opinjoni jew rakkomandazzjoni dwar dan it-tħassib u għandu jinforma lill-ENRRB.
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu kwalunkwe rakkomandazzjoni adottata mill-ENIM f’konformità mal-paragrafu 2. Meta l-maniġers tal-infrastruttura ma jsegwux ir-rakkomandazzjoni, dawn għandhom jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom fid-dokumenti tal-ippjanar.
4. L-ENRRB għandu jimmonitorja l-proċess tal-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tiegħu. Għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-fehmiet tiegħu fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat xi nuqqas fil-proċess tal-koordinazzjoni.
Artikolu 17
Analiżi tal-iżviluppi mistennija fis-suq tat-trasport
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jimmonitorjaw u janalizzaw regolarment is-swieq tat-trasport biex jinformaw l-istrateġija kummerċjali ġenerali tagħhom, il-ġestjoni tal-kapaċità u ta’ kontinġenza, u d-deċiżjonijiet tal-investiment.
2. Il-koordinatur tan-network għandu jwettaq studju tas-suq tat-trasport b’mod regolari dwar l-iżviluppi tan-network u tas-suq għas-servizzi ferrovjarji transfruntieri. Il-koordinatur tan-network għandu jirrieżamina u jaġġorna l-istudju dwar is-suq tat-trasport kif xieraq, u fi kwalunkwe każ mill-anqas kull ħames snin. Ir-riżultati tal-istudju tas-suq għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
3. L-analiżi tas-suq tat-trasport skont it-tifsira tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-istudju tas-suq imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom b’mod partikolari jipprovdu kontribut għall-ippjanar strateġiku tal-kapaċità kif imsemmi fl-Artikolu 4, għat-tqassim tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja kif imsemmi fl-Artikolu 27 u għall-allokazzjoni tal-kapaċità skont il-mekkaniżmu formali ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 39.
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu l-analiżi tas-suq tat-trasport skont it-tifsira tal-paragrafu 1 u l-istudju tas-suq imsemmi fil-paragrafu 2 sabiex jinformaw l-istrateġija kummerċjali ġenerali tagħhom, il-ġestjoni tal-kapaċità u tal-kontinġenza u d-deċiżjonijiet ta’ investiment.
Artikolu 18
Strateġija tal-kapaċità
1. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jadotta strateġija tal-kapaċità li tistipula l-aspettattivi dwar l-iżviluppi futuri fid-domanda u l-provvista tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u l-viżjoni tagħha dwar kif jiġu akkomodati dawk l-iżviluppi.
L-istrateġija tal-kapaċità għandha sservi bħala bażi għall-komunikazzjoni, il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati operazzjonali.
2. L-istrateġija tal-kapaċità għandu jkun fiha l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima 1 tal-Anness I.
3. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jħejji, jippubblika u, fejn meħtieġ, jaġġorna l-istrateġija tal-kapaċità f’konformità mal-iskeda u l-kontenuti stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I.
Artikolu 19
Mudell tal-kapaċità
1. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi mudell tal-kapaċità li jirfina l-istrateġija tal-kapaċità abbażi tal-eżitu tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali msemmija fl-Artikolu 15 u l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni u koordinazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, inkluż fil-forma tat-tħabbira tal-ħtiġijiet tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 14(4), il-punt (c).
Il-mudell tal-kapaċità għandu jappoġġa kunsiderazzjoni bilanċjata tal-ħtiġijiet tal-kapaċità ta’ segmenti differenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u tal-ħtiġijiet tal-maniġers tal-infrastruttura li jmantnu, iġeddu u jiżviluppaw infrastruttura ferrovjarja, inkluż l-aġġornament tal-infrastruttura ferrovjarja eżistenti u l-bini ta’ infrastruttura ferrovjarja ġdida. Dan għandu jservi ta’ bażi għall-komunikazzjoni, il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni tal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità bejn il-partijiet ikkonċernati operazzjonali.
2. Il-mudell tal-kapaċità għandu jkun fih l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima 1 tal-Anness I. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iħejju u jippubblikaw il-mudell tal-kapaċità għal kull perjodu tal-iskeda operatorja u jaġġornaw il-mudell tal-kapaċità meta jkun meħtieġ f’konformità mal-iskeda stipulata fit-Taqsima 2 tal-Anness I. L-obbligu li jiġi aġġornat il-mudell tal-kapaċità ma għandux japplika jekk il-pjan tal-provvista tal-kapaċità għall-istess perjodu tal-iskeda operatorja jkun ġie ppubblikat.
3. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkollu d-dritt, f’limiti raġonevoli, li jipproponi mudell tal-kapaċità li jkun differenti mill-kontribut riċevut fil-konsultazzjoni mal-applikanti. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistipula l-limiti applikabbli fid-dikjarazzjoni tiegħu dwar in-network. L-ENIM għandu jħejji linji gwida dwar dawk il-limiti u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
4. Meta l-maniġer tal-infrastruttura ma jkunx jista’ jħejji mudell tal-kapaċità fil-limiti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jaqsam il-kapaċità fuq dak l-element tal-infrastruttura ferrovjarja f’konformità mal-Artikolu 27.
5. Meta rilevanti, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkoordinaw f’konformità mal-Artikolu 16 biex jiżguraw li l-eżiti tat-tqassim tal-kapaċità jkunu konsistenti u biex jiżguraw servizzi f’diversi networks bla xkiel.
6. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiddokumentaw u, meta jkun rilevanti, jiġġustifikaw kwalunkwe diverġenza sostanzjali bejn il-mudell tal-kapaċità u l-istrateġija tal-kapaċità fir-rigward tal-istess perjodu tal-iskeda operatorja.
Artikolu 20
Pjan tal-provvista tal-kapaċità
1. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi pjan tal-provvista tal-kapaċità li jirfina l-mudell tal-kapaċità abbażi tal-konsultazzjoni mal-applikanti msemmija fl-Artikolu 15, inkluż fil-forma ta’ tħabbir tal-ħtiġijiet tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 14(4), il-punt (c), u tal-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 16.
Il-pjan tal-provvista tal-kapaċità għandu jipprovdi l-bażi għall-allokazzjoni tal-kapaċità. F’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I, dan għandu jipprovdi informazzjoni komprensiva dwar:
(a)
il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja disponibbli għall-allokazzjoni lill-applikanti;
(b)
il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja li mhix disponibbli għall-allokazzjoni.
Il-pjan tal-provvista tal-kapaċità għandu jkun fih l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima 1 tal-Anness I.
2. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iħejju l-pjan tal-provvista tal-kapaċità f’konformità mar-riżultati tal-proċess tal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità msemmi fl-Artikoli 13 sa 19 u f’konformità mal-iskeda stipulata fit-Taqsima 2 tal-Anness I.
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw il-pjan tal-provvista tal-kapaċità għal kull perjodu tal-iskeda operatorja sa mhux aktar tard mill-iskadenza stipulata fit-Taqsima 2 tal-Anness I u għandhom jaġġornaw dak il-pjan kontinwament sa tmiem il-perjodu tal-iskeda operatorja, li jirreferi għalih. Il-pjan tal-provvista tal-kapaċità għandu jingħata għal kull jum individwali tal-perjodu tal-iskeda operatorja kkonċernat.
4. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiddokumentaw u, meta rilevanti, jiġġustifikaw kwalunkwe diverġenza sostanzjali bejn il-pjan tal-provvista tal-kapaċità u l-mudell tal-kapaċità fir-rigward tal-istess perjodu tal-iskeda operatorja.
5. Fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jindikaw il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja bħala ppjanata minn qabel. Kapaċità ppjanata minn qabel tfisser il-kapaċità li għaliha l-maniġer tal-infrastruttura jiddefinixxi l-karatteristiċi u l-volumi tal-kapaċità disponibbli għat-talbiet mill-applikanti, jistipula regoli għall-allokazzjoni ta’ din il-kapaċità u jistabbilixxi l-proċess li bih tista’ tintalab din il-kapaċità, f’konformità mal-Artikolu 22. Il-karatteristiċi, ir-regoli u l-proċessi tal-allokazzjoni speċifikati għandhom jitqiesu meta tiġi allokata l-kapaċità ppjanata minn qabel.
6. Il-kapaċità ppjanata minn qabel għandha tiġi ppreżentata fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità fil-forma ta’ oġġetti tal-ippjanar tal-kapaċità kif imsemmi fl-Artikolu 22, li jispeċifikaw il-volum u l-karatteristiċi tal-kapaċità u li jkunu relatati mar-regoli u l-proċessi tal-allokazzjoni li bihom din il-kapaċità ssir disponibbli.
7. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkollu d-dritt, f’limiti raġonevoli, li jipproponi pjan tal-provvista tal-kapaċità li jkun differenti mill-kontribut riċevut fil-konsultazzjoni mal-applikanti. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistipula l-limiti applikabbli fid-dikjarazzjoni tiegħu dwar in-network. L-ENIM għandu jħejji linji gwida dwar dawk il-limiti u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
8. Meta l-maniġer tal-infrastruttura ma jkunx jista’ jħejji pjan tal-provvista tal-kapaċità fil-limiti msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jaqsam il-kapaċità fuq dak l-element tal-infrastruttura f’konformità mal-Artikolu 27.
9. Meta rilevanti, il-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja għandhom jikkoordinaw f’konformità mal-Artikolu 16 biex jiżguraw li l-eżiti tat-tqassim tal-kapaċità jkunu konsistenti u jiżguraw servizzi f’diversi networks bla xkiel.
10. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippreżenta l-abbozz tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità lill-korp regolatorju għall-iskrutinju, u mbagħad il-korp regolatorju għandu janalizza dan il-pjan u jista’ jieħu deċiżjoni li tirrikjedi lill-maniġer tal-infrastruttura jemenda l-pjan tal-provvista tal-kapaċità meta l-analiżi tkun ikkonkludiet li dak il-pjan ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, mad-Direttiva 2012/34/UE, jew mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni, f’konformità mal-iskadenzi msemmija fit-Taqsima 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Fejn rilevanti, il-korpi regolatorji għandhom jikkoordinaw ma’ korpi regolatorji oħra.
11. L-ENIM għandu jiżviluppa linji gwida u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità, li jistipulaw dawn li ġejjin:
(a)
il-mezzi għall-pubblikazzjoni tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità, inkluż is-servizzi, l-għodod, il-funzjonijiet u l-interfaċċi diġitali;
(b)
il-proċess għall-konsultazzjoni mal-applikanti dwar il-pjan tal-provvista tal-kapaċità.
Artikolu 21
Ippjanar ta’ kontinġenza
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw proċess kontinwu tal-ippjanar ta’ kontinġenza biex iħejju għal tfixkil fl-operazzjonijiet tan-network u għal sitwazzjonijiet oħra ta’ kriżi li jaffettwaw it-traffiku ferrovjarju.
L-ippjanar ta’ kontinġenza għandu jipprovdi l-bażi għall-ġestjoni tat-traffiku, għall-ġestjoni tat-tfixkil u għall-ġestjoni tal-kriżijiet f’konformità mal-Artikolu 44, biex jippermetti reazzjoni malajr f’sitwazzjonijiet bħal dawn u biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tagħhom fuq it-traffiku ferrovjarju.
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiddokumentaw ir-riżultati tal-ippjanar ta’ kontinġenza tagħhom fi pjan ta’ kontinġenza.
2. L-ippjanar ta’ kontinġenza għandu jinvolvi b’mod partikolari:
(a)
id-deżinjazzjoni ta’ rotot alternattivi, fejn jeżistu tali rotot, inkluż f’networks oħra, biex it-traffiku jkun jista’ jiddawwar f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ elementi tal-infrastruttura ferrovjarja inklużi fin-network ewlieni u dak ewlieni estiż tat-TEN-T, u ta’ kwalunkwe sezzjoni u nodu koperti mid-dokumenti tal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità;
(b)
ippjanar indikattiv tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja disponibbli fir-rotot alternattivi deżinjati f’konformità mal-punt (a) li jipprovdi trasparenza dwar il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja disponibbli f’dawn ir-rotot, li jista’ jintuża fil-każ ta’ inċidenti u, b’mod partikolari, f’każ ta’ tfixkil fin-network f’konformità mal-Artikolu 48;
(c)
l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-ġestjoni tat-traffiku u tal-kriżijiet, inkluż dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura, partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra u partijiet ikkonċernati oħra, bħall-awtoritajiet pubbliċi inkarigati mill-ferroviji jew mis-sigurtà, u mir-rispons ta’ emerġenza, kif ukoll kriterji għall-attivazzjoni ta’ dawn il-proċeduri;
(d)
l-identifikazzjoni u l-elenkar tal-korpi li għandhom jiġu informati fil-każ ta’ inċidenti serji jew tfixkil serju fil-movimenti ferrovjarji;
(e)
kwalunkwe tħejjija oħra meħtieġa għat-twettiq tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet f’konformità mal-Artikolu 44 u mal-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46.
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw il-konsistenza tal-ippjanar ta’ kontinġenza mal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, b’mod partikolari l-istrateġija tal-kapaċità, il-mudell tal-kapaċità, il-pjan tal-provvista tal-kapaċità u mal-ippjanar tax-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji kif imsemmi fl-Artikolu 11.
4. Ir-riżultati tal-ippjanar ta’ kontinġenza, b’mod partikolari d-deżinjazzjoni ta’ rotot alternattivi f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a), u l-ippjanar indikattiv tal-kapaċità fuq rotot alternattivi f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b), għandhom jiġu inklużi fil-mudell tal-kapaċità u fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jintużaw għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet li jaf iħallu impatt fuq it-traffiku transfruntier. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).
Artikolu 22
Kriterji u proċeduri għall-allokazzjoni tal-kapaċità ppjanata minn qabel u għad-definizzjoni ta’ oġġetti tal-ippjanar tal-kapaċità
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw il-kapaċità ppjanata minn qabel inkluża fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20 skont kriterji u proċeduri ekwi, trasparenti u nondiskriminatorji.
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jinkludu dawk il-kriterji u l-proċeduri fid-dikjarazzjoni dwar in-network, filwaqt li jqisu l-qafas komuni msemmi fil-paragrafu 4.
2. Meta jippjanaw minn qabel il-kapaċità biex jipprovdu disinn speċifiku tal-iskeda tal-ħinijiet, il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiġbru flimkien oġġetti tal-ippjanar tal-kapaċità, bħal mogħdijiet ferrovjarji ppjanati minn qabel, f’konformità mal-gwida strateġika msemmija fl-Artikolu 4, fejn tali gwida tiġi pprovduta, u filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tas-suq espressi mill-applikanti.
3. L-oġġetti tal-ippjanar tal-kapaċità għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi u l-proprjetajiet ta’ tipi differenti ta’ kapaċità ppjanata minn qabel, inkluż il-kapaċità disponibbli għat-talbiet mill-applikanti, il-kapaċità riżervata għax-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji u l-kapaċità li diġà ġiet allokata. Dawk il-karatteristiċi u l-proprjetajiet għandhom jinkludu l-aspetti kollha rilevanti għal tipi speċifiċi ta’ kapaċità ppjanata minn qabel, bħar-rotta, il-ħin, il-veloċità minima ggarantita jew meħtieġa, it-tul massimu, il-parametri tekniċi u l-għadd ta’ mogħdijiet inklużi kemm għas-servizzi ta’ merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri.
4. L-ENIM għandu jiżviluppa qafas komuni għall-kriterji u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 u jinkludih fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. Il-qafas komuni għandu jibbilanċja l-benefiċċji li tiġi riżervata kapaċità għal tipi speċifiċi ta’ servizzi ferrovjarji jew proċessi tal-allokazzjoni mal-ħtieġa li tiġi żgurata flessibbiltà biex jiġu akkomodati l-ħtiġijiet tas-suq fl-allokazzjoni tal-kapaċità. Għal dik il-fini, il-qafas komuni għandu jipprevedi l-possibbiltà li jiġu aċċettati talbiet għal drittijiet tal-kapaċità li ma jkunux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità u l-ħtieġa li l-pjan tal-provvista tal-kapaċità jiġi aġġustat kif xieraq.
5. L-ENIM għandu jiżviluppa speċifikazzjonijiet għall-oġġetti tal-ippjanar tal-kapaċità b’format li jinqara mill-bniedem u minn magna. L-ENIM għandu jinkludi dawk l-ispeċifikazzjonijiet fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. Mill-esperjenza tiegħu bl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ENIM għandu jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni dwar emendi possibbli fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-interoperabbiltà kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/797 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dik id-Direttiva, f’konformità mal-Artikolu 66(3) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 23
Infrastruttura ferrovjarja użata ħafna u konġestjonata
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiddikjaraw mingħajr dewmien li element tal-infrastruttura ferrovjarja jew huwa użat ħafna inkella konġestjonat jekk tiġi sodisfatta mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja jkun qabeż il-valuri limitu għall-infrastruttura ferrovjarja użata ħafna jew konġestjonata tul il-perjodi ta’ referenza stipulati fl-Anness II fil-perjodu preċedenti jew attwali tal-iskeda operatorja;
(b)
il-maniġers tal-infrastruttura huma meħtieġa jaqsmu l-kapaċità fl-ippjanar strateġiku tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 19(4) jew l-Artikolu 20(8)
(c)
xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji kbar li jirriżultaw f’restrizzjonijiet tal-kapaċità skedati f’konformità mal-Artikolu 11 ikunu jwasslu biex il-kapaċità ssir użata ħafna jew konġestjonata.
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jivvalutaw l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja abbażi ta’ proċeduri u metodi oġġettivi, trasparenti u xierqa.
2. L-ENIM għandu jiżviluppa metodu komuni dwar l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja. Dak il-metodu għandu jiġi inkluż fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
3. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-perjodu tal-iskeda operatorja u l-element tal-infrastruttura ferrovjarja u l-perjodi ta’ żmien speċifiċi li hija relatata magħhom.
4. It-talbiet individwali kunfliġġenti għall-kapaċità sottomessi għall-allokazzjoni tul il-perjodu tal-iskeda operatorja ma għandhomx ikunu raġuni biex jiġi dikjarat li element infrastrutturali ferrovjarja huwa użat ħafna jew konġestjonat sakemm ma tiġix sodisfatta mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.
5. Meta element tal-infrastruttura ferrovjarja tkun ġiet iddikjarata bħala użata ħafna jew konġestjonata, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jagħmel analiżi tal-kapaċità skont l-Artikolu 24, sakemm ma jkunx twettaq pjan għat-titjib tal-kapaċità, kif previst fl-Artikolu 25, u li jindirizza l-fatturi rilevanti kollha, fil-ħames snin ta’ qabel id-dikjarazzjoni ta’ dak l-element tal-infrastruttura ferrovjarja bħala użata ħafna jew konġestjonata jew ikun diġà qed jiġi implimentat tali pjan.
6. Għall-elementi tal-infrastruttura ferrovjarja dikjarati użati ħafna jew konġestjonati, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jirriżervaw kapaċità fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20, filwaqt li jqisu l-eżitu tal-analiżi tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 24.
7. L-Istati Membri għandhom jagħtu struzzjonijiet lill-maniġers tal-infrastruttura biex jindikaw l-elementi tal-infrastruttura ferrovjarja dikjarati bħala użati ħafna jew konġestjonati fir-reġistru tal-infrastruttura msemmi fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
8. Il-proċeduri u l-kriterji li għandhom jintużaw meta l-infrastruttura tkun konġestjonata għandhom jiġu stipulati fid-dikjarazzjoni dwar in-network u għandhom jirrispettaw kwalunkwe miżura u kriterju adottati f’konformità mal-Artikolu 27.
9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75 biex temenda l-limiti għall-użu tal-kapaċità u l-perjodi ta’ referenza stipulati fl-Anness II meta dawk l-elementi jkunu wrew li mhumiex effettivi jew ikunu wasslu għal diffikultajiet kbar fl-implimentazzjoni, jew fejn is-settur ikun żviluppa l-aħjar prattiki ġodda u aċċettati b’mod wiesa’, sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja użata ħafna u konġestjonata u tirrifletti t-tħassib operazzjonali tal-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja u tal-applikanti, filwaqt li tqis l-esperjenza tal-ENIM, tal-maniġers tal-infrastruttura, tal-applikanti u ta’ partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra, tal-korpi regolatorji u tal-ENRRB fl-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 24
Analiżi tal-kapaċità f’każ ta’ infrastruttura ferrovjarja użata ħafna jew konġestjonata
1. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jwettaq analiżi tal-kapaċità fi żmien sitt xhur mid-dikjarazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja bħala użata ħafna jew konġestjonata, għajr jekk ikun twettaq pjan għat-titjib tal-kapaċità, li jindirizza l-fatturi rilevanti kollha, fil-ħames snin ta’ qabel id-dikjarazzjoni tal-infrastruttura bħala użata ħafna jew konġestjonata, jew ikun diġà qed jiġi implimentat tali pjan.
L-analiżi tal-kapaċità għandha tiddetermina r-restrizzjonijiet tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja li jipprevjenu l-inklużjoni tal-ħtiġijiet tal-kapaċità espressi mill-applikanti fil-mudell tal-kapaċità, jew fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, jew li jipprevjenu li t-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja jiġu ssodisfati kif xieraq.
L-analiżi tal-kapaċità għandha tinkludi wkoll l-ewwel sett indikattiv ta’ miżuri possibbli li għandhom jittieħdu fuq terminu qasir, medju u fit-tul biex tittaffa l-konġestjoni u tiżdied id-disponibbiltà tal-kapaċità.
2. L-analiżi tal-kapaċità għandha tqis il-karatteristiċi tal-infrastruttura ferrovjarja mil-lat ta’ kapaċità, abbiltà u interoperabbiltà tal-infrastruttura ferrovjarja, proċeduri operattivi, in-natura tas-servizzi operattivi differenti u l-effett ta’ dawn il-fatturi kollha fuq il-kapaċità tal-infrastruttura. Il-miżuri li għandhom jitqiesu għandhom jinkludu, b’mod partikolari, is-servizzi ta’ tidwir tar-rotot, inkluż permezz ta’ networks differenti jekk ikun applikabbli, is-servizzi ta’ skedar mill-ġdid, il-bidliet fil-veloċità, l-armonizzazzjoni tal-proċeduri operattivi, u t-titjib fl-infrastruttura ferrovjarja.
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-applikanti dwar l-abbozz tal-analiżi tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 7e tad-Direttiva 2012/34/UE u, jekk l-element tal-infrastruttura ferrovjarja kkonċernat ikun parti minn Kuritur Ewropew tat-Trasport, f’konformità mal-Artikolu 57 ta’ dan ir-Regolament.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jagħmel ir-riżultat tal-analiżi tal-kapaċità disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tiegħu. L-ENIM għandu jagħmel il-links għar-riżultat tal-analiżi tal-kapaċità disponibbli fuq is-sit web tiegħu.
4. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu, fejn rilevanti, ir-riżultati ta’ kull analiżi tal-kapaċità li ssir, inkluż f’networks ikkonċernati oħra, skont dan l-Artikolu fl-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, b’mod partikolari fl-istrateġija tal-kapaċità, fil-mudell tal-kapaċità u fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità.
Ir-riżultati tal-analiżi tal-kapaċità għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mit-tħejjija tal-istrateġija indikattiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2012/34/UE u lill-Koordinatur Ewropew ikkonċernat.
Artikolu 25
Pjan għat-titjib tal-kapaċità
1. Fi żmien sitt xhur mit-tlestija ta’ analiżi tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 24, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi pjan għat-titjib tal-kapaċità għal elementi tal-infrastruttura ferrovjarja ddikjarati bħala konġestjonati, f’konformità mal-Artikolu 23.
Il-pjan għat-titjib tal-kapaċità għandu jidentifika:
(a)
ir-raġunijiet għall-konġestjoni;
(b)
l-iżvilupp probabbli tat-traffiku fil-futur;
(c)
ir-restrizzjonijiet tal-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja;
(d)
l-għażliet u l-ispejjeż għat-titjib tal-kapaċità, inkluż il-miżuri msemmija fl-Artikolu 24(2) u l-bidliet possibbli fl-imposti tal-aċċess.
Abbażi ta’ analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż tal-miżuri possibbli identifikati, il-pjan għat-titjib tal-kapaċità għandu jiddetermina wkoll l-azzjoni li għandha tittieħed biex titjieb il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, inkluż skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri.
2. Il-pjan għat-titjib tal-kapaċità għandu jiġi stabbilit wara konsultazzjoni mal-utenti tal-infrastruttura ferrovjarja konġestjonata rilevanti f’konformità mal-Artikolu 15.
Stat Membru jista’ jiddeċiedi li dak il-pjan għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tiegħu.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis il-pjanijiet għat-titjib tal-kapaċità meta jġedded l-istrateġija indikattiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2012/34/UE.
Il-Koordinatur Ewropew ikkonċernat għandu jqis il-pjan għat-titjib tal-kapaċità fil-pjan ta’ ħidma tiegħu msemmi fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2024/1679.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 42 ta’ dan ir-Regolament, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieqaf jimponi l-imposti għall-infrastruttura ferrovjarja rilevanti skont l-Artikolu 31(4) tad-Direttiva 2012/34/UE f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a)
jekk il-maniġer tal-infrastruttura ma jistabbilixxix pjan għat-titjib tal-kapaċità;
(b)
jekk il-maniġer tal-infrastruttura ma jagħmilx progress fil-miżuri identifikati fil-pjan għat-titjib tal-kapaċità.
5. Minkejja l-paragrafu 4, il-maniġer tal-infrastruttura jista’, soġġett għall-approvazzjoni tal-korp regolatorju, jibqa’ jimponi l-imposti f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a)
jekk il-pjan għat-titjib tal-kapaċità ma jkunx jista’ jitwettaq minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tiegħu;
(b)
jekk l-għażliet disponibbli ma jkunux vijabbli ekonomikament jew finanzjarjament.
Artikolu 26
Infrastruttura ferrovjarja speċjalizzata
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja għandha titqies disponibbli għall-użu tat-tipi kollha ta’ traffiku kompatibbli mar-rotta maħsuba għall-operazzjoni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797 u mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħha.
2. Meta jkun hemm rotot alternattivi xierqa u jekk f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 27 jista’ jintwera li jkun ġustifikat minn perspettiva soċjali, ekonomika u ambjentali li jsir dan, il-maniġer tal-infrastruttura jista’, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, jiddeżinja elementi tal-infrastruttura għall-użu minn tipi speċifikati ta’ traffiku. F’dak il-każ, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jindika d-deżinjazzjoni fid-dokumenti tal-ippjanar imsemmija fl-Artikolu 13(2) u fid-dikjarazzjoni dwar in-network u għandu jirriżerva kapaċità għat-tipi speċifikati ta’ traffiku fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità.
Din id-deżinjazzjoni ma għandhiex tipprevjeni l-użu ta’ din l-infrastruttura ferrovjarja għal tipi oħra ta’ traffiku jekk il-kapaċità tkun disponibbli.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-infrastruttura ferrovjarja deżinjata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tkun indikata fir-reġistru tal-infrastruttura msemmi fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
Artikolu 27
Tqassim tal-kapaċità ta’ infrastruttura ferrovjarja dikjarata bħala użata ħafna jew konġestjonata
1. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaqsam il-kapaċità fuq l-elementi applikabbli tal-infrastruttura ferrovjarja dikjarata bħala użata ħafna jew konġestjonata billi japplika metodoloġija ekwa, trasparenti u mhux diskriminatorja.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi d-dettalji tal-metodoloġija, inkluż il-valuri tal-parametri applikabbli kollha, fid-dikjarazzjoni dwar in-network filwaqt li jqis il-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. Il-valuri tal-parametri definiti mill-maniġer tal-infrastruttura għandhom ikunu soġġetti għal koordinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 7e, il-punt (d), tad-Direttiva 2012/34/UE.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jqis il-ħtieġa ta’ kapaċità għal servizzi ferrovjarji f’diversi networks.
2. Il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinvolvi l-passi li ġejjin:
(a)
tfassil ta’ xenarji alternattivi għat-tqassim tal-kapaċità disponibbli għal tipi differenti ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju, li jinvolvu, meta possibbli, il-provvista ta’ kapaċità alternattiva f’rotot oħra jew ħinijiet alternattivi;
(b)
evalwazzjoni u klassifikazzjoni tax-xenarji msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, filwaqt li jitqiesu l-kriterji operazzjonali, soċjoekonomiċi u ambjentali stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;
(c)
għażla tax-xenarju bl-ogħla klassifikazzjoni skont l-evalwazzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu u emendar tad-definizzjoni tal-mudell tal-kapaċità u tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità kif xieraq.
Il-metodoloġija għandha tippermetti li titqies il-ħtieġa għal servizzi ferrovjarji f’diversi networks fl-intier tagħhom.
3. L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji operazzjonali, soċjoekonomiċi u ambjentali li ġejjin, iżda mhux limitata għalihom, soġġett għad-disponibbiltà tad-data u filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet tekniċi u operazzjonali u l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja:
(a)
l-ispejjeż operattivi għall-operaturi tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u l-impatt ikkawżat fuq il-prezzijiet għall-klijenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju;
(b)
l-ispejjeż relatati mal-ħin għall-klijenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju;
(c)
il-konnettività u l-aċċessibbiltà għan-nies u r-reġjuni moqdija mis-servizzi tat-trasport ferrovjarju, inkluż il-kwalità tal-konnessjonijiet b’mod partikolari f’termini tal-ħinijiet tat-trasferiment u l-frekwenza tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri u tal-merkanzija;
(d)
l-impatti fuq l-ispejjeż esterni tat-trasport, bħall-aċċidenti, l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, il-gassijiet b’effett serra u l-istorbju prodotti mis-servizzi tat-trasport ferrovjarju u mill-alternattivi probabbli tagħhom;
(e)
il-volum ta’ persuni u merkanzija trasportati.
4. L-ENIM għandu jistipula metodoloġija ekwa, trasparenti u nondiskriminatorja u jistabbilixxi l-lista ta’ parametri relatati mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u l-kriterji operazzjonali, soċjoekonomiċi u ambjentali meħtieġa għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Fejn rilevanti, l-ENIM għandu jistipula valuri tal-parametri standard, jew meded ta’ valuri standard. L-ENIM għandu jiżgura li l-valuri tal-parametri jiġu ttestjati u kkalibrati biżżejjed f’kuntest operazzjonali.
L-ENIM għandu jinkludi l-metodoloġija u l-lista tal-parametri u l-valuri standard għall-parametri fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, fejn rilevanti, jaġġusta l-valuri tal-parametri standard biex iqis iċ-ċirkostanzi lokali jew nazzjonali abbażi ta’ approċċi aċċettati u evidenza empirika u, fejn applikabbli, japplika r-rekwiżiti tal-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 4(2), il-punt (d).
Taqsima 3
Skedar u allokazzjoni tal-kapaċità
Artikolu 28
Drittijiet tal-kapaċità
1. L-applikanti jistgħu jippreżentaw talba lill-maniġer tal-infrastruttura, skont il-liġi pubblika jew privata, sabiex jitolbu ftehim li jagħti drittijiet għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja bil-ħlas ta’ imposta kif previst fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2 tad-Direttiva 2012/34/UE.
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw id-dritt għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja lill-applikanti fil-forma ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
speċifikazzjonijiet tal-kapaċità;
(b)
mogħdijiet ferrovjarji.
L-ENIM għandu jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kapaċità u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
2. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom isarrfu d-drittijiet tal-kapaċità allokati fil-forma ta’ speċifikazzjoni tal-kapaċità fi drittijiet tal-kapaċità fil-forma ta’ mogħdija ferrovjarja qabel il-vjaġġ effettiv tal-ferrovija f’konformità mal-iskadenzi stipulati fit-Taqsimiet 4, 5 u 6 tal-Anness I.
3. Id-drittijiet tal-kapaċità fil-forma ta’ mogħdija ferrovjarja jistgħu jingħataw lill-applikanti għal durata massima ta’ perjodu wieħed ta’ skeda operatorja. Id-drittijiet tal-kapaċità fil-forma ta’ speċifikazzjoni tal-kapaċità jistgħu jiġu allokati għal durata li taqbeż perjodu wieħed ta’ skeda operatorja f’konformità mal-Artikoli 33 u 35.
4. Għajr jekk speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-applikanti b’rabta ma’ kull allokazzjoni tal-kapaċità għandhom jiġu stipulati fil-kuntratti jew fil-liġi nazzjonali.
5. Ladarba jiġi allokat għal applikant, dritt tal-kapaċità ma għandux jiġi ttrasferit mir-riċevitur lil xi impriża jew servizz ieħor.
Kwalunkwe forma ta’ trasferiment għandha twassal għall-esklużjoni mill-allokazzjoni ulterjuri tal-kapaċità matul il-perjodu attwali tal-iskeda operatorja u dik sussegwenti.
L-użu tal-kapaċità minn impriża ferrovjarja meta tkun qed twettaq in-negozju ta’ applikant li ma jkunx impriża ferrovjarja ma għandux jitqies bħala trasferiment. Applikant li mhuwiex impriża ferrovjarja għandu jinforma lill-maniġer tal-infrastruttura, mill-inqas għaxart ijiem qabel l-użu tal-kapaċità, dwar liema impriża ferrovjarja ser tuża l-kapaċità. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi evidenza tal-aċċettazzjoni tal-impriża ferrovjarja.
6. Meta applikant ikun beħsiebu jitlob kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja biex jopera servizz għall-passiġġieri fi Stat Membru fejn id-dritt tal-aċċess għal infrastruttura ferrovjarja jkun limitat f’konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2012/34/UE, dan għandu jinforma lill-maniġers tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji kkonċernati mhux anqas minn 18-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda operatorja li magħha tkun relatata t-talba għall-kapaċità. Biex il-korpi regolatorji kkonċernati jkunu jistgħu jivvalutaw l-impatt ekonomiku potenzjali fuq il-kuntratti eżistenti tas-servizz pubbliku, il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li kull awtorità kompetenti li tkun tat servizz ferrovjarju tal-passiġġieri f’dik ir-rotta definita f’kuntratt tas-servizz pubbliku, kull awtorità kompetenti interessata oħra li jkollha d-dritt li tillimita l-aċċess skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2012/34/UE u kull impriża ferrovjarja li twettaq il-kuntratt tas-servizz pubbliku fir-rotta ta’ dak is-servizz tal-passiġġieri tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien żejjed u fi żmien għaxart ijiem.
Artikolu 29
Metodi tal-allokazzjoni tal-kapaċità
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jagħtu drittijiet tal-kapaċità lill-applikanti permezz tal-proċessi tal-allokazzjoni msemmija fl-Artikoli 33 sa 36.
Kull bidla fil-kapaċità allokata għandha titqies ukoll bħala allokazzjoni tal-kapaċità.
2. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja bl-għodod diġitali u s-servizzi diġitali f’konformità mal-Artikolu 66.
3. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jħassar dritt tal-kapaċità jekk, tul perjodu ta’ mill-anqas xahar, ikun intuża inqas mill-kwota limitu, għajr jekk dan ma kien minħabba raġunijiet mhux ekonomiċi lil hinn mill-kontroll tal-applikant. F’każ bħal dan, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lill-korp regolatorju.
L-ENIM għandu jiddefinixxi l-firxiet għall-kwota limitu u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiddefinixxu l-kwota limitu fid-dikjarazzjoni dwar in-network filwaqt li jqisu l-firxiet għall-kwota limitu definiti mill-ENIM.
Il-korp regolatorju għandu jimmonitorja l-applikazzjoni ekwa, trasparenti u nondiskriminatorja tal-obbligi skont dan il-paragrafu u jinvestiga kull ilment li jirċievi.
4. Meta l-maniġer tal-infrastruttura jħassar, f’konformità mal-paragrafu 3, id-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, il-korp regolatorju responsabbli għal dak il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lill-korpi regolatorji rilevanti u lill-ENRRB.
Artikolu 30
Allokazzjoni u koordinazzjoni tad-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks
1. L-applikanti għandu jkollhom id-dritt jitolbu drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, permezz tal-proċessi ta’ allokazzjoni msemmijin fl-Artikoli 33 sa 36, inkluż vjaġġi bir-ritorn sħaħ, u jirċievu tweġibiet għal dawn it-talbiet, permezz ta’ punt ta’ waqfa waħda, stabbilit f’konformità mal-Artikolu 66(5).
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkoordinaw fl-allokazzjoni tal-kapaċità għas-servizzi ferrovjarji f’diversi networks, f’konformità mal-Artikolu 55, b’mod partikolari għas-servizzi ferrovjarji transfruntieri tal-merkanzija u s-servizzi ferrovjarji transfruntieri tal-passiġġieri.
2. B’mod partikolari, il-koordinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura:
(a)
il-ħatra ta’ punt ta’ waqfa waħda inkarigat mill-komunikazzjoni mal-applikant fir-rigward tat-talba għal dritt tal-kapaċità f’diversi networks, li għandu jiġi nnotifikat lill-applikant mingħajr dewmien wara li jirċievi t-talba;
(b)
il-konformità tad-dritt tal-kapaċità f’diversi networks mal-kriterji minimi tal-kwalità mil-lat ta’ konsistenza bejn in-networks u fir-rigward ta’ aspetti bħar-rotot, il-ħinijiet, id-disponibbiltà f’jiem operattivi differenti u l-istatus tal-allokazzjoni;
(c)
il-prestazzjoni konsistenti tal-proċess tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, inkluż b’mod partikolari tal-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 38 u tal-mekkaniżmu formali ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 39;
(d)
il-koordinazzjoni ta’ kull bidla fid-drittijiet allokati tal-kapaċità f’diversi networks f’konformità mat-Taqsima 4 biex tkun żgurata l-integrità tad-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks f’kull ħin;
(e)
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(7), kontrolli rapidi u effiċjenti tal-kompatibbiltà tar-rotot għal trasport eċċezzjonali li jaqsam aktar minn network wieħed għal finijiet militari u ta’ difiża.
Jekk il-maniġers tal-infrastruttura jonqsu milli jaħtru punt ta’ waqfa waħda, l-applikant għandu jagħżel lill-maniġer tal-infrastruttura li għandu jkun responsabbli biex jaġixxi bħala l-punt ta’ waqfa waħda għall-mistoqsijiet relatati mat-talba għall-kapaċità speċifika.
3. Maniġer tal-infrastruttura ma għandux jikkanċella dritt tal-kapaċità f’diversi networks skont l-Artikolu 29(3) mingħajr koordinazzjoni minn qabel, f’konformità mal-Artikolu 55, mal-maniġers tal-infrastruttura l-oħra kkonċernati.
Jekk il-maniġer tal-infrastruttura jħassar, f’konformità mal-Artikolu 29(3), id-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, huwa għandu jinforma lill-korp regolatorju. Dak il-korp regolatorju għandu jinforma lill-korpi regolatorji rilevanti u lill-ENRRB.
4. L-applikazzjonijiet għad-dritt tal-kapaċità f’diversi networks għandhom jiġu ttrattati b’mod ugwali u nondiskriminatorju meta mqabbla mal-applikazzjonijiet għad-dritt tal-kapaċità f’network wieħed.
5. L-ENIM għandu jiddefinixxi l-proċeduri u l-metodi dettaljati biex jippromwovi l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu u r-rekwiżiti minimi tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b) u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
Artikolu 31
Kooperazzjoni fl-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u tal-faċilitajiet ta’ servizz
1. Il-maniġers tal-infrastruttura u l-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizz li qed joffru servizzi li huma meħtieġa għat-tħaddim ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju u li l-faċilitajiet tas-servizz tagħhom huma parti min-network trans-Ewropew tat-trasport kif speċifikat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1679, inkluż dawk li jinsabu fin-nodi urbani definiti fl-Artikolu 3(6) ta’ dak ir-Regolament, għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jiżguraw li l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u l-kapaċità tfil-faċilitajiet ta’ servizz tkun konsistenti.
2. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu lista tal-faċilitajiet ta’ servizz msemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu, f’post wieħed u b’operazzjoni waħda, drittijiet tal-kapaċità fuq l-infrastruttura ferrovjarja u kapaċità fil-faċilitajiet ta’ servizz msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, permezz tal-punt ta’ waqfa waħda stabbilit skont l-Artikolu 66(5).
4. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jidħlu fi ftehim ma’ operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizz oħra għall-provvista konġunta tal-kapaċità.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-maniġers tal-infrastruttura u l-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizz għandhom jikkoordinaw il-kapaċità u għandhom jipprovdu drittijiet tal-kapaċità, inkluż kapaċità fil-faċilità ta’ servizz, li tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-applikant, jew għandhom jagħmlu sforz biex jipprovdu alternattiva vijabbli għall-kapaċità mitluba.
6. L-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizz msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar il-kapaċità disponibbli għall-maniġer tal-infrastruttura b’format diġitali f’konformità mal-Artikolu 66(5). Għandha tiġi pprovduta informazzjoni f’ħin reali kull meta tkun appoġġata mill-għodod diġitali msemmija fl-Artikolu 66(5).
7. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizz li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2177 (18).
Artikolu 32
Skeda operatorja
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw skeda operatorja ġdida qabel il-bidu ta’ kull perjodu tal-iskeda operatorja.
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jibdew iħejju l-iskeda operatorja meta jallokaw il-kapaċità bil-proċess tal-allokazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 34, filwaqt li jqisu d-drittijiet tal-kapaċità allokati bi ftehimiet qafas f’konformità mal-Artikolu 33 u bil-proċess tal-ippjanar rikorrenti msemmi fl-Artikolu 35.
2. Sa tmiem il-perjodu tal-iskeda operatorja, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-iskeda operatorja tkun aġġornata, filwaqt li jqisu l-kapaċità allokata bil-proċess tal-ippjanar rikorrenti msemmi fl-Artikolu 35, il-kapaċità allokata bil-proċess ad hoc imsemmi fl-Artikolu 36, il-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 41, u l-iskedar mill-ġdid fil-kuntest tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet f’konformità mal-Artikolu 43.
Artikolu 33
Allokazzjoni tal-kapaċità permezz ta’ ftehimiet qafas
1. L-applikanti għandu jkollhom id-dritt jitolbu kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja għal perjodu ta’ żmien li jaqbeż perjodu wieħed tal-iskeda operatorja permezz ta’ ftehimiet qafas.
Il-ftehimiet qafas għandhom jispeċifikaw id-drittijiet tal-kapaċità mogħtija fil-forma ta’ speċifikazzjoni tal-kapaċità kif imsemmi fl-Artikolu 28(1), il-punt (a). Dawn ma jistgħux jinkludu drittijiet tal-kapaċità fil-forma ta’ mogħdija ferrovjarja.
L-Istati Membri jistgħu jeżiġu l-approvazzjoni minn qabel tal-ftehimiet qafas mill-korp regolatorju. Fil-każ ta’ ftehimiet qafas li jinvolvu traffiku transfruntier, il-korpi regolatorji rilevanti għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom bejniethom.
2. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jindikaw il-kapaċità li jkunu qed jippjanaw li jirriżervaw għall-allokazzjoni permezz ta’ ftehimiet qafas fid-dokumenti tal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 101, 102 u 106 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-kapaċità riżervata għal ftehimiet qafas f’dawk id-dokumenti tal-ippjanar għandha tiġi allokata mill-maniġer tal-infrastruttura lill-applikanti permezz ta’ tali ftehimiet, soġġett għall-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu. Dan ma għandux jipprevjeni lill-maniġers tal-infrastruttura milli jallokaw il-kapaċità mitluba permezz ta’ ftehimiet qafas f’każijiet fejn tali kapaċità ma tkunx riżervata fid-dokumenti tal-ippjanar, soġġett għall-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
3. Ftehimiet qafas jistgħu jiġu konklużi bejn diversi maniġers tal-infrastruttura u applikant f’każijiet fejn dawn ikopru aktar minn network wieħed.
4. Applikant li jkun parti għal ftehim qafas għandu jitlob lill-maniġer tal-infrastruttura jikkonverti l-ispeċifikazzjonijiet tal-kapaċità inklużi fil-ftehim qafas f’mogħdija ferrovjarja korrispondenti f’konformità ma’ dak il-ftehim. Dik il-konverżjoni għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 28(2).
5. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-ftehimiet qafas ikunu konsistenti ma’ dawn li ġejjin:
(a)
id-dokumenti tal-ippjanar relatati mal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità kif imsemmi fl-Artikolu 13(2);
(b)
il-gwida strateġika, inkluż l-elementi vinkolanti possibbli tagħha, fejn l-Istati Membri jkunu pprovdew tali gwida f’konformità mal-Artikolu 4.
Il-maniġers tal-infrastruttura tal-pajjiżi ġirien għandhom jikkoordinaw l-ippjanar strateġiku tal-kapaċità tagħhom fuq il-kapaċità disponibbli għal ftehimiet qafas transfruntieri.
6. Il-ftehimiet qafas ma għandhomx jipprekludu l-użu tal-infrastruttura rilevanti minn applikanti jew servizzi oħra. Għal dik il-fini, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu l-ishma massimi tal-kapaċità totali li jistgħu jiġu allokati bi ftehimiet qafas u jinkludu dawk l-ishma fid-dikjarazzjoni dwar in-network.
7. Il-ftehimiet qafas għandhom jippermettu l-emendar tat-termini tagħhom biex ikun jista’ jsir użu aħjar tal-infrastruttura ferrovjarja, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 41 u 42. Bidliet oħra fid-drittijiet tal-kapaċità allokati permezz ta’ ftehimiet qafas għandhom ikunu soġġetti għal penali f’konformità mal-Artikolu 42.
8. Il-ftehimiet qafas għandhom, fil-prinċipju, ikopru l-perjodu indikat fit-Taqsima 5 tal-Anness I. Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jaqbel fuq perjodu iqsar jew itwal f’każijiet speċifiċi. Kwalunkwe perjodu itwal mill-perjodu indikat fit-Taqsima 5 tal-Anness I għandu jkun ġustifikat bir-rekwiżit tal-investimenti ddedikati minn parteċipanti ġodda jew min-novità sostanzjali tas-servizz, li jtejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità tas-servizz.
9. Għas-servizzi li jużaw l-infrastruttura ferrovjarja speċjalizzata msemmija fl-Artikolu 26 u li jkunu jeħtieġu investiment sostanzjali u fit-tul, kif debitament ġustifikat mill-applikant, jistgħu jiġu konklużi ftehimiet qafas għal perjodu li ma jaqbiżx 15-il sena. Kull perjodu itwal minn 15-il sena għandu jkun permissibbli biss f’każijiet eċċezzjonali, b’mod partikolari meta jkun hemm investiment kbir u fit-tul, u meta dak l-investiment ikun kopert minn impenji kuntrattwali inkluż bi pjan pluriennali ta’ amortizzament.
10. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jinkludu l-kapaċità allokata bi ftehimiet qafas fil-mudell tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 19 u fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20.
11. Filwaqt li tiġi rispettata l-kunfidenzjalità kummerċjali, in-natura ġenerali ta’ kull ftehim qafas għandha tkun disponibbli għal kull parti interessata.
12. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, tal-awtoritajiet kompetenti, tal-impriżi ferrovjarji, tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-ENRRB, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati rigward il-proċedura u l-kriterji għall-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas, il-forma u l-kontenut ta’ tali ftehimiet biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).
Artikolu 34
Allokazzjoni tal-kapaċità permezz tal-proċess annwali ta’ allokazzjoni
1. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jalloka l-kapaċità b’allokazzjoni simultanja tal-kapaċità, biex sa fejn possibbli jissodisfa t-talbiet kollha għal kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 32(1), soġġett għall-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jqis, sa fejn possibbli, ir-restrizzjonijiet kollha fuq l-applikanti, inkluż l-effett ekonomiku fuq in-negozju tagħhom.
2. F’konformità mal-Artikoli 20 u 22, il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jaċċetta jew jirrifjuta talbiet għal drittijiet tal-kapaċità li ma jkunux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità.
Meta talba ma tkunx konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkollu d-dritt, f’limiti raġonevoli, jipproponi kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja li tkun differenti minn dik li tkun intalbet, u jimmodifika l-pjan tal-provvista tal-kapaċità, jew it-tnejn li huma. F’każijiet bħal dawn, il-maniġer tal-infrastruttura għandu japplika l-kriterji u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 22(1).
Meta jaċċetta talbiet li ma jkunux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkollu l-għan li jżomm il-bilanċ ġenerali bejn l-elementi tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità elenkati fl-Artikolu 20(6) u, f’każ ta’ kunflitt ma’ talbiet oħra, jagħti prijorità lit-talbiet li jkunu konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità, b’mod partikolari l-kapaċità ppjanata minn qabel.
Meta jirrifjuta talbiet li ma jkunux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-applikant ikkonċernat bl-intenzjoni tiegħu li jirrifjuta talba. L-applikant ikkonċernat għandu jkollu d-dritt jippreżenta lment lill-korp regolatorju.
Tal-inqas kull sena, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jinformaw lill-korp regolatorju dwar it-talbiet kollha għall-kapaċità riċevuti li ma kinux jaqblu mal-parametri tal-kapaċità disponibbli kif stipulat fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, irrispettivament minn jekk ikunux ġew aċċettati jew rifjutati. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, il-korp regolatorju jista’ jagħti opinjoni, li tista’ tirrakkomanda lill-maniġer tal-infrastruttura jemenda l-mudell tal-kapaċità.
3. Fil-każ ta’ kunflitt bejn żewġ talbiet jew aktar għal kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu l-ewwel jipprova jsolvi l-kunflitt bil-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 38. Jekk dak il-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti ma jsolvix il-kunflitt tal-kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu japplika l-mekkaniżmu formali ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 39.
4. Id-drittijiet tal-kapaċità mogħtija tul il-proċess tal-allokazzjoni annwali jistgħu jinkludu:
(a)
speċifikazzjonijiet tal-kapaċità.
(b)
mogħdijiet ferrovjarji.
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonvertu d-drittijiet tal-kapaċità mogħtija fil-forma ta’ speċifikazzjonijiet tal-kapaċità f’mogħdijiet ferrovjarji f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Anness I.
5. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonforma mal-iskeda tal-proċess tal-allokazzjoni stipulata fit-Taqsima 4 tal-Anness I.
6. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkunsidra t-talbiet ippreżentati wara l-iskadenza inizjali u qabel l-iskadenza finali stipulata fit-Taqsima 4 tal-Anness I u jalloka l-kapaċità abbażi tal-prinċipju ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.
7. Għat-talbiet sottomessi wara l-iskadenza inizjali li ma jkunux jistgħu jiġu akkomodati bil-kapaċità residwa riżervata għall-iskeda operatorja, jew bil-kapaċità mhux ippjanata disponibbli, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprova joffri alternattivi permezz ta’ itinerarju differenti.
8. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-partijiet interessati dwar l-abbozz tal-iskeda operatorja. Il-partijiet interessati għandhom jinkludu lil dawk kollha li jkunu talbu kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u lill-partijiet l-oħra li jixtiequ jkollhom l-opportunità jikkummentaw dwar kif l-iskeda operatorja tista’ taffettwa l-abbiltà tagħhom li jakkwistaw servizzi ferrovjarji tul il-perjodu tal-iskeda operatorja.
9. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieħu miżuri xierqa biex jittratta kull tħassib espress.
Artikolu 35
Allokazzjoni tal-kapaċità bil-proċess tal-ippjanar rikorrenti
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja bil-proċess tal-ippjanar rikorrenti mill-inqas għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija skont l-iskadenzi stipulati fit-Taqsima 6 tal-Anness I. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jirriżervaw kapaċità għal dak il-fini fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 101, 102 u 106 TFUE, il-kapaċità riżervata għall-ippjanar rikorrenti fid-dokumenti tal-ippjanar għandha tiġi allokata mill-maniġer tal-infrastruttura lill-applikanti permezz tal-proċess tal-ippjanar rikorrenti. Dan ma għandux jipprevjeni lill-maniġers tal-infrastruttura milli jallokaw il-kapaċità mitluba permezz tal-proċess ta’ ippjanar rikorrenti f’każijiet fejn tali kapaċità ma tkunx riżervata fid-dokumenti tal-ippjanar. Il-proċess tal-ippjanar rikorrenti ma għandux jipprekludi l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja rilevanti minn applikanti jew servizzi oħra.
2. Id-drittijiet tal-kapaċità mogħtija bil-proċess tal-ippjanar rikorrenti jistgħu jinkludu:
(a)
il-mogħdijiet ferrovjarji jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-kapaċità għall-jiem operattivi kollha tul il-perjodu tal-iskeda operatorja li jinkludu l-ewwel jum operattiv inkluż fit-talba;
(b)
l-ispeċifikazzjonijiet tal-kapaċità għall-jiem operattivi kollha lil hinn mill-perjodu tal-iskeda operatorja li jinkludu l-ewwel jum inkluż fit-talba għal perjodu massimu speċifikat fit-Taqsima 6 tal-Anness I.
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonvertu d-drittijiet tal-kapaċità mogħtija fil-forma ta’ speċifikazzjonijiet tal-kapaċità f’mogħdijiet ferrovjarji f’konformità mat-Taqsima 6 tal-Anness I.
3. Il-maniġers tal-infrastruttura u l-applikanti jistgħu jiddeċiedu b’mod konġunt li jemendaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-kapaċità mogħtija permezz tal-proċess tal-ippjanar rikorrenti biex jippermettu użu aħjar tal-infrastruttura ferrovjarja. Dawk l-emendi ma għandhomx jitqiesu bħala bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità soġġetti għal penali skont l-Artikolu 42. Bidliet oħra fid-drittijiet tal-kapaċità allokati permezz tal-proċess tal-ippjanar rikorrenti għandhom ikunu soġġetti għal penali f’konformità mal-Artikolu 42.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw il-kapaċità riżervata għall-proċess tal-ippjanar rikorrenti abbażi tal-prinċipju ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.
5. F’konformità mar-regoli u l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 22, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex joffru kapaċità alternattiva għal talbiet tal-ippjanar rikorrenti jekk it-talbiet ma jkunux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità imsemmijafl-Artikolu 20. Jekk ma jkunx possibbli li tiġi offruta alternattiva, il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jirrifjuta li jalloka kapaċità għal dawk it-talbiet inkonsistenti. L-applikant għandu jkollu d-dritt jippreżenta lment lill-korp regolatorju.
6. Il-maniġer tal-infrastruttura, wara notifika lill-korp regolatorju, għandu jirrifjuta talbiet tal-ippjanar rikorrenti, jekk dawk it-talbiet jissodisfaw il-karatteristiċi tal-kapaċità li normalment tiġi allokata bi ftehimiet qafas f’konformità mal-Artikolu 33. Il-korp regolatorju għandu jinforma lill-ENRRB dwar dawn ir-rifjuti u għandu jiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu.
7. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, tal-awtoritajiet kompetenti, tal-impriżi ferrovjarji, tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-ENRRB, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati rigward il-proċess tal-ippjanar rikorrenti biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).
Artikolu 36
Allokazzjoni tal-kapaċità permezz tal-proċess ad hoc
1. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jwieġeb mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ sal-iskadenzi stipulati fit-Taqsima 7 tal-Anness I, it-talbiet ad hoc għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja ppreżentati f’xi ħin waqt il-validità tal-iskeda operatorja. L-informazzjoni dwar il-kapaċità addizzjonali disponibbli għandha tkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 10 għall-applikanti kollha li jixtiequ jużaw din il-kapaċità.
Id-drittijiet tal-kapaċità mogħtija bil-proċess ad hoc għandhom jieħdu l-forma ta’ mogħdijiet ferrovjarji.
2. L-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja bi tweġiba għal talbiet ad hoc għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Artikolu 37
Skedar tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità li jirriżultaw minn xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jaderixxu mal-iskeda u r-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 3 u 8 tal-Anness I meta jiskedaw ix-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
2. Meta jiskedaw xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jillimitaw l-impatt fuq il-kapaċità ppjanata minn qabel inkluża fil-mudell tal-kapaċità jew fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità sa fejn ikun possibbli.
3. Jekk l-iskedar ta’ restrizzjoni tal-kapaċità li tinħoloq minħabba xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji jkun jeħtieġ bidla fi dritt tal-kapaċità allokat skont it-tifsira tal-Artikolu 41, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jipprovdi kapaċità alternattiva lill-applikanti kkonċernati li tippermetti l-impriża ferrovjarja topera is-servizzi kkonċernati.
Għal dik il-fini, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lill-applikanti kollha kkonċernati dwar il-bidla maħsuba fid-drittijiet tal-kapaċità kkonċernati. Huwa għandu joffri drittijiet tal-kapaċità alternattivi lill-applikanti kkonċernati jew jibda jikkoordina mal-applikanti kkonċernati biex jintlaħaq ftehim dwar drittijiet tal-kapaċità alternattivi.
4. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jinkludu r-restrizzjonijiet tal-kapaċità li jinħolqu minħabba xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji, malli dawn jiġu skedati fil-mudell tal-kapaċità jew fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, irrispettivament minn meta jkunu ġew skedati.
5. Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jidderoga mill-iskadenzi stabbiliti fit-Taqsima 3, it-Tabella 1 tal-Anness I, u r-rekwiżit li jiġu inklużi restrizzjonijiet tal-kapaċità b’impatt għoli jew kbir fil-mudell tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 19 fil-każijiet li ġejjin:
(a)
ikun hemm evidenza li, minħabba avvenimenti mhux previsti, ir-restrizzjoni tal-kapaċità tkun meħtieġa biex jiġu stabbiliti mill-ġdid operazzjonijiet ferrovjarji sikuri;
(b)
il-ħin tar-restrizzjonijiet ma jkunx fil-kontroll tal-maniġer tal-infrastruttura, tal-kuntratturi tiegħu jew ta’ operaturi oħra li jaġixxu f’ismu; jew
(c)
jekk il-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha jaqblu.
F’dawk il-każijiet, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-applikanti u lill-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizz ikkonċernati minnufih u jżommhom infurmati f’intervalli regolari dwar il-progress lejn l-istabbiliment mill-ġdid tal-operazzjonijiet normali.
Ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità li jimplikaw bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità wara l-allokazzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 41 u fit-Taqsima 8 tal-Anness I.
Artikolu 38
Mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti u koordinazzjoni tat-talbiet
1. Meta fil-kuntest tal-allokazzjoni simultanja tal-kapaċità jkun hemm talbiet kunfliġġenti għal kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkoordina dawk it-talbiet biex jipprova jiżgura l-aħjar tqabbil possibbli tar-rekwiżiti kollha,.
2. Meta tinqala’ sitwazzjoni li teħtieġ koordinazzjoni, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprova jakkomoda t-talbiet kollha għal kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja permezz ta’ koordinazzjoni u għandu jkollu d-dritt, f’limiti raġonevoli, li jipproponi kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja differenti minn dik mitluba. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistipula l-limiti applikabbli fid-dikjarazzjoni tiegħu dwar in-network. L-ENIM għandu jħejji linji gwida dwar dawk il-limiti u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
3. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprova, b’konsultazzjoni mal-applikanti kkonċernati, isolvi kull kunflitt. Din il-konsultazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-iżvelar tal-informazzjoni li ġejja fi żmien raġonevoli, mingħajr ħlas u b’format elettroniku:
(a)
id-drittijiet tal-kapaċità mitluba mill-applikanti l-oħra kollha fl-istess rotot;
(b)
id-drittijiet tal-kapaċità allokati fuq bażi preliminari lill-applikanti l-oħra kollha fl-istess rotot;
(c)
id-drittijiet tal-kapaċità alternattivi proposti fuq ir-rotot rilevanti f’konformità mal-paragrafu 2;
(d)
id-dettalji sħaħ tal-kriterji li jkunu qed jintużaw fil-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2) u soġġett għall-qbil tal-applikanti kollha, il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jistabbilixxi kuntatt bejn l-applikanti kollha potenzjalment involuti fir-riżoluzzjoni ta’ kunflitt biex jiffaċilita l-koordinazzjoni tat-talbiet għal kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja.
4. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistipula fid-dikjarazzjoni dwar in-network tiegħu, l-prinċipji li jirregolaw il-koordinazzjoni tat-talbiet għal kapaċità għas-servizzi ferrovjarji.
5. Fejn it-talbiet għal kapaċità ma jistgħux jiġu sodisfatti mingħajr koordinazzjoni, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprova jakkomoda t-talbiet kollha permezz ta’ koordinazzjoni.
6. Fil-każ ta’ talbiet għal kapaċità f’diversi networks, il-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti stipulat fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandu jitħaddem f’konformità mal-Artikolu 55 u għandu jinvolvi lill-koordinatur tan-network.
7. L-ENIM għandu jiżviluppa linji gwida għall-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti għat-talbiet għal kapaċità f’diversi networks u jinkludihom fil-qafas Ewropew tal-ġestjoni tal-kapaċità msemmi.
Artikolu 39
Mekkaniżmu formali ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti
1. Meta l-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 38 ma jsolvix il-kunflitt, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja billi japplikaw metodoloġija ekwa. trasparenti u nondiskriminatorja.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistipula d-dettalji tal-metodoloġija, inkluż il-valuri tal-parametri applikabbli kollha, fid-dikjarazzjoni dwar in-network filwaqt li jqis il-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. Il-valuri tal-parametri definiti mill-maniġer tal-infrastruttura għandhom ikunu soġġetti għal koordinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 7e, il-punt (c), tad-Direttiva 2012/34/UE.
2. Il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinvolvi l-passi li ġejjin:
(a)
tfassil ta’ xenarji alternattivi għat-tqassim tal-kapaċità disponibbli għal tipi differenti ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju, li jinvolvu, meta possibbli, il-provvista ta’ kapaċità alternattiva f’rotot oħra jew ħinijiet alternattivi;
(b)
evalwazzjoni u klassifikazzjoni tax-xenarji msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, filwaqt li jitqiesu l-kriterji soċjoekonomiċi u ambjentali stipulati fil-paragrafu 3;
(c)
għażla tax-xenarju bl-ogħla klassifikazzjoni skont l-evalwazzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu u emendar tad-definizzjoni tal-mudell tal-kapaċità u tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità kif xieraq.
3. L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji operazzjonali, soċjoekonomiċi u ambjentali li ġejjin, iżda mhux limitata għalihom, soġġett għad-disponibbiltà tad-data u filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet tekniċi u operazzjonali u l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja:
(a)
l-ispejjeż operattivi għall-operaturi tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u l-impatt ikkawżat fuq il-prezzijiet għall-klijenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju;
(b)
l-ispejjeż relatati mal-ħin għall-klijenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju;
(c)
il-konnettività u l-aċċessibbiltà għan-nies u r-reġjuni moqdija mis-servizzi tat-trasport ferrovjarju, inkluż il-kwalità tal-konnessjonijiet, b’mod partikolari mil-lat tal-ħinijiet ta’ trasferiment għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri u tal-merkanzija;
(d)
l-impatti fuq l-ispejjeż esterni tat-trasport, bħall-aċċidenti, l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, il-gassijiet b’effett serra u l-istorbju prodotti mis-servizzi tat-trasport ferrovjarju u mill-alternattivi probabbli tagħhom;
(e)
il-volum ta’ persuni u merkanzija trasportati.
4. L-ENIM għandu jistipula metodoloġija ekwa, trasparenti u nondiskriminatorja u jistabbilixxi l-lista ta’ parametri relatati mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u l-kriterji soċjoekonomiċi meħtieġa għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Fejn rilevanti, huwa għandu jistipula valuri tal-parametri standard, jew firxiet ta’ valuri standard. L-ENIM għandu jiżgura li dawn il-valuri tal-parametri jiġu ttestjati u kkalibrati biżżejjed f’kuntest operazzjonali.
L-ENIM għandu jinkludi l-metodoloġija, il-lista tal-parametri u l-valuri standard għall-parametri fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, fejn rilevanti, jaġġusta l-valuri tal-parametri standard biex iqis iċ-ċirkostanzi lokali jew nazzjonali abbażi ta’ approċċi aċċettati u evidenza empirika u, fejn applikabbli, isegwi r-rekwiżiti tal-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 4(2), il-punt (d).
5. Fil-kuntest tal-mekkaniżmu formali ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti, it-talbiet għad-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks għandhom jitqiesu fl-intier tagħhom. Jekk, f’konformità mal-paragrafu 4, ikunu japplikaw parametri nazzjonali differenti, dawk il-parametri għandhom jintużaw għas-sezzjonijiet rispettivi.
6. Fil-każ ta’ talbiet kunfliġġenti għal kapaċità li jinvolvu servizzi ferrovjarji b’karatteristiċi u profil soċjoekonomiku simili, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jassenja l-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja abbażi ta’ rkant jew b’mod li jagħti aċċess lill-ikbar numru ta’ applikanti. Dan il-metodu tal-aħħar għandu jiġi applikat soġġett għall-approvazzjoni tal-korp regolatorju.
Artikolu 40
Skeda għall-proċessi tal-allokazzjoni tal-kapaċità
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 33 sa 36, il-maniġer tal-infrastruttura u l-applikanti għandhom jikkonformaw mal-iskeda tal-proċessi tal-allokazzjoni tal-kapaċità stipulata fit-Taqsimiet 4 sa 7 tal-Anness I.
2. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiddeċiedu perjodi ta’ żmien u skadenzi għall-iskeda għall-allokazzjoni tad-drittijiet tal-kapaċità għas-servizzi ferrovjarji internazzjonali li jkunu differenti minn dawk imsemmijin f’dan ir-Regolament u fil-punt 2(b) tal-Anness VI tad-Direttiva 2012/34/UE jekk:
(a)
l-istabbiliment ta’ mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali f’kooperazzjoni mal-maniġers tal-infrastruttura ta’ pajjiżi terzi fuq network li l-gauge tal-binarji tiegħu huwa differenti min-network ferrovjarju ewlieni fl-Unjoni jkollu impatt sinifikanti fuq l-iskeda għall-allokazzjoni tal-kapaċità b’mod ġenerali; jew
(b)
l-istabbiliment ta’ mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali f’kooperazzjoni mal-maniġers tal-infrastruttura ta’ pajjiżi terzi oħra jkollu impatt sinifikanti fuq l-iskeda għall-allokazzjoni tal-kapaċità, sakemm dan ma jkollu l-ebda impatt fuq il-proċessi tal-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ maniġers tal-infrastruttura oħra tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75 biex temenda l-iskadenzi u d-durati stipulati fit-Taqsimiet 4 sa 7 tal-Anness I, u biex taġġusta, fil-limiti tal-qafas stabbiliti fl-Artikoli 33 sa 36, l-istadji importanti u l-perjodi ta’ żmien stipulati fihom, fejn dawk l-elementi wrew li huma ineffettivi jew wasslu għal diffikultajiet kbar fl-implimentazzjoni, b’kont meħud tal-esperjenza tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-applikanti, bl-objettivi li jiġu razzjonalizzati l-proċessi tal-allokazzjoni tal-kapaċità, li jiġi żgurat proċess ta’ allokazzjoni effiċjenti u li jiġu indirizzati l-interessi tal-ippjanar, operazzjonali, tekniċi u kummerċjali tal-partijiet ikkonċernati relatati mal-iskedar u l-allokazzjoni tal-kapaċità.
Taqsima 4
Adattament u skedar mill-ġdid
Artikolu 41
Bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità wara l-allokazzjoni
1. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jibdlu d-drittijiet tal-kapaċità allokati lil applikant b’inizjattiva tagħhom stess biss f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-applikanti jistgħu jitolbu bidliet fil-kapaċità allokata fi kwalunkwe mument.
Fil-każ ta’ bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità allokati, għandu japplika l-Artikolu 42 u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom, mingħajr dewmien, jaġġornaw l-iskeda operatorja msemmija fl-Artikolu 32.
2. Wara l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jillimitaw kemm jista’ jkun il-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità, f’konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 2(4). Bl-istess mod, l-applikanti għandhom jillimitaw kemm jista’ jkun it-talbiet tagħhom għal bidliet f’tali drittijiet tal-kapaċità.
3. Il-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità għandhom jinkludu każijiet meta l-maniġer tal-infrastruttura ma jkunx jista’ jippermetti lill-ferrovija taħdem f’konformità mad-dritt tal-kapaċità allokat u jkollu biżżejjed ħin biex joffri dritt alternattiv tal-kapaċità lill-applikant wara li jkun informa lill-applikant dwar il-ħtieġa li ssir il-bidla.
4. Kanċellazzjoni tad-drittijiet tal-kapaċità għandha wkoll titqies bħala tip speċifiku ta’ bidla.
5. Fil-każ ta’ bidliet għad-drittijiet tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu japplikaw skadenzi iqsar għall-allokazzjoni ta’ tali drittijiet imqabbla mal-iskadenzi indikati fit-Taqsima 8 tal-Anness I. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin meħtieġ biex tinbena mogħdija ferrovjarja fid-dikjarazzjoni dwar in-network.
6. Ir-regoli u l-proċeduri li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ bidla fi dritt tal-kapaċità għandhom iqisu l-impatt tal-bidla fid-dritt tal-kapaċità mil-lat operazzjonali u kummerċjali. Għal dik il-fini, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkategorizzaw il-bidliet abbażi tal-impatt tagħhom u jidentifikaw il-kategorija ta’ bidliet li jkollhom impatt sinifikanti, filwaqt li jqisu l-proċeduri adottati mill-ENIM abbażi tal-paragrafu 10.
7. Fil-każ ta’ bidla fi dritt tal-kapaċità f’diversi networks, il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jiżguraw konsistenza bejn id-drittijiet tal-kapaċità tul il-vjaġġ tal-ferrovija kollu.
Kanċellazzjoni minħabba force majeure f’network wieħed għandha titqies li hija kanċellazzjoni minħabba force majeure għad-dritt tal-kapaċità tul ir-rotta kollha koperta minnu.
Il-maniġer tal-infrastruttura li jagħmel bidla fi dritt tal-kapaċità f’diversi networks għandu jikkoordina u għandu jkun responsabbli għall-proċess tal-allokazzjoni ta’ dritt alternattiv tal-kapaċità f’diversi networks mal-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati l-oħra u għandu jinforma lill-applikant u lill-partijiet kollha kkonċernati dwar l-eżitu tal-koordinazzjoni. Dak l-eżitu għandu jkun jew l-allokazzjoni ta’ dritt alternattiv tal-kapaċità f’diversi networks jew l-informazzjoni li ma hemm l-ebda dritt alternattiv tal-kapaċità disponibbli.
8. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, in-nuqqas ta’ użu mill-impriżi ferrovjarji ta’ dritt tal-kapaċità allokat għandu jitqies ekwivalenti għal kanċellazzjoni fil-jum tal-vjaġġ tal-ferrovija kkonċernat.
9. Meta maniġer tal-infrastruttura jibdel dritt tal-kapaċità allokat, dan għandu jinforma lill-applikant u lill-impriża ferrovjarja kkonċernata mingħajr dewmien.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu joffri drittijiet alternattivi tal-kapaċità lill-applikant sal-iskadenzi stipulati fit-Taqsima 8 tal-Anness I. Meta dan ma jkunx possibbli, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jagħti informazzjoni rilevanti lill-applikant biex ikun jista’ jagħmel talba ġdida għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja. Meta rilevanti, dik l-informazzjoni għandha tagħmel referenza għall-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20 u għall-ippjanar ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 21.
10. L-ENIM għandu jħejji u jadotta proċeduri uniformi għall-ġestjoni tal-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità wara l-allokazzjoni u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
Dawk il-proċeduri għandhom jistabbilixxu kriterji biex jiddifferenzjaw bejn bidliet skont l-impatt tagħhom mil-lat kummerċjali u operazzjonali, inkluż kriterji biex jikkategorizzaw bidliet bħala li għandhom impatt sinifikanti.
Sabiex bidla tiġi kkategorizzata bħala li għandha impatt sinifikanti, l-ENIM għandu jqis, fost fatturi oħra, il-kapaċità li l-impriża ferrovjarja twettaq is-servizz f’konformità mal-obbligi kuntrattwali tagħha, id-dewmien fit-tluq jew il-bidliet fir-rotta li jikkaġunaw żieda fid-distanza, fil-ħin tal-ivvjaġġar, fl-imposti tal-aċċess għall-binarji jew fi spejjeż relatati oħra, kif ukoll il-limiti għal dawn il-bidliet.
11. Sat-12 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75 biex temenda t-Taqsima 8 tal-Anness I biex tiżgura proċessi effiċjenti ta’ adattament u ta’ skedar mill-ġdid filwaqt li tqis il-kunsiderazzjonijiet tal-ippjanar, operazzjonali, tekniċi u kummerċjali tal-partijiet ikkonċernati. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ twieqi ta’ skedar mill-ġdid għal xogħlijiet iżgħar mhux ikkategorizzati bħala li għandhom impatt kbir, elevat jew medju u tqis ukoll l-esperjenza tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-applikanti.
Artikolu 42
Penali għal bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità
1. Meta l-maniġer tal-infrastruttura jew applikant ma jissodisfax l-impenji tiegħu fir-rigward ta’ dritt tal-kapaċità allokat u meta dan iwassal għal bidla kkategorizzata bħala sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 41(6), huwa għandu jħallas penali lill-parti l-oħra. Il-penali għandha tkun effettiva, proporzjonata, dissważiva u nondiskriminatorja.
2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun dovuta fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
force majeure;
(b)
meta maniġer tal-infrastruttura jirtira d-drittijiet tal-kapaċità f’konformità mal-miżuri meħuda mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 12;
(c)
meta dritt tal-kapaċità jiġi kkanċellat f’konformità mal-Artikolu 29(3);
(d)
meta jiġu emendati ftehimiet qafas f’konformità mal-Artikolu 33(7);
(e)
fil-każ tal-użu ta’ derogi f’konformità mal-Artikolu 37(5).
3. Il-livell tal-penali għandu jiġi stabbilit bejn livell minimu u massimu, kif determinat fl-Anness IV. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu fid-dikjarazzjoni dwar in-network il-livelli ta’ penali li jridu jħallsu l-maniġer tal-infrastruttura u l-applikant soġġett għall-approvazzjoni mill-korp regolatorju.
4. Il-penali dovuta minn maniġer tal-infrastruttura ma għandhiex tkun differenzjata skont is-segment tas-suq tas-servizz ferrovjarju. Il-penali dovuta minn applikant għandha tkun differenzjata skont is-segment tas-suq tas-servizz ferrovjarju.
5. Il-penali tista’ tiġi modulata b’fattur li jvarja minn 0,1 sa 2, skont l-impatt tal-bidla u f’konformità mal-kriterji li ġejjin:
(a)
iż-żmien tan-notifika tal-bidla;
(b)
meta l-bidla tkun ikkawżata mill-maniġer tal-infrastruttura u tkun teżisti kapaċità alternattiva, il-kwalità tal-kapaċità alternattiva; jew
(c)
meta l-bidla tkun ikkawżata mill-applikant, jekk il-kapaċità tistax tiġi allokata mill-ġdid u użata minn applikant ieħor.
Il-modulazzjoni massima tista’ tiġi applikata biss f’sitwazzjonijiet meta d-dritt tal-kapaċità jiġi kkanċellat.
6. Abbażi tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 5, l-ENIM għandu jiżviluppa linji gwida għall-applikazzjoni tal-modulazzjoni u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiddeċiedi dwar il-livelli ta’ modulazzjoni abbażi ta’ dawk il-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu.
7. Wara approvazzjoni mill-korp regolatorju, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi fid-dikjarazzjoni dwar in-network il-livelli ta’ modulazzjoni li għandhom jiġu applikati lill-penali dovuti mill-maniġer tal-infrastruttura u mill-applikant, dment li jkun hemm l-approvazzjoni tal-korp regolatorju.
8. Fil-każ ta’ dritt tal-kapaċità f’diversi networks, il-penali totali għandha tiġi kkalkulata billi l-ammont tal-penali, inkluż il-modulazzjoni, jiżdied f’kull wieħed min-networks, billi jitqies li:
(a)
l-obbligu li titħallas il-penali lill-applikant għandu japplika għall-maniġer tal-infrastruttura li jkun responsabbli għall-bidla fid-dritt tal-kapaċità, filwaqt li jitqies id-dritt tal-kapaċità fl-intier tiegħu; il-penali dovuta mill-maniġer tal-infrastruttura għandha tkun daqs tliet darbiet il-livell tal-penali dovuta fin-network tiegħu stess iżda mhux aktar mis-somma tal-penali għad-dritt kollu tal-kapaċità;
(b)
l-obbligu li titħallas il-penali lill-maniġers tal-infrastruttura għandu japplika għall-applikant li jkun talab il-bidla, filwaqt li jitqies id-dritt tal-kapaċità fl-intier tiegħu; il-penali għandha titħallas lill-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati, skont il-parti korrispondenti tagħhom fid-dritt tal-kapaċità f’diversi networks.
9. Maniġer tal-infrastruttura jew applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju kkonċernat dwar il-bidla ta’ dritt tal-kapaċità jew il-ħlas ta’ penali. Il-korp regolatorju għandu jieħu deċiżjoni mingħajr dewmien, mhux aktar tard minn xahar wara l-ġbir tal-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivvaluta l-kawża tal-bidla.
10. Fil-każ ta’ dritt tal-kapaċità f’network wieħed, għandu jiddeċiedi fuq l-appell il-korp regolatorju tal-Istati Membri tad-dritt tal-kapaċità.
Fil-każ ta’ drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, għandu jiddeċiedi fuq l-appell il-korp regolatorju responsabbli għall-maniġer tal-infrastruttura li jaġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt skont l-Artikolu 30.
Il-korpi regolatorji għandhom jinformaw lill-ENRRB u jistgħu jikkonsultaw miegħu dwar dawn id-deċiżjonijiet. Meta jiġi kkonsultat, l-ENRRB għandu jagħti pariri lill-korpi regolatorji bl-għan li jiżgura li tali deċiżjonijiet ikunu konsistenti u bbażati fuq prinċipji rikonoxxuti b’mod komuni.
11. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75 biex temenda l-Anness IV bil-ħsieb li tadatta l-livelli minimi u massimi tal-penali għar-rata tal-inflazzjoni. Ir-rieżami tal-livell tal-penali għandu jsir kull sentejn b’referenza għar-rata tal-inflazzjoni kif imkejla permezz tal-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat. L-ewwel rieżami tal-livell tal-penali għandha ssir fl-2033.
Artikolu 43
Skedar mill-ġdid fil-kuntest tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet
1. Fil-każ ta’ tfixkil fin-network kif imsemmi fl-Artikolu 48 jew ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 49, il-maniġer jew il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex jiskedaw mill-ġdid it-traffiku affettwat mit-tfixkil. Għal dik il-fini, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, filwaqt li jqisu l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 2, abbażi tal-pjanijiet ta’ kontinġenza mħejjija f’konformità mal-Artikolu 21 u b’koordinazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali u, meta rilevanti, ma’ partijiet ikkonċernati oħra.
2. L-ENIM għandu jiżviluppa u jadotta linji gwida għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja fil-każ ta’ tfixkil fin-network kif imsemmi fl-Artikolu 48 u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet. B’mod partikolari, l-ENIM għandu jiżviluppa linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-ġestjoni tat-tfixkil u l-prinċipju ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Meta tkun tapplika l-ġestjoni tat-tfixkil, l-ENIM għandu jiżviluppa linji gwida dwar il-proċeduri li għandhom jiġu applikati, u jinvolvi kif xieraq l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 38 u tal-mekkaniżmu formali tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 39. L-ENIM għandu jinkludi dawk il-linji gwida fil-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet kif imsemmi fl-Artikolu 46.
3. Il-maniġers tal-infrastruttura u l-applikanti jistgħu jikkonkludu, fuq bażi volontarja, ftehimiet li jipprevedu s-sostituzzjoni ta’ ċerti drittijiet tal-kapaċità fil-każ ta’ tfixkil fin-network kif imsemmi fl-Artikolu 48. Tali ftehimiet għandhom jiġu elenkati fil-pjani ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 21.
4. Meta tfixkil fin-network kif imsemmi fl-Artikolu 48 jaffettwa t-traffiku fuq aktar minn network wieħed, il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jikkoordinaw l-allokazzjoni ta’ kapaċità alternattiva f’konformità mal-Artikolu 55 u jqisu l-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46.
KAPITOLU III
Ġestjoni tat-traffiku, tat-tfixkil u tal-kriżijiet
Artikolu 44
Ġestjoni tat-traffiku, ġestjoni tat-tfixkil u ġestjoni tal-kriżijiet
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iwettqu ġestjoni tat-traffiku f’konformità ma’ dan ir-Regolament, mad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dik id-Direttiva.
Għal dik il-fini, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iwettqu:
(a)
ġestjoni tat-traffiku waqt kundizzjonijiet operattivi normali li jinvolvu l-ġestjoni tal-inċidenti maħluqa minħabba devjazzjonijiet limitati mill-iskeda operatorja;
(b)
ġestjoni tat-tfixkil biex jiġu indirizzati id-disturbi sinifikanti fl-operazzjonijiet tan-network li jeħtieġu azzjoni konċertata f’konformità mal-Artikolu 48;
(c)
ġestjoni tat-traffiku waqt sitwazzjonijiet ta’ kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 49.
2. Meta jimmaniġġaw it-traffiku, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jaderixxu mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 2.
B’mod partikolari, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom inaqqsu kemm jista’ jkun id-disturbi u l-impatt tagħhom fuq it-traffiku ferrovjarju u għandhom:
(a)
jiżguraw reazzjoni malajr u kkoordinata għad-disturbi, b’mod partikolari fil-każ ta’ tfixkil fin-network u sitwazzjonijiet ta’ kriżi;
(b)
jistabbilizzaw u jottimizzaw it-traffiku ferrovjarju tul il-perjodu kollu tat-tfixkil fin-network u s-sitwazzjonijiet ta’ kriżi;
(c)
jipprovdu informazzjoni rilevanti, eżatta u aġġornata lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali u lil partijiet ikkonċernati oħra, b’mod partikolari lill-awtoritajiet inkarigati mill-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi barra mis-settur ferrovjarju; dik l-informazzjoni għandha tingħata bil-mezzi xierqa, inkluż dawk imsemmija fl-Artikolu 66.
Artikolu 45
Regoli u proċeduri għall-ġestjoni tat-traffiku u għall-ġestjoni tat-tfixkil
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu regoli u proċeduri għall-ġestjoni tad-devjazzjonijiet tal-movimenti ferrovjarji mill-iskeda operatorja. Dawk ir-regoli u l-proċeduri għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE u għandhom ikopru l-ġestjoni tat-traffiku fis-sitwazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 44(1), il-punti (a), (b) u (c) ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-mira tar-regoli u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun li jnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt ġenerali tad-devjazzjonijiet mill-iskeda tal-ħinijiet fuq it-tipi kollha tat-traffiku ferrovjarju, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tat-tipi kollha ta’ trasport. Ir-regoli u l-proċeduri jistgħu jkunu jinvolvu regoli ta’ prijorità għall-ġestjoni bejn it-tipi differenti ta’ traffiku u l-proċeduri, il-kriterji u l-miri speċifiċi li jridu jiġu applikati f’approċċ ibbażat fuq l-ottimizzazzjoni li jistrieħ fuq l-ottimizzazzjoni ta’ xi funzjoni fil-mira, bħat-tnaqqis kemm jista’ jkun possibbli tal-minuti ttardjati jew tal-ħin għar-ritorn għal operazzjonijiet normali, aktar milli regoli ta’ prijorità espliċiti.
3. Fil-każ ta’ tfixkil fil-movimenti ferrovjarji minħabba ħsara teknika jew inċident, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex ireġġa’ lura s-sitwazzjoni għan-normal. Għal dak il-għan, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jimplimenta l-pjan ta’ kontinġenza żviluppat f’konformità mal-Artikolu 21. Jekk disturb ikollu impatt potenzjali fuq it-traffiku transfruntier, il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jikkooperaw flimkien biex jerġgħu jistabbilixxu t-traffiku transfruntier għan-normal f’konformità mal-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet kif imsemmi fl-Artikolu 46.
4. Meta jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu l-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku transfruntier, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network għandhom jispjegaw ir-raġuni għal kull devjazzjoni mir-regoli u l-proċeduri komuni stabbiliti fil-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku transfruntier, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet.
5. F’każ ta’ force majeure u, meta assolutament meħtieġ, meta minħabba xi inċident l-infrastruttura ferrovjarja ma tkunx tista’ tintuża temporanjament, id-drittijiet tal-kapaċità allokati jistgħu jiġu rtirati mingħajr twissija għal kemm ikun meħtieġ biex tissewwa s-sistema filwaqt li fl-istess ħin isir kull sforz biex jiġu pprovduti alternattivi possibbli.
Il-maniġer tal-infrastruttura jista’, jekk jidhirlu li jkun meħtieġ, jeżiġi li l-impriżi ferrovjarji jagħmlulu disponibbli r-riżorsi li jkun jidhirlu li huma l-aktar xierqa biex is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal mill-aktar fis possibbli.
6. Fil-każ ta’ kanċellazzjoni tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iżommu lill-impriżi ferrovjarji informati dwar il-ġestjoni tal-ħin tagħhom, dwar il-progress tat-tiswijiet u dwar alternattivi possibbli għall-kapaċità allokata tagħhom.
7. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi ferrovjarji jinvolvu rwieħhom fl-iżgurar tal-infurzar u tal-monitoraġġ tal-konformità tagħhom stess mal-istandards u r-regoli tas-sikurezza.
Artikolu 46
Qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet
1. Sat-12 ta’ April 2028, l-ENIM għandu jiżviluppa u jadotta qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet f’konformità mal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 44, li jistabbilixxi għodod, metodoloġiji u arranġamenti proċedurali komuni għall-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra, filwaqt li jqis il-ħidma tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea stabbilita skont l-Artikolu 3(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/2085. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu bis-sħiħ dawk l-għodod, il-metodoloġiji u l-arranġamenti proċedurali komuni għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet.
2. Meta jħejju d-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE u l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu bis-sħiħ il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network għandhom jispjegaw ir-raġuni għal kull devjazzjoni mil-linji gwida għall-koordinazzjoni stabbiliti f’dan il-qafas.
3. L-ENIM għandu jippubblika abbozz tal-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet għall-konsultazzjoni tal-ERP u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali. L-ERP u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali jistgħu jippreżentaw t-tweġibiet tagħhom għall-konsultazzjoni fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dak l-abbozz.
4. L-ENIM għandu jippreżenta l-abbozz finali tal-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet lill-ENRRB sat-12 ta’ Ottubru 2027. L-ENRRB għandu jippreżenta rakkomandazzjoni lill-ENIM dwar il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi l-abbozz mill-ENIM. L-ENIM għandu jqis bis-sħiħ din ir-rakkomandazzjoni meta jadotta l-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet.
5. Il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet għandu jinkludi mill-anqas l-elementi elenkati fl-Anness VI u għandu jiġi aġġornat meta jkun meħtieġ biex titqies l-esperjenza tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kif ukoll l-attivitajiet tal-ENIM. Meta l-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet jiġi aġġornat, l-ENIM għandu jikkonsulta lill-ERP u lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali, u għandu jippreżenta abbozz lill-ENRRB għal rakkomandazzjoni, f’konformità mal-paragrafi 3 u 4.
6. Meta jeżerċita s-setgħat tiegħu fir-rigward tad-dikjarazzjoni dwar in-network f’konformità mal-Artikolu 56(1) u (2) tad-Direttiva 2012/34/UE, il-korp regolatorju għandu jqis ir-rakkomandazzjoni dwar il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet adottata mill-ENRRB, f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-indipendenza tal-korpi regolatorji.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa, f’konformità mal-Artikolu 74, li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-Qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet, kif definit fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).
Artikolu 47
Koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkoordinaw il-ġestjoni tat-traffiku f’konformità mal-Artikolu 55 u abbażi tal-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46.
Il-koordinazzjoni għandha tiżgura b’mod partikolari:
(a)
li s-servizzi ferrovjarji internazzjonali joperaw bi tfixkil minimu kemm waqt operazzjonijiet regolari kif ukoll waqt sitwazzjonijiet ta’ disturb;
(b)
li l-isfidi speċifiċi relatati ma’ sezzjonijiet transfruntieri li jinħolqu fost l-oħrajn minħabba interoperabbiltà limitata mil-lat ta’ infrastruttura, tagħmir u operazzjonijiet tekniċi, rekwiżiti lingwistiċi u tat-taħriġ relatati mal-persunal, formalitajiet amministrattivi jew tal-fruntieri jitqiesu kif xieraq;
(c)
skambju effiċjenti ta’ informazzjoni aġġornata u rilevanti bejn il-maniġers tal-infrastruttura, l-applikanti, l-impriżi ferrovjarji u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra, kif ukoll kull struttura rilevanti tal-governanza tal-ġestjoni tal-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni kif xieraq, inkluż f’konformità mal-Artikolu 66.
Artikolu 48
Tfixkil fin-network
1. Meta inċident joħloq jew aktarx joħloq restrizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet tan-network, li jkunu jeħtieġu azzjoni konċertata mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali biex tkun żgurata l-aħjar ġestjoni possibbli tat-traffiku waqt ir-restrizzjonijiet, il-maniġers tal-infrastruttura affettwati għandhom jivvalutaw id-durata u l-impatt probabbli tal-inċident abbażi tal-informazzjoni disponibbli kollha u l-esperjenza preċedenti, filwaqt li jqisu l-metodu msemmi fil-paragrafu 7.
Jekk id-durata u l-impatt stmati probabbli tal-inċident ikunu jissodisfaw il-kriterji għad-dikjarazzjoni ta’ tfixkil fin-network kif stipulat fl-Anness VII, il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jiddikjaraw tfixkil fin-network u jimplimentaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 45.
2. Fejn it-tfixkil fin-network ikollu, jew x’aktarx ikollu, impatt fuq aktar minn network wieħed, il-maniġer tal-infrastruttura ferrovjarja li fuqha jkun seħħ it-tfixkil fin-network għandu jiddikjara tfixkil f’diversi networks u jikkoordina l-azzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 47, waqt li jqis il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46.
3. Meta t-tfixkil fin-network ikollu impatt transfruntier, u jkun qed jirriżulta f’interruzzjoni parzjali jew totali tas-servizzi għal aktar minn 15-il jum, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi rapport tal-inċident lill-koordinatur tan-network malajr kemm jista’ jkun wara d-dikjarazzjoni tat-tfixkil li tkun saret skont il-paragrafu 1 jew 2, u jipprovdi aġġornament kull 30 jum għaż-żmien kollu li jdum it-tfixkil.
Ir-rapport tal-inċident għandu jinkludi informazzjoni dwar il-miżuri operazzjonali kollha meħuda biex jiġu żgurati rotot alternattivi u r-restawr ta’ servizzi regolari.
Il-koordinatur tan-network għandu jippreżenta r-rapport tal-inċident lill-ENIM u lill-Koordinaturi Ewropej rilevanti u, fuq talba, lill-applikanti kkonċernati.
4. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lill-partijiet interessati mill-aktar fis possibbli dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja.
L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-maniġer tal-infrastruttura jagħmel tali informazzjoni disponibbli għall-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2557.
Il-korp regolatorju jista’ jeżiġi li l-maniġer tal-infrastruttura jagħmel din l-informazzjoni disponibbli għalih, jekk ikun jidhirlu li hu meħtieġ.
5. Il-koordinatur tan-network għandu jiġbor l-informazzjoni dwar it-tfixkil fin-network, janalizza r-rispons, jasal għal konklużjonijiet dwar l-effikaċja tal-ġestjoni ta’ tali inċidenti, jikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali, filwaqt li jqis il-linji gwida żviluppati mill-ENIM f’konformità mal-Artikolu 57(2), u jirrapporta lill-ENIM u lill-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni.
6. L-ENIM għandu jqis il-konklużjonijiet tal-koordinatur tan-network dwar it-tfixkil fin-network meta jaġġorna l-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46.
7. L-ENIM għandu jiddefinixxi metodu biex jiġu stmati d-durata probabbli tat-tfixkil fin-network u l-impatt fuq it-traffiku, jiddefinixxi l-kontenut minimu tar-rapport tal-inċident u jipprovdi mudell għar-rapport tal-inċident. L-ENIM għandu jinkludi dak il-metodu, il-kontenut minimu u l-mudell fil-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu dak il-metodu, il-kontenut minimu u l-mudell.
Artikolu 49
Sitwazzjonijiet ta’ kriżi
1. F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew f’każijiet ta’ riskju imminenti ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi li sseħħ b’rabta mas-sikurezza pubblika, l-epidemiji tas-saħħa, id-diżastri naturali jew l-ambjent li għandhom jew li huma mistennija li jkollhom effett kritiku fuq il-provvista jew id-domanda tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw miżuri ta’ emerġenza li jinkludu, b’deroga mir-regoli ta’ dan ir-Regolament u mir-regoli relatati mal-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja stabbiliti fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 3 tad-Direttiva 2012/34/UE:
(a)
it-tneħħija tad-drittijiet tal-kapaċità mingħajr penali f’konformità mal-Artikolu 42;
(b)
prinċipji, regoli u proċeduri alternattivi għall-immaniġġar tal-kapaċità;
(c)
proċeduri alternattivi għall-ġestjoni tat-traffiku;
(d)
l-użu ta’ rotot alternattivi;
(e)
l-emenda tal-pjanijiet tal-provvista tal-kapaċità.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-miżuri ta’ emerġenza jkunu jimxu kemm jista’ jkun mal-prinċipji tal-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku stipulati f’dan ir-Regolament u li jużaw il-pjanijiet eżistenti ta’ kontinġenza mħejjija f’konformità mal-Artikolu 21. Huwa għandu jikkoordina tali miżuri ta’ emerġenza ma’ Stati Membri oħra f’konformità mal-Artikolu 56.
Il-kontenut u d-durata tal-miżuri ta’ emerġenza għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta’ kriżi inkwistjoni.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-ENIM mingħajr dewmien dwar id-deċiżjoni tiegħu li japplika miżuri ta’ emerġenza, u dwar it-tħassir ta’ tali miżuri, u għandu jipprovdi ġustifikazzjoni u deskrizzjoni ta’ dawk il-miżuri u d-durata mistennija tal-applikazzjoni tagħhom. Fejn japplika r-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), l-Istat Membru kkonċernat għandu wkoll jinnotifika lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament iddeżinjat minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament bil-miżuri adottati skont dan l-Artikolu.
3. Il-punti fokali maħtura f’konformità mal-Artikolu 64 ta’ dan ir-Regolament għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-ENIM, lil maniġers tal-infrastruttura oħra, lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2557, u lil partijiet interessati oħra dwar il-miżuri ta’ emerġenza u għandhom jgħinu fil-koordinazzjoni ta’ dawn il-miżuri.
4. Fejn il-miżuri ta’ emerġenza jkollhom impatt sinifikanti fuq it-traffiku transfruntier, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkoordinaw bejniethom f’konformità mal-Artikolu 55, waqt li jqisu l-linji gwida żviluppati mill-ENIM f’konformità mal-Artikolu 57(2). Meta ssir koordinazzjoni bi strutturi ta’ koordinazzjoni ddedikati f’konformità mal-Artikolu 55(2), il-punt (a), il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu involuti.
5. Fuq talba tal-Kummissjoni, f’każ li l-miżuri ta’ emerġenza jkollhom impatt sinifikanti fuq it-traffiku transfruntier, il-korpi regolatorji u l-ENRRB għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-miżuri ta’ emerġenza lill-Kummissjoni sal-iskadenza stabbilita minn din tal-aħħar. Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jeżiġu li Stat Membru jirrevoka l-miżuri ta’ emerġenza, jekk dawn jitqiesu mhux meħtieġa.
6. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata meta meħtieġ jew fuq talba mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha li tintalab mill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ emerġenza sal-iskadenzi stabbiliti minn din tal-aħħar.
7. L-awtoritajiet pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi, inkluż l-aġenziji militari u tal-protezzjoni ċivili, u oħrajn, jistgħu jorganizzaw eżerċizzji li jissimulaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. F’każijiet bħal dawn, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jalloka l-kapaċità kif meħtieġ, inkluż bil-kanċellazzjoni tad-drittijiet tal-kapaċità allokati jekk ikun meħtieġ. L-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati għandhom ikunu soġġetti għal penali għall-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità, skont il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 42.
Artikolu 50
Skambju tal-informazzjoni dwar il-ġestjoni tat-traffiku
1. Il-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha involuti direttament fl-operazzjoni ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju għandu jkollhom id-dritt tal-aċċess għall-informazzjoni stipulat fl-Anness IX dwar dan is-servizz tat-trasport ferrovjarju.
Il-partijiet ikkonċernati jistgħu jużaw l-informazzjoni biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, tad-Direttiva (UE) 2016/797 u tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dik id-Direttiva, għajr jekk speċifikat mod ieħor fi ftehimiet kuntrattwali.
2. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jagħmel l-informazzjoni aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 66.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75 ta’ dan ir-Regolament biex temenda l-Anness IX ta’ dan ir-Regolament biex tiżgura li jirrifletti kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti li jiġu adottati f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797 u filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet tal-ippjanar, operazzjonali, tekniċi u kummerċjali tal-partijiet ikkonċernati.
KAPITOLU IV
Rieżami tal-prestazzjonI
Artikolu 51
Prinċipji ġenerali għar-rieżami tal-prestazzjoni
1. F’konformità mal-Artikolu 7f, il-punt (d) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-ENIM għandu jimmonitorja u jivvaluta l-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja pprovduti mill-maniġers tal-infrastruttura, filwaqt li jqis il-prinċipji ġenerali stipulati fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. Meta rilevanti, l-ENIM għandu jikkoopera mal-Koordinaturi Ewropej, il-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni u l-ENRRB għal dik il-fini.
2. Fil-pjan kummerċjali msemmi fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu l-miri ta’ prestazzjoni tagħhom stess f’konformità mal-kriterji u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 52(5), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jqisu kwalunkwe mira stipulata fil-ftehimiet kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 30(2) ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-miri għandhom jinkludu l-valuri fil-mira stipulati fl-Artikolu 19(1), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2024/1679.
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu u jwettqu proċeduri biex jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni, biex jidentifikaw il-kawżi tan-nuqqasijiet fil-prestazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali u biex ifasslu u jimplimentaw miżuri ta’ rimedju li jtejbu l-prestazzjoni. Dawk il-proċeduri għandhom iqisu l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament.
4. Meta jkunu relatati mal-miri ta’ prestazzjoni tagħhom stess, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jimmonitorjaw ukoll il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju.
Artikolu 52
Qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni
1. Sat-12 ta’ Awwissu 2028, l-ENIM għandu jiżviluppa u jadotta “qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni” li jistabbilixxi għodod, metodoloġiji u arranġamenti proċedurali komuni, filwaqt li jqis il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 44(2) ta’ dan ir-Regolament u l-prijoritajiet operazzjonali stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2024/1679, u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 15(6) tad-Direttiva 2012/34/UE. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu bis-sħiħ dawk l-għodod, il-metodoloġiji u l-arranġamenti proċedurali komuni meta jwettqu r-rieżami tal-prestazzjoni.
2. Meta jħejju d-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE u l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu bis-sħiħ il-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network għandhom jispjegaw ir-raġuni għal kull devjazzjoni mill-għodod, il-metodoloġiji u l-arranġamenti proċedurali komuni stabbiliti f’dak il-qafas.
3. L-ENIM għandu jippubblika abbozz tal-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni għall-konsultazzjoni mal-ERP u mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali. L-ERP u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali jistgħu jippreżentaw it-tweġibiet tagħhom għall-konsultazzjoni fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni.
4. L-ENIM għandu jippreżenta abbozz finali tal-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni lill-ENRRB sat-12 ta’ Frar 2028. Fi żmien tliet xhur minn meta jiġi riċevut l-abbozz finali, l-ENRRB għandu jippreżenta rakkomandazzjoni lill-ENIM dwar il-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni. L-ENIM għandu jqis bis-sħiħ dik ir-rakkomandazzjoni meta jadotta l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni.
5. Il-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni għandu jkopri mill-anqas l-oqsma tal-prestazzjoni stipulati fl-Anness VIII. Għandu jinkludi, b’mod partikolari:
(a)
lista ta’ kwistjonijiet ta’ prestazzjoni ta’ prijorità li jridu jiġu indirizzati fl-oqsma tal-prestazzjoni stipulati fl-Anness VIII;
(b)
indikaturi tal-prestazzjoni li jippermettu l-monitoraġġ tal-progress fil-kwistjonijiet tal-prestazzjoni, inkluż ir-rekwiżiti ta’ metodoloġija u data biex jiġu kkalkolati ta’ dawn l-indikaturi;
(c)
kriterji u proċeduri biex jiġu stabbiliti miri ta’ prestazzjoni fil-livell tal-maniġers tal-infrastruttura;
(d)
proċeduri għall-monitoraġġ u r-rieżami tal-elementi fil-punti (a), (b) u (c), kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ miżuri korrettivi u l-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni.
6. Il-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni għandu jiġi aġġornat meta jkun meħtieġ biex titqies l-esperjenza tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kif ukoll l-attivitajiet tal-ENIM. Meta l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni jiġi aġġornat, l-ENIM għandu jikkonsulta lill-ERP u lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali, u għandu jippreżenta abbozz lill-ENRRB għal rakkomandazzjoni, f’konformità mal-paragrafi 3 u 4.
7. Meta jeżerċita s-setgħat tiegħu fir-rigward tad-dikjarazzjoni dwar in-network f’konformità mal-Artikolu 56(1) u (2) tad-Direttiva 2012/34/UE, il-korp regolatorju għandu jqis ir-rakkomandazzjoni dwar il-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni adottata mill-ENRRB, f’konformità mal-paragrafu 4 u mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-indipendenza tal-korpi regolatorji.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa, f’konformità mal-Artikolu 74, li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).
Artikolu 53
Rapport Ewropew tar-rieżami tal-prestazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/34/UE u għall-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-ENIM għandu jħejji u jippubblika sat-12 ta’ Awwissu 2029 rapport Ewropew tar-rieżami tal-prestazzjoni abbażi tal-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament. L-ENIM għandu jħejji u jippubblika aġġornament tar-rapport kull sena.
2. Il-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni għandu jħejji taqsima awtonoma tar-rapport Ewropew tar-rieżami tal-prestazzjoni li tistabbilixxi valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja u tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ prestazzjoni li jridu jiġu indirizzati bi prijorità u rakkomandazzjonijiet dwar miżuri li jtejbu l-prestazzjoni. L-ENIM għandu jinkludi dik it-taqsima fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Ir-rapport Ewropew tar-rieżami tal-prestazzjoni għandu jkopri mill-anqas il-linji inklużi fil-Kurituri Ewropej tat-Trasport u għandu jinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(3), il-punt (g) tar-Regolament (UE) 2024/1679. L-informazzjoni ppreżentata għandu jkollha biżżejjed dettall fejn jidħol l-ambitu ġeografiku u tkopri perjodu taż-żmien twil biżżejjed biex tippermetti interpretazzjonijiet sinifikanti.
4. Ir-rapport Ewropew tar-rieżami tal-prestazzjoni għandu jinkludi taqsima apposta dwar il-prestazzjoni tal-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura f’konformità mal-Artikolu 55 u dwar il-mekkaniżmu tal-konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 57.
Artikolu 54
Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni
1. F’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 76(2), il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi jew tiddeżinja korp imparzjali u kompetenti biex jaġixxi bħala Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni. Il-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni għandu jiġi stabbilit bħala bord ta’ esperti indipendenti u imparzjali. Il-membri tiegħu għandhom jinħatru abbażi tal-mertu kif ukoll b’mod li tiġi żgurata taħlita ta’ ħiliet u esperjenza rilevanti għall-ġestjoni tal-kapaċità ferrovjarja, tat-traffiku, tat-tfixkil u tal-kriżijiet. Il-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn disa’ membri. Il-Membri għandhom jinħatru mill-Kummissjoni. Għandu jiltaqa’ mill-inqas erba’ darbiet fis-sena. Il-ħidma tal-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni għandha tiġi ffinanzjata mill-Kummissjoni.
Il-Membri tal-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni għandhom jinħatru għal terminu ta’ erba’ snin u l-mandat tagħhom jista’ jiġġedded darbtejn.
2. Il-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a)
jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-ENIM rigward l-istabbiliment u r-rieżami tal-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52, inkluż dwar l-oqsma tal-prestazzjoni, kwistjonijiet tal-prestazzjoni li jridu jiġu indirizzati f’kull wieħed mill-oqsma tal-prestazzjoni, u l-armonizzazzjoni tal-metodoloġiji, tal-proċessi, tal-kriterji u tad-definizzjonijiet għall-ġbir u l-analiżi tad-data relatata mal-prestazzjoni u l-indikaturi tal-prestazzjoni;
(b)
jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-ENIM, lill-ENRRB, lill-maniġers tal-infrastruttura, lill-applikanti, lill-korpi regolatorji, lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u, meta rilevanti, lil partijiet ikkonċernati oħra għal miżuri korrettivi dwar il-ġestjoni tal-kapaċità, il-ġestjoni tat-traffiku, il-ġestjoni tat-tfixkil u l-ġestjoni tal-kriżijiet;
(c)
jirrieżamina r-riżultati tal-abbozz tar-rapport Ewropew tar-rieżami tal-prestazzjoni u jħejji t-taqsima awtonoma msemmija fl-Artikolu 53(2);
(d)
jipprovdi opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet relatati mal-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja b’rabta mal-istrateġija indikattiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2012/34/UE, il-pjan kummerċjali msemmi fl-Artikolu 8(3) ta’ dik id-Direttiva, il-ftehimiet kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 30(2) u l-iskema tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 ta’ dik id-Direttiva;
(e)
jagħti pariri lill-Koordinaturi Ewropej dwar kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja u tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju.
3. L-ENIM, il-koordinatur tan-network, il-maniġers tal-infrastruttura, il-korpi regolatorji, l-ENRRB u, meta rilevanti, partijiet ikkonċernati oħra għandhom jikkooperaw mal-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni, b’mod partikolari billi jipprovdu informazzjoni relatata mal-prestazzjoni b’inizjattiva tagħhom stess jew wara talba tal-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni u jagħmlu l-aħjar sforz biex iqisu r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-ħidma tagħhom dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni ferrovjarja.
4. Il-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni għandu jirrispetta l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali meta jittratta l-informazzjoni pprovduta mill-partijiet ikkonċernati rilevanti jew mill-Kummissjoni.
KAPITOLU V
Network Ewropew għall-koordinazzjoni
Artikolu 55
Koordinazzjoni fost il-maniġers tal-infrastruttura
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkoordinaw bejniethom u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra rigward ir-responsabbiltajiet u l-kompiti fdati lilhom b’dan ir-Regolament.
2. B’mod partikolari, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom:
(a)
jistabbilixxu strutturi, proċeduri u għodod organizzazzjonali, kif xieraq, inkluż l-għodod diġitali msemmija fl-Artikolu 66;
(b)
jikkoordinaw fl-aktar livell ġeografiku xieraq, inkluż fil-livell tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport, bl-involviment tal-entitajiet li jkunu fl-aqwa pożizzjoni biex jiksbu eżiti effettivi u effiċjenti, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;
(c)
jikkooperaw ma’ maniġers tal-infrastruttura oħra permezz tal-punti fokali ddeżinjati msemmija fl-Artikolu 64;
(d)
jinvolvu lill-ENIM jew lill-koordinatur tan-network, kif xieraq, dwar materji rilevanti għall-Unjoni;
(e)
jaħtru entità ewlenija, kull meta l-attivitajiet tal-koordinazzjoni jkunu jinvolvu diversi atturi, li għandha tirrapporta lill-ENIM u għandha tkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-konsultazzjoni f’konformità mal-Artikolu 57;
(f)
jirreferu għal każijiet tal-ENIM meta ma jkunux jistgħu jintlaħqu eżiti miftiehma;
(g)
jirrieżaminaw il-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-koordinazzjoni f’konformità mal-Kapitolu IV.
3. Il-koordinazzjoni tista’ tiġi implimentata f’aktar minn livell wieħed, b’mod partikolari għall-materji li jeħtieġu l-koordinazzjoni kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’ambitu ġeografiku aktar speċifiku.
4. Meta l-ENIM jew il-koordinatur tan-network ikunu involuti fil-koordinazzjoni, dawn għandhom jiżguraw li l-aspetti transfruntieri jitqiesu kif xieraq.
5. Il-koordinazzjoni għandha tkopri s-sezzjonijiet u n-nodi kollha li huma parti mill-Kurituri Ewropej tat-Trasport.
Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jestendu l-koordinazzjoni għal linji addizzjonali soġġett għal ftehim bejn il-maniġers tal-infrastruttura kollha kkonċernati.
6. Il-koordinazzjoni relatata mal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks f’konformità mal-Artikolu 30 għandha tkopri n-networks kollha tal-maniġers tal-infrastruttura li huma membri tal-ENIM.
Artikolu 56
Koordinazzjoni fost l-Istati Membri
1. Għall-fini tal-promozzjoni tat-traffiku internazzjonali tal-passiġġieri u tal-merkanzija bil-ferrovija, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw ma’ xulxin biex jiżguraw konsistenza bejn il-gwida strateġika rispettiva tagħhom u r-rekwiżiti nazzjonali adottati f’konformità mal-Artikolu 4. Huma għandhom b’mod partikolari jiddefinixxu u jippubblikaw proċeduri u skedi għall-koordinazzjoni tagħhom.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari:
(a)
jikkoordinaw fl-aktar livell ġeografiku xieraq u, sa fejn ikun possibbli, fil-kuntest ta’ fora eżistenti, biex jinkisbu eżiti effettivi u effiċjenti, b’mod partikolari fil-livell tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport;
(b)
jinvolvu lill-Koordinaturi Ewropej, kif xieraq, u b’mod partikolari meta jagħmlu progress fil-prijoritajiet operazzjonali stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2024/1679;
(c)
jistiednu lill-Kummissjoni għal kwistjonijiet meta l-koordinazzjoni hija meħtieġa fil-livell tal-Unjoni jew fejn ikun rilevanti mod ieħor.
Artikolu 57
Mekkaniżmu tal-konsultazzjoni għal materji Ewropej u transfruntieri
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw konsultazzjoni xierqa u regolari mal-partijiet interessati dwar kwistjonijiet Ewropej u transfruntieri. Għal dik il-fini, huma għandhom iqisu l-linji gwida żviluppati mill-ENIM imsemmija fil-paragrafu 2.
2. L-ENIM għandu jiżviluppa, jadotta u jimplimenta linji gwida bil-għan li jiżgura konsultazzjoni xierqa u regolari mal-partijiet interessati rigward kwistjonijiet Ewropej u transfruntieri u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità, il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46 u l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu żviluppati, wara konsultazzjoni mal-ERP, u implimentati bl-appoġġ tal-koordinatur tan-network u bl-involviment tal-punti fokali ddeżinjati mill-maniġers tal-infrastruttura skont l-Artikolu 64.
3. Meta l-ENIM iħejji u jadotta opinjoni jew rakkomandazzjoni, mhux relatata mal-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità, il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet, jew mal-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni, li x’aktarx ikollha impatt sostanzjali fuq l-applikanti, jew fuq partijiet ikkonċernati operazzjonali jew partijiet interessati oħra, dan għandu jippubblika abbozz għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, inkluż l-ERP. Il-partijiet ikkonċernati għandu jkollhom sitt ġimgħat biex jagħtu r-rispons tagħhom dwar l-abbozz tal-opinjoni jew tar-rakkomandazzjoni. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiġu involuti fejn meħtieġ.
4. L-ENIM għandu jqis ir-rispons tal-partijiet ikkonċernati meta jiżviluppa l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 2 u meta jadotta l-opinjoni jew ir-rakkomandazzjoni finali msemmija fil-paragrafu 3. Meta l-ENIM jiddeċiedi li ma jqisx elementi sinifikanti tar-rispons mogħti, dan għandu jipprovdi r-raġunijiet għal dan.
Artikolu 58
Organizzazzjoni tal-ENIM
1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, in-Network Ewropew tal-Maniġers tal-infrastruttura (ENIM) imsemmi fid-Direttiva 2012/34/UE għandu jiġi organizzat f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
2. Il-membri tal-ENIM għandhom jipprovdu lill-ENIM ir-riżorsi meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu.
3. Il-maniġers kollha tal-infrastruttura li jkunu responsabbli għal-linji li jifformaw parti min-network ewlieni u ewlieni estiż tat-TEN-T għandhom ikunu membri tal-ENIM. Maniġers tal-infrastruttura oħra inklużi fil-ġestjoni strateġika tal-kapaċità skont l-Artikolu 14 jistgħu jkunu membri tal-ENIM. Kull membru għandu jaħtar rappreżentant u membru supplenti.
4. Il-maniġers tal-infrastruttura li mhumiex responsabbli għal-linji msemmija fil-paragrafu 3 u għaldaqstant mhumiex membri tal-ENIM, jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-ENIM bħala osservaturi mingħajr id-dritt tal-vot. Huma jistgħu jippreżentaw dikjarazzjonijiet għall-konsiderazzjoni mill-ENIM.
5. Il-maniġers tal-infrastruttura responsabbli mil-linji li jiffurmaw parti min-network ewlieni u min-network ewlieni estiż tat-TEN-T ta’ Stati li huma membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u tal-Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport iffirmat mill-Unjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1937 għandu jkollhom id-dritt li jsiru membri tal-ENIM dment li dawk l-Istati jew partijiet japplikaw dan ir-Regolament skont ftehim internazzjonali konkluż mal-Unjoni u f’konformità mal-modalitajiet tal-parteċipazzjoni stipulati skont tali ftehim.
6. L-ENIM jista’ jistieden, fuq bażi ad hoc, maniġers tal-infrastruttura ta’ pajjiżi terzi mhux koperti mill-paragrafu 5 li qed jimmaniġġaw linji ferrovjarji tan-network ewlieni u tan-network ewlieni estiż tat-TEN-T, bħala osservaturi.
7. L-ENIM għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta’ proċedura tiegħu, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. L-ENIM għandu jorganizza l-attivitajiet tiegħu f’konformità ma’ dawk ir-regoli ta’ proċedura.
8. L-ENIM għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi. Meta speċifikat fir-regoli ta’ proċedura, l-ENIM jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet b’maġġoranza sempliċi. Il-membri kollha minn Stat Membru wieħed għandu jkollhom vot wieħed flimkien. Fl-assenza ta’ rappreżentattiv ta’ membru, il-membru supplenti għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot.
9. L-ENIM għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari. Għandu jaħtar President minn fost il-membri tiegħu.
10. Il-Kummissjoni għandha tkun membru tal-ENIM mingħajr dritt tal-vot. Għandha tappoġġa l-ħidma tal-ENIM u tiffaċilita l-koordinazzjoni.
11. L-ENIM għandu jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma tiegħu. Il-programm ta’ ħidma għandu jkopri perjodu ta’bejn sentejn u ħames snin. L-ENIM għandu jikkonsulta l-ERP, l-applikanti u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra, f’konformità mal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 57, dwar l-abbozz ta’ programm ta’ ħidma, kif ukoll jikkonsulta l-Kummissjoni, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea u, jekk xieraq, partijiet ikkonċernati oħra. Il-partijiet ikkonċernati għandu jkollhom erba’ ġimgħat biex jagħtu r-rispons tagħhom dwar l-abbozz ta’ programm ta’ ħidma.
Artikolu 59
Responsabbiltajiet tal-ENIM
1. Minbarra l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 7f tad-Direttiva 2012/34/UE, l-ENIM għandu jkun responsabbli għall-kompiti kollha assenjati lilu b’dan ir-Regolament. Għandu b’mod partikolari:
(a)
jadotta l-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità;
(b)
jadotta l-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament;
(c)
jadotta l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament;
(d)
jadotta struttura komuni għad-dikjarazzjoni dwar in-network u skeda komuni għall-konsultazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 65 ta’ dan ir-Regolament;
(e)
jadotta opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet lill-maniġers tal-infrastruttura f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u b’inizjattiva tiegħu stess;
(f)
jadotta opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet lill-maniġers tal-infrastruttura fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 55(2), il-punt (f), ta’ dan ir-Regolament;
(g)
jorganizza, bil-kontribut tal-koordinatur tan-network, il-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura f’konformità mal-Artikolu 55 u l-Artikolu 64 ta’ dan ir-Regolament.
2. L-ENIM ma għandu jkollu l-ebda setgħa regolatorja jew ta’ tfassil ta’ politika.
3. L-ENIM jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma.
Artikolu 60
Trasparenza tal-ENIM
1. L-ENIM għandu jiżgura li s-sħubija, il-metodi tal-operat tiegħu u l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-ħidma tiegħu jsiru disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tiegħu. Dan għandu jinkludi dettalji tal-kuntatt tal-gruppi tal-koordinazzjoni ddedikati stabbiliti mill-maniġers tal-infrastruttura u referenzi għall-għodod u l-proċeduri tal-koordinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 55.
2. L-ENIM għandu jistieden lill-Koordinaturi Ewropej u, meta rilevanti, lir-rappreżentanti tal-ERP u lir-rappreżentanti fl-ERA tal-Istati Membri u dawk ta’ korpi oħra, għal-laqgħat tiegħu biex jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja u tkun żgurata l-kooperazzjoni mal-Koordinaturi Ewropej, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2024/1679.
Artikolu 61
Koordinatur tan-network
1. Sat-12 ta’ Diċembru 2026 l-ENIM għandu jaħtar entità imparzjali u kompetenti biex twettaq il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 62. Tali entità għandha tiġi ddeżinjata bħala l-koordinatur tan-network.
Il-membri tal-ENIM għandhom jipprovdu lill-koordinatur tan-network ir-riżorsi meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu.
Ir-regoli ta’ proċedura tal-ENIM, kif imsemmija fl-Artikolu 58(7), għandhom jistabbilixxu:
(a)
it-termini u l-kundizzjonijiet għall-ħatra tal-koordinatur tan-network u l-irtirar tal-ħatra;
(b)
il-proċedura biex jiġi assenjat kwalunkwe dmir u kompitu addizzjonali; u
(c)
l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-ħidma tiegħu.
2. Il-koordinatur tan-network għandu jwettaq dmirijietu b’mod imparzjali, trasparenti u kosteffettiv. Għal dik il-fini, għandu jippreżenta l-programm ta’ ħidma annwali tiegħu lill-ENIM fir-rigward tal-kompiti stipulati b’dan ir-Regolament u rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma. Qabel l-adozzjoni tagħhom mill-koordinatur tan-network, l-ENIM għandu japprova l-programm ta’ ħidma annwali u r-rapport annwali.
Artikolu 62
Kompiti tal-Koordinatur tan-network
Il-koordinatur tan-network għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin b’appoġġ għall-ENIM:
(a)
jaġixxi bħala s-segretarjat u jħejji l-laqgħat, id-dokumenti, id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet tal-ENIM;
(b)
jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità, il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46 u l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52;
(c)
jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni operazzjonali fost il-maniġers tal-infrastruttura f’konformità mal-Artikolu 55;
(d)
jidentifika regoli, proċeduri u għodod fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u adottati fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-maniġer tal-infrastruttura li joħolqu ostakli għas-servizzi ferrovjarji f’diversi networks, kif stipulat f’dan ir-Regolament, u jipproponi lill-ENIM metodi għall-faċilitazzjoni tas-servizzi ferrovjarji transfruntieri;
(e)
jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni fost il-maniġers tal-infrastruttura fir-rigward tal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità skont l-Artikolu 16 billi jelabora disinji speċifiċi tal-iskeda tal-ħinijiet li jiffaċilitaw mogħdijiet ferrovjarji kompetittivi fuq distanzi twal b’diversi networks;
(f)
jaġixxi bħala punt tal-kuntatt f’isem il-maniġers tal-infrastruttura għal mistoqsijiet relatati mal-ippjanar u l-allokazzjoni tal-kapaċità, b’mod partikolari fir-rigward tat-talbiet potenzjali għall-kapaċità, jew tat-talbiet għall-informazzjoni jew punti tal-kuntatt relatati ma’ inċidenti ferrovjarji u restrizzjonijiet tal-kapaċità temporanji;
(g)
jaġixxi bħala l-ewwel punt tal-kuntatt għall-partijiet ikkonċernati interessati fl-użu tas-servizzi ferrovjarji, jipprovdi kuntatti lill-atturi rilevanti bħall-maniġers tal-infrastruttura u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra;
(h)
jaġixxi bħala punt tal-kuntatt f’isem l-ENIM għall-applikanti u għal partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra dwar materji mhux koperti b’mod espliċitu minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari t-tnedija jew bidla fis-servizzi transfruntieri tat-trasport ferrovjarju jew l-organizzazzjoni tal-appoġġ għal attivitajiet ad hoc, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 49;
(i)
joffri servizzi, b’mod partikolari mil-lat ta’ għodod diġitali u tal-IT, meta jintalbu, biex itejjeb is-servizzi ferrovjarji u jagħti spinta lit-traffiku ferrovjarju trans-Ewropew.
Artikolu 63
Organizzazzjoni tal-ERP
1. Sat-12 ta’ Diċembru 2026, il-partijiet ikkonċernati operazzjonali, għajr il-maniġers tal-infrastruttura, jistgħu jippreżentaw proposta lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu l-ERP biex jiffaċilitaw l-iskambji u l-konsultazzjoni tagħhom mal-ENIM. L-għan tal-ERP huwa li tiżgura konsultazzjoni effettiva mas-settur ferrovjarju permezz tal-ENIM.
Tali proposta għandha tinkludi r-regoli ta’ proċedura tal-ERP, li jistabbilixxu l-arranġamenti ta’ ħidma u l-kriterji għall-għażla u t-tiġdid tal-membri tagħha.
2. L-ERP għandha tippermetti rappreżentanza bbilanċjata tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha għajr il-maniġers tal-infrastruttura.
L-ERP għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni abbażi ta’ kriterji ekwi, trasparenti u nondiskriminatorji.
3. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi proposta skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni, wara li tismal-opinjoni tal-ENRRB, għandha tivvaluta jekk il-proposta tikkonformax mar-rekwiżiti fil-paragrafu 2, inkluż jekk teħtieġx bidliet, kif xieraq.
4. Wara l-valutazzjoni skont il-paragrafu 3 u l-adozzjoni ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa fil-proposta, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-qbil tagħha għall-istabbiliment tal-ERP.
L-ERP għandha mbagħad tagħmel ir-regoli ta’ proċedura tagħha disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha.
5. L-istabbiliment tal-ERP għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali, għajr il-maniġers tal-infrastruttura, li jwieġbu għad-domandi ta’ konsultazzjonijiet mill-ENIM u mill-maniġers tal-infrastruttura fuq bażi individwali.
6. L-ERP tista’ toħroġ opinjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess.
7. L-ERP għandha tindirizza rapport annwali tal-attivitajiet tagħha lill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat.
Artikolu 64
Punti fokali għall-koordinazzjoni tal-maniġers tal-infrastruttura
1. Biex tkun żgurata l-koordinazzjoni fost il-maniġers tal-infrastruttura f’konformità mal-Artikolu 55, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiddeżinjaw punti fokali. Il-punt fokali għandu jaġixxi bħala l-interfaċċa ċentrali bejn l-organizzazzjoni tal-maniġer tal-infrastruttura u l-entitajiet l-oħra involuti fl-attivitajiet tal-koordinazzjoni.
2. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-ENIM dwar kull bidla fil-punti fokali biex tiġi inkluża fil-pubblikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60(1).
Artikolu 65
Struttura, kontenut u skeda komuni għad-dikjarazzjonijiet dwar in-network
1. Sat-12 ta’ Ġunju 2027, l-ENIM għandu jħejji u jadotta struttura komuni għad-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE, li għandha tqis l-informazzjoni elenkata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, l-Anness V ta’ dan ir-Regolament, u skeda komuni għall-konsultazzjoni mal-partijiet interessati dwar l-abbozz tad-dikjarazzjoni dwar in-network. Meta jkunu qed iħejju d-dikjarazzjoni dwar in-network, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu bis-sħiħ din l-istruttura u l-iskeda.
2. L-ENIM għandu jippreżenta abbozz tal-istruttura komuni għad-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fil-paragrafu 1 sat-12 ta’ Diċembru 2026. Fi żmien tliet xhur minn meta jiġi riċevut l-abbozz imħejji mill-ENIM, l-ENRRB għandu jippreżenta rakkomandazzjoni lill-ENIM dwar dik l-istruttura komuni. L-ENIM għandu jqis dik ir-rakkomandazzjoni.
3. Meta jħejji d-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jqis bis-sħiħ il-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament u l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jispjegaw fid-dikjarazzjoni dwar in-network ir-raġunijiet għad-devjazzjoni mill-istruttura u mill-iskeda msemmija fil-paragrafu 1 u mill-oqfsa Ewropej imsemmija fil-paragrafu 3 u jinfurmaw lill-korp regolatorju kompetenti u lill-ENIM b’dawk ir-raġunijiet.
Artikolu 66
Diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-proċessi tal-ġestjoni tal-kapaċità u tal-ġestjoni tat-traffiku fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġu implimentati b’għodod diġitali u servizzi diġitali.
L-għodod għall-ġestjoni tal-kapaċità użati mill-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-ippjanar tal-kapaċità u l-proċess tal-allokazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament. L-għodod diġitali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva (UE) 2016/797 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skontha biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà tas-sistemi u l-allinjament tad-data mar-reġistru tal-infrastruttura msemmi fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jibqgħu jużaw l-għodod tal-ġestjoni tal-kapaċità eżistenti qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 81(2), il-punt (d), ta’ dan ir-Regolament dment li dawk l-għodod jippermettu lill-maniġers tal-infrastruttura jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan is-subparagrafu.
2. L-għodod diġitali mħaddma u s-servizzi diġitali pprovduti għandhom:
(a)
jiżguraw prestazzjoni effettiva u kwalità, inkluż interoperabbiltà sħiħa, tas-servizzi li l-maniġers tal-infrastruttura jipprovdu lill-applikanti;
(b)
jiżguraw it-trasparenza tal-ġestjoni tal-kapaċità ferrovjarja u tal-ġestjoni tat-traffiku matul il-fażijiet kollha tagħhom, inkluż permezz ta’ soluzzjonijiet f’ħin reali li għandhom jiġu elaborati mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u implimentati skont ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva (UE) 2016/797;
(c)
inaqqsu l-piż amministrattiv għall-applikanti billi kull biċċa informazzjoni jitolbuha darba biss u billi jipprovdu informazzjoni jew data f’post wieħed, inkluż fir-rigward tas-servizzi transfruntieri.
3. Meta l-għodod diġitali jew is-servizzi diġitali meħtieġa biex jappoġġaw il-proċessi tal-ġestjoni tal-kapaċità jew tal-ġestjoni tat-traffiku jeħtieġ ikunu koperti minn speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà, jew meta jeħtieġ jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet eżistenti li jkunu jkopru jew parzjalment ikopru dawk l-għodod, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/797 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skontha, l-ENIM u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp u ż-żamma ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet b’kooperazzjoni mal-ERA u mal-Impriża Konġunta Ferrovjarja tal-Ewropa u bil-proċess imsemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
4. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkontribwixxu għal ħidma tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea dwar kwistjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, l-ENIM u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw rappreżentanza xierqa fil-Grupp ta’ Tmexxija tal-Pilastru tas-Sistema u fil-Grupp ta’ Varar imsemmija rispettivament fl-Artikoli 96 u 97 tar-Regolament (UE) 2021/2085.
5. Il-maniġers tal-infrastruttura, il-partijiet ikkonċernati operazzjonali u, meta rilevanti, l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi għandhom jiskambjaw l-informazzjoni diġitali relatata mal-ġestjoni tal-kapaċità u mal-ġestjoni tat-traffiku b’għodod diġitali u servizzi diġitali li jkunu bbażati fuq arkitettura armonizzata u li jkunu jinvolvu interfaċċi standardizzati jew sistemi komuni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797 u mal-ispeċifikazzjonijiet adottati abbażi tagħha.
Fil-każ ta’ servizzi ferrovjarji f’diversi networks jew servizzi transfruntieri, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu servizzi diġitali u informazzjoni diġitali b’interfaċċa unika jew b’sistemi komuni żviluppati u implimentati bil-koordinazzjoni tal-ENIM.
L-ENIM għandu jistabbilixxi punt uniku ta’ servizz biex l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks f’post wieħed u f’operazzjoni waħda.
6. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-għodod diġitali u s-servizzi diġitali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma operazzjonali sal-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 81 ta’ dan ir-Regolament. Il-koordinatur tan-network għandu jipprovdi għodod u servizzi diġitali Ewropej komuni għall-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku żviluppati u implimentati f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-ERA għandha, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/796, timmonitorja l-implimentazzjoni u l-konformità tas-sistemi diġitali mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà, tikkoordina l-iżvilupp u l-aġġornament ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet u tassisti lill-Kummissjoni f’dan il-proċess.
KAPITOLU VI
Sorveljanza regolatorja tal-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku
Taqsima 1
Korpi regolatorji
Artikolu 67
Responsabbiltajiet tal-korpi regolatorji
1. Il-funzjonijiet u s-setgħat ta’ korp regolatorju stabbiliti fl-Artikolu 56 tad-Direttiva 2012/34/UE għandhom jiġu eżerċitati fir-rigward tal-materji koperti minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-korp regolatorju għandu jimmonitorja l-attivitajiet tal-maniġers tal-infrastruttura kif stipulat fil-Kapitoli II sa V ta’ dan ir-Regolament u għandu jivverifika l-konformità ma’ dan ir-Regolament b’inizjattiva tiegħu stess u biex jipprevjeni d-diskriminazzjoni kontra l-applikanti.
2. Applikant, li jinkludi awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali responsabbli għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, għandu jkollu d-dritt ta’ appell quddiem il-korp regolatorju skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 tad-Direttiva 2012/34/UE jekk jemmen li kien ġie trattat inġustament, sofra diskriminazzjoni jew kwalunkwe offiża oħra mill-maniġer tal-infrastruttura meta dan tal-aħħar ikun wettaq l-attivitajiet stipulati fil-Kapitoli II sa V ta’ dan ir-Regolament.
Taqsima 2
Network Ewropew tal-Korpi Regolatorji Ferrovjarji
Artikolu 68
Kooperazzjoni tal-korpi regolatorji fi ħdan l-ENRRB
1. Għall-fini tat-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament, il-korpi regolatorji għandhom jikkooperaw bejniethom fil-qafas tal-ENRRB stabbilit skont l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2012/34/UE, inkluż b’konsultazzjonijiet u investigazzjonijiet konġunti, billi jadottaw opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet jew b’attivitajiet rilevanti oħra. Il-korpi regolatorji għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-ENRRB f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
Meta jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-ENRRB għandu jkollu l-kompiti u r-responsabbiltajiet u jorganizza l-ħidma tiegħu kif stipulat f’din it-Taqsima.
2. Fil-każ ta’ lment jew fil-każ ta’ investigazzjoni b’inizjattiva tiegħu stess dwar materja li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li taffettwa l-aċċess jew l-użu ta’ networks ferrovjarji f’aktar minn Stat Membru wieħed, il-korp regolatorju kkonċernat għandu jinforma lill-ENRRB u lill-Kummissjoni bl-ilment jew bl-investigazzjoni.
3. Korp regolatorju jista’ jgħaddi kwalunkwe materja, ilment jew investigazzjoni rilevanti lill-ENRRB għal skambju tal-fehmiet jew għall-adozzjoni ta’ opinjoni jew rakkomandazzjoni.
4. Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jaffettwaw l-aċċess għan-networks ferrovjarji jew l-użu tagħhom f’aktar minn Stat Membru wieħed, il-korpi regolatorji kkonċernati għandhom jikkooperaw taħt il-koordinazzjoni tal-ENRRB sabiex jiżguraw il-konsistenza tad-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom. Għal dak il-għan, il-korpi regolatorji kkonċernati għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 56 tad-Direttiva 2012/34/UE. Dawn għandhom iqisu kull opinjoni u rakkomandazzjoni rilevanti adottata mill-ENRRB u għandhom jipprovdu dawn id-deċiżjonijiet lill-ENRRB.
5. Meta korp regolatorju jadotta deċiżjoni, li titbiegħed minn xi opinjoni jew rakkomandazzjoni rilevanti tal-ENRRB jew meta jirrifjuta li jadotta deċiżjoni, dan għandu jipprovdi spjegazzjoni lill-ENRRB li tistabbilixxi d-differenzi u r-raġunament tiegħu għan-nuqqas ta’ segwitu tal-opinjonijiet jew tar-rakkomandazzjonijiet tal-ENRRB u jinkludi l-ispjegazzjoni rilevanti fid-deċiżjoni tiegħu.
6. Il-korpi regolatorji kkonsultati mill-ENRRB għandhom iwieġbu sal-iskadenzi stabbiliti mill-ENRRB u, meta jintalbu minn dan tal-aħħar, għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha li għandhom id-dritt jitolbu skont il-liġi nazzjonali tagħhom. Dik l-informazzjoni tista’ tintuża biss għall-fini tal-attivitajiet imwettqa mill-korpi regolatorji f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
7. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-finijiet tat-trattament ta’ lment jew investigazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu u mitluba mill-korp regolatorju tal-Istat Membru li fih ikun jinsab il-maniġer tal-infrastruttura. Il-korpi regolatorji għandu jkollhom id-dritt li jitolbu l-informazzjoni mingħand l-ENIM dwar investigazzjonijiet fil-kompetenza tagħhom. Il-korpi regolatorji għandhom ikunu intitolati jgħaddu din l-informazzjoni lill-ENRRB.
8. Il-korpi regolatorji ferrovjarji għandhom jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għall-funzjonament tal-ENRRB.
Artikolu 69
Organizzazzjoni u struttura tal-ENRRB
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ENRRB għandu jiġi organizzat bħala:
(a)
Bord tal-Korpi Regolatorji (il-“Bord”);
(b)
Segretarjat.
Il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw l-operat tas-segretarjat.
Artikolu 70
Kompiti u responsabbiltajiet tal-ENRBB
1. Minbarra l-kompiti tiegħu skont id-Direttiva 2012/34/UE, l-ENRRB għandu jkollu wkoll il-kompiti u r-responsabbiltajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-ENRRB għandu jippubblika kwalunkwe opinjoni jew rakkomandazzjoni li jkun adotta. L-ENRBB ma għandu jkollu l-ebda setgħa regolatorja jew ta’ tfassil ta’ politika.
2. L-ENRRB għandu, fejn rilevanti, jikkoordina l-attivitajiet tal-kooperazzjoni kollha tal-korpi regolatorji ferrovjarji kif stipulat fl-Artikolu 68 u jippromwovi l-allinjament tad-deċiżjonijiet tal-korpi regolatorji fir-rigward tas-servizzi ferrovjarji transfruntieri.
3. Il-partijiet ikkonċernati operazzjonali jistgħu jinfurmaw lill-ENRRB dwar kwistjonijiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu jaffettwaw l-aċċess jew l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja f’aktar minn Stat Membru wieħed. Meta l-ENRRB jirċievi informazzjoni bħal din, dan għandu jgħaddiha lill-korp jew korpi regolatorji kompetenti mingħajr dewmien.
L-ENRRB jista’ jiddeċiedi li jadotta opinjoni jew rakkomandazzjoni dwar tali kwistjonijiet. F’każijiet bħal dawn, l-ENRBB għandu immedjatament jinforma lill-korpi regolatorji kkonċernati dwar l-intenzjoni tiegħu dwar dan.
4. L-ENRRB għandu jippreżenta l-opinjoni jew ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-korpi regolatorji kkonċernati fi żmien erba’ ġimgħat minn meta jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kwistjoni. L-ENRRB jista’ jestendi l-perjodu għal materji partikolarment kumplessi.
5. L-ENRRB jista’ jadotta opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar deċiżjonijiet meħuda mill-ENIM, jew mill-koordinatur tan-network, wara talbiet mill-applikanti jew fuq inizjattiva tiegħu stess. Meta jadotta opinjoni jew rakkomandazzjoni skont dan il-paragrafu, huwa għandu jinforma lill-korpi regolatorji kkonċernati.
6. L-ENRRB għandu jiżviluppa prinċipji u prattiki komuni għall-adozzjoni, mill-korpi regolatorji, tad-deċiżjonijiet li għalihom dawk il-korpi għandhom is-setgħa jadottaw skont dan ir-Regolament.
7. L-ENRRB għandu jipprovdi l-opinjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe nuqqas fil-proċess ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 16 u, fuq talba tal-Kummissjoni, dwar miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Istati Membri li jkollhom impatt sinifikanti fuq it-traffiku transfruntier kif imsemmi fl-Artikolu 49(5).
8. L-ENRRB għandu jippreżenta l-opinjoni jew ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-ENIM dwar il-linji gwida żviluppati mill-ENIM dwar il-kundizzjonijiet li jwasslu għal penali, kif imsemmi fl-Artikolu 42(6).
9. L-ENRRB jista’ joħroġ opinjonijiet fuq inizjattiva proprja dwar kwistjonijiet fil-kompetenza tiegħu.
Artikolu 71
Kompożizzjoni u organizzazzjoni tal-Bord
1. Il-korpi regolatorji minn kull Stat Membru li għandu network ferrovjarju fl-użu għandhom ikunu membri tal-Bord. Għandhom jaħtru rappreżentant u rappreżentant supplenti għall-Bord.
Il-Kummissjoni għandha tkun membru tal-Bord mingħajr dritt tal-vot u taħtar rappreżentant u membru supplenti għall-Bord.
2. Il-membri tal-Bord u s-sostituti tagħhom għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interessi tal-Unjoni, irrispettivament minn xi interess nazzjonali jew personali partikolari. La għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern, istituzzjoni, persuna jew korp.
3. Lista aġġornata tal-membri tal-Bord u s-sostituti tagħhom, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta’ interess u dettalji ta’ kuntatt tagħhom, għandha ssir disponibbli għall-pubbliku mis-Segretarjat tal-ENRRB.
4. Il-Bord għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta’ proċedura tiegħu, soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Ir-regoli ta’ proċedura jistgħu jistabbilixxu arranġamenti tal-votazzjoni aktar dettaljati, b’mod partikolari l-proċedura għall-votazzjoni fuq kwistjonijiet urġenti.
5. Il-Bord għandu jieħu deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, sakemm mhux previst mod ieħor fir-regoli ta’ proċedura. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta’ rappreżentattiv ta’ membru, il-membru supplenti għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot.
6. Il-Bord għandu jkun kopresedut mill-Kummissjoni u minn membru wieħed elett tal-Bord u minnu. Il-Kummissjoni għandha tkun kopresident permanenti tal-Bord u l-kopresident l-ieħor għandu jiġi elett għal perjodu ta’ sentejn.
7. Is-segretarjat għandu jipprovdi s-servizzi meħtieġa għall-organizzazzjoni tal-laqgħat u l-ħidma tal-Bord.
8. F’konformità mar-regoli ta’ proċedura tal-Bord, il-Bord jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jorganizzaw il-ħidma tal-ENRRB dwar suġġetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja.
Il-gruppi ta’ ħidma għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ esperti mill-korpi regolatorji ferrovjarji u mill-Kummissjoni. L-esperti minn partijiet ikkonċernati operazzjonali u minn korpi pubbliċi jew privati oħra jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw f’dawk il-gruppi ta’ ħidma fuq bażi ad hoc.
Artikolu 72
Rwol u kompiti tal-Bord
1. Il-Bord għandu jwettaq il-kompiti kollha tal-ENRRB stipulati f’dan ir-Regolament.
2. B’mod partikolari, il-Bord għandu:
(a)
jadotta, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura stabbiliti jew imsemmija fl-Artikolu 71(5) jew imsemmija fl-Artikolu 71(4), opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet tal-ENRRB dwar ilmenti jew investigazzjonijiet mibgħuta lilu minn korp jew korpi regolatorji skont l-Artikolu 68(3);
(b)
jadotta opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar deċiżjonijiet meħuda mill-ENIM b’kooperazzjoni mal-koordinatur tan-network fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament;
(c)
wara lmenti mill-impriżi ferrovjarji, mill-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi jew minn partijiet interessati oħra, jadotta rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet tal-ENRRB fir-rigward tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 63;
(d)
ifassal u jadotta rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-ENRRB;
(e)
jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma u jaħtar il-Presidenti tagħhom;
(f)
jiżgura li l-metodi tal-operat tal-ENRRB u l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-ħidma tiegħu, inkluż l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, isiru disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tiegħu; dan għandu jinkludi d-dettalji ta’ kuntatt għall-ilmenti, informazzjoni ta’ kuntatt għal gruppi ta’ ħidma ddedikati, u informazzjoni dwar il-proċeduri.
KAPITOLU VII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 73
Monitoraġġ tal-oqfsa Ewropej
1. Il-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni għandu jissorvelja l-adozzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas Ewropew dwar il-ġestjoni tal-kapaċità u l-elementi tiegħu msemmija fl-Artikolu 7, il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet u l-elementi tiegħu msemmija fl-Artikolu 46 u l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52.
2. Il-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni għandu, fi żmien sentejn minn meta l-ENIM jadotta l-oqfsa msemmija fil-paragrafu 1, jippreżenta lill-ENIM u lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dawn l-oqfsa, li jevalwa l-effettività tagħhom. Ir-rapport jista’ jinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu indirizzati nuqqasijiet speċifiċi. Meta l-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni jkun identifika nuqqasijiet sinifikanti fl-oqfsa, huwa għandu jitlob lill-ENIM jindirizzahom, filwaqt li jaġġorna l-qafas rilevanti kif xieraq, fi żmien tliet xhur.
Ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.
Il-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni għandu joħroġ rapport mill-inqas kull tliet snin.
3. Il-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni għandu jikkoopera mill-qrib mal-korpi regolatorji nazzjonali u mal-ENRRB meta jimmonitorja l-oqfsa u jħejji r-rapport. Il-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni jista’ jikkonsulta lill-ERP u lil partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra, fejn rilevanti.
Artikolu 74
Atti ta’ implimentazzjoni marbuta mal-monitoraġġ tal-oqfsa Ewropej
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, mhux aktar tard minn 18-il xahar mid-data meta l-ENIM għandu jadotta l-qafas rilevanti, att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-oqfsa Ewropej imsemmija fl-Artikoli 7, 46 u 52, jew elementi tagħhom, fil-każijiet li ġejjin:
(a)
meta l-ENIM jonqos milli jadotta l-qafas Ewropew dwar il-ġestjoni tal-kapaċità, jew elementi tiegħu, imsemmi fl-Artikolu 7, sat-12 ta’ Diċembru 2027;
(b)
meta l-ENIM jonqos milli jadotta l-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet, jew elementi tiegħu, imsemmi fl-Artikolu 46, sat-12 ta’ April 2028;
(c)
meta l-ENIM jonqos milli jadotta l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni, jew elementi tiegħu, imsemmi fl-Artikolu 52, sat-12 ta’ Awwissu 2028.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-oqsfa Ewropej, jew elementi minnhom, imsemmija fl-Artikoli 7, 46 u 52, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mill-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni, fejn il-Kummissjoni tikkonkludi, filwaqt li tqis ir-rapport mill-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 73, li:
(a)
l-għodod, il-metodoloġiji u l-arranġamenti proċedurali komuni, kif stipulati fil-qafas Ewropew dwar il-ġestjoni tal-kapaċità, mhumiex adegwati biex jilħqu l-objettivi maħsuba tagħhom u biex jiżguraw il-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja jew il-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra;
(b)
l-għodod, il-metodoloġiji u l-arranġamenti proċedurali komuni, kif stipulati fil-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet, mhumiex adegwati biex jilħqu l-objettivi maħsuba tagħhom u biex jiżguraw il-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku bejn il-maniġers tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra;
(c)
l-għodod, il-metodoloġiji u l-arranġamenti proċedurali komuni, kif stipulati fil-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni, mhumiex adegwati biex jilħqu l-objettivi maħsuba tagħhom u biex jiżguraw ir-rieżami tal-prestazzjoni tal-maniġers tal-infrastruttura li jaqgħu taħt dan ir-Regolament;
(d)
il-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità mhuwiex biżżejjed biex jiżgura l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament; jew il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet mhuwiex biżżejjed biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament; jew il-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni mhuwiex biżżejjed biex jiżgura l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament; jew
(e)
Fi żmien l-iskadenza ta’ tliet xhur, l-ENIM ma indirizzax biżżejjed in-nuqqasijiet identifikati mill-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 73(2).
3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).
4. Fit-tħejjija tal-abbozz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħidma tal-ENIM u r-rapport mill-Bord Konsultattiv tal-Prestazzjoni, meta disponibbli.
Artikolu 75
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(9), fl-Artikolu 13(4), fl-Artikolu 23(9), fl-Artikolu 40(3), fl-Artikolu 41(11), fl-Artikolu 42(11) u fl-Artikolu 50(3) għal perjodu ta’ ħames snin mill-11 ta’ Ġunju 2026. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi taż-żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal dik l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Il-delega ta’ setgħat imsemmija fl-Artikolu 11(9), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 23(9), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(11), l-Artikolu 42(11) u l-Artikolu 50(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data ulterjuri stipulata fih. Din m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(9), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 23(9), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(11), l-Artikolu 42(11) jew l-Artikolu 50(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 76
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 62 tad-Direttiva 2012/34/UE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn il-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 77
Rapport u rieżami
Sal-31 ta’ Diċembru 2033, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq is-settur ferrovjarju, u għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha.
Ir-rapport għandu jevalwa b’mod partikolari:
(a)
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja;
(b)
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-iżvilupp tas-servizzi tat-trasport ferrovjarji, b’mod partikolari s-servizzi internazzjonali, is-servizzi fuq distanzi twal u s-servizzi tal-merkanzija;
(c)
il-ħidma tal-ENIM, tal-koordinatur tan-network u tal-ENRRB b’mod ġenerali u fir-rigward tal-iżvilupp, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kriterji, metodoloġiji u proċeduri komuni;
(d)
l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 7, il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 46 u l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52;
(e)
l-effettività tas-sorveljanza regolatorja fil-livell nazzjonali u Ewropew;
(f)
il-funzjonament tal-kriterji soċjoekonomiċi, operazzjonali u ambjentali.
Artikolu 78
Emendi għad-Direttiva 2012/34/UE
1. Id-Direttiva 2012/34/UE hija emendata kif ġej:
(a)
fl-Artikolu 1(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c)
il-prinċipji u l-proċeduri applikabbli għall-istabbiliment u l-ġbir tal-imposti għall-infrastruttura ferrovjarja kif stabbilit fil-Kapitolu IV.”
;
(b)
fl-Artikolu 2, jitħassar il-paragrafu 6;
(c)
fl-Artikolu 3, jitħassru l-punti (20), (22), (23), (27) u (28);
(d)
Jitħassar l-Artikolu 7b;
(e)
L-Artikolu 27(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Id-dikjarazzjoni dwar in-network għandu jkun fiha informazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja rilevanti. Id-dikjarazzjoni dwar in-network għandu jkun fiha wkoll informazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilitajiet tas-servizzi konnessi man-network tal-maniġer tal-infrastruttura u għall-forniment tas-servizzi f’dawn il-faċilitajiet jew tindika sit web fejn tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f’format elettroniku. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-network huwa stipulat fl-Anness IV.”
;(f)
Jitħassar l-Artikolu 36;
(g)
Jitħassru l-Artikoli 38 sa 54;
(h)
fl-Anness IV, jitħassru l-punti (1) u (3);
(i)
Jitħassar l-Anness VII.
2. Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet imħassra tad-Direttiva 2012/34/UE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fit-Taqsima 1 tal-Anness X.
Artikolu 79
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Il-ftehimiet qafas konklużi f’konformità mal-Artikolu 42 tad-Direttiva 2012/34/UE għandhom jibqgħu japplikaw sad-data tal-iskadenza tagħhom.
2. L-Artikolu 3, il-punti (20), (22), (23), (27) u (28), l-Artikoli 7b, 36 u 38 sa 54 tad-Direttiva 2012/34/UE u l-Anness IV, il-punt (3), u l-Anness VII tagħha ma għandhomx japplikaw għall-attivitajiet u l-kompiti mwettqa b’rabta mal-iskedi operatorji li jidħlu fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2030 jew wara.
Artikolu 80
Tħassir
1. Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 huwa mħassar b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2030.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fit-Taqsima 2 tal-Anness X.
Artikolu 81
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika mit-12 ta’ Ġunju 2026. Madankollu:
(a)
L-Artikolu 29(2), l-Artikolu 30(1), l-Artikolu 50 u l-Artikolu 66 għandhom japplikaw mill-31 ta’ Diċembru 2027;
(b)
L-Artikolu 10(1) u (2) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2029;
(c)
L-Artikoli 2 u 3, il-Kapitolu II, għajr l-Artikolu 7, l-Artikolu 10(1) u (2), l-Artikolu 29(2) u l-Artikolu 30(1), u l-Kapitolu III, għajr l-Artikoli 46, 49 u 50, għandhom japplikaw biss għall-attivitajiet u l-kompiti mwettqa b’rabta mal-iskedi operatorji li jidħlu fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2030, jew wara;
(d)
L-Artikolu 78 għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2030.
3. Minkejja l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 7(7), 8(3), 21(5), 33(12), 35(7), 46(7) u 52(8), u l-Artikoli 11(9), 13(4), 23(9), 40(3), 41(11), 42(11) u 50(3) li jikkonferixxu rispettivament setgħat ta’ implementazzjoni u ta’ delegazzjoni lill-Kummissjoni għandhom japplikaw mit-12 ta’ Ġunju 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strażburgu, l-20 ta’ Mejju 2026.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
N. IOANNIDES
(1) ĠU C, C/2024/891, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/891/oj.
(2) ĠU C, C/2024/1982, 18.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1982/oj.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2024 (ĠU C, C/2025/1020, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1020/oj) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-21 ta’ April 2026 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2026 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj).
(5) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/34/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar network ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/913/oj).
(7) Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/797/oj).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1937 tal-11 ta’ Lulju 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (ĠU L 278, 27.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1937/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/796/oj).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2085/oj).
(11) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(13) Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2557/oj).
(14) Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/797/oj).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1370/oj).
(16) Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj).
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 2012/757/UE (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/773/oj).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2177 tat-22 ta’ Novembru 2017 dwar l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji (ĠU L 307, 23.11.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2177/oj).
(19) Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenzi tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (Att dwar l-Emerġenzi u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).
ANNESS I
RIŻULTATI TANĠIBBLI U SKEDA GĦALL-ĠESTJONI TAL-KAPAĊITÀ
Taqsima 1
Riżultati tanġibbli li jridu jħejju l-maniġers tal-infrastruttura fl-ippjanar strateġiku tal-kapaċità msemmi fl-Artikoli 13, 18, 19 u 20
Riżultat tanġibbli
Kontenut
Strateġija tal-kapaċità (Artikolu 18)
—
Ambitu ġeografiku tal-istrateġija tal-kapaċità: linji koperti mill-ippjanar strateġiku tal-kapaċità skont l-Artikolu 14(6);
—
L-iżvilupp ippjanat tal-infrastruttura ferrovjarja fiżika, inkluż il-kostruzzjoni ġdida, it-titjib, it-tiġdid u l-għeluq/id-dekummissjonar, b’dettalji mogħtija tal-karatteristiċi ta’ dik l-infrastruttura ferrovjarja;
—
L-iżvilupp previst tad-domanda għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju;
—
Il-gwida strateġika mill-Istati Membri dwar l-użu tal-kapaċità, meta l-Istati Membri jkunu pprovdew gwida bħal din;
—
Il-kapaċità allokata fi ftehimiet qafas u l-kapaċità li tista’ tkun meħtieġa biex jingħataw servizzi tat-trasport skont kuntratti tas-servizz pubbliku;
—
L-informazzjoni dwar id-disponibbiltà u l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja, inkluż l-infrastruttura ddikjarata bħala użata ħafna jew konġestjonata;
—
Ix-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji ppjanati li jirriżultaw f’restrizzjonijiet tal-kapaċità b’impatt kbir.
Mudell tal-kapaċità (Artikolu 19)
—
L-informazzjoni kollha inkluża fl-istrateġija tal-kapaċità aġġornata u spjegata f’aktar dettall, fejn rilevanti;
—
Il-volum totali tal-kapaċità disponibbli, inkluż il-kapaċità fuq diversi networks, għall-applikanti skont it-taqsima tan-network inkluż il-volum tal-kapaċità disponibbli, mis-segment tas-suq tat-trasport ferrovjarju għal segment differenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u/jew mill-proċess tal-allokazzjoni, inkluż il-kapaċità salvagwardjata għal talbiet aktar tard u l-kapaċità assenjata mill-ftehimiet qafas;
—
Il-volum tal-kapaċità miżmuma għal restrizzjonijiet fil-kapaċità li jirriżultaw minn xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji b’impatt fuq l-istima tal-volum tat-traffiku kif stabbilit fit-Taqsima 3 ta’ dan l-Anness;
—
Dettall ġeografiku: id-diżaggregazzjoni f’sezzjonijiet xierqa tal-ippjanar li jirriflettu l-karatteristiċi tal-infrastruttura ferrovjarji u tad-domanda;
—
Ambitu temporali: perjodu wieħed tal-iskeda operatorja;
—
Dettall temporali: tal-inqas perspettiva annwali (restrizzjonijiet tal-kapaċità) u jum rappreżentattiv wieħed jew aktar (kapaċità disponibbli għat-talbiet).
Pjan tal-provvista tal-kapaċità (Artikolu 20)
—
L-informazzjoni kollha inkluża fil-mudell tal-kapaċità, aġġornata u f’aktar fid-dettall fejn rilevanti;
—
Il-kapaċità disponibbli għall-allokazzjoni lill-applikanti għall-perjodu tal-iskeda operatorja li għalih jirreferi l-pjan tal-provvista tal-kapaċità:
(i)
Fejn applikabbli skont l-Artikolu 20(5) u f’konformità mal-Artikolu 20(5) u (6), il-kapaċità disponibbli għat-talbiet ippjanata minn qabel, inkluż il-kapaċità f’diversi networks, definita fil-forma ta’ oġġetti ta’ kapaċità f’konformità mal-Artikolu 20(6);
(ii)
il-kapaċità li ma tkunx ġiet ippjanata minn qabel mill-maniġer tal-infrastruttura;
(iii)
il-kapaċità, li tkun disponibbli fil-faċilitajiet ta’ servizz imsemmija fl-Artikolu 31(1).
—
Il-kapaċità li mhix disponibbli għal allokazzjoni lill-applikanti:
(i)
restrizzjonijiet tal-kapaċità, definiti fil-forma ta’ oġġetti ta’ kapaċità, inkluż ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità msemmija fil-punt (2), it-Taqsima 3, ta’ dan l-Anness;
(ii)
il-kapaċità diġà allokata bi ftehimiet qafas f’konformità mal-Artikolu 33 jew bil-proċess tal-ippjanar rikorrenti pluriennali f’konformità mal-Artikolu 35;
(iii)
il-kapaċità riżervata għal finijiet oħra li mhumiex dawk stipulati fil-punti (i) u (ii), li għandha tiġi indikata b’mod ċar mill-maniġer tal-infrastruttura;
(iv)
kapaċità oħra diġà allokata, meta jiġi aġġornat il-pjan tal-provvista tal-kapaċità matul l-iskeda operatorja li għaliha jirreferi l-pjan tal-provvista tal-kapaċità.
—
Kapaċità alternattiva disponibbli waqt restrizzjonijiet tal-kapaċità;
—
Kapaċità alternattiva disponibbli fil-każ ta’ interruzzjonijiet fin-network;
—
Restrizzjonijiet applikabbli għall-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja speċjalizzata msemmija fl-Artikolu 26.
Taqsima 2
Skeda għall-ġestjoni strateġika tal-kapaċità msemmija fl-Artikoli 13, 18, 19 u 20
1.
Meta jkunu qed iħejju r-riżultati tanġibbli tal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità għal perjodu partikolari tal-iskeda operatorja, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jirrispettaw l-iskeda stipulata f’din it-Taqsima.Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rigward kwistjonijiet Ewropej u transfruntieri għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 57 u għandha tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkoordinaw ir-riżultati tanġibbli b’mod kontinwu fil-qafas tal-proċess ta’ koordinazzjoni previst mill-Artikolu 55.
Riżultat tanġibbli
Tappa
Skadenza (mhux aktar tard minn)
Strateġija tal-kapaċità (Artikolu 18)
Bidu tal-fażi ta’ elaborazzjoni tal-istrateġija tal-kapaċità
X–60
L-ewwel konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali
X–58
Pubblikazzjoni tal-abbozz ta’ strateġija u t-tieni konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali dwar l-abbozz ta’ strateġija
X–39
Pubblikazzjoni tal-istrateġija tal-kapaċità finali wara l-koordinazzjoni finali bejn il-maniġers tal-infrastruttura u filwaqt li jitqies kwalunkwe kumment li l-ERP setgħet ħarġet wara l-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-istrateġija tal-kapaċità
X–36
Mudell tal-kapaċità (Artikolu 19)
Bidu tat-tħejjija
X–36
Notifiki dwar il-ħtiġijiet ta’ kapaċità minn applikanti u applikanti potenzjali u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali
X–24
Pubblikazzjoni tal-abbozz tal-mudell tal-kapaċità u bidu tat-tieni konsultazzjoni mal-applikanti, il-partijiet ikkonċernati operazzjonali.
X–21
Tmiem tal-konsultazzjoni mal-applikanti u mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali u filwaqt li jitqies kwalunkwe kumment li l-korp regolatorju seta’ ħareġ wara l-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-mudell tal-kapaċità
X–19
Pubblikazzjoni tal-mudell tal-kapaċità finali wara koordinazzjoni finali bejn il-maniġers tal-infrastruttura
X–18
Pjan tal-provvista tal-kapaċità (Artikolu 20)
Bidu tat-tħejjija
X–18
Konsultazzjoni mal-applikanti u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali
X–14
Il-korp regolatorju għandu janalizza l-abbozz tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità u jista’ jieħu deċiżjoni li tirrikjedi li l-maniġer tal-infrastruttura jemenda l-pjan tal-provvista tal-kapaċità
X-14 sa X-13
Pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità msemmija fil-punt (2) tat-Taqsima 3 ta’ dan l-Anness
X–12
Pubblikazzjoni tal-pjan finali tal-provvista tal-kapaċità wara koordinazzjoni finali bejn il-maniġers tal-infrastruttura
X–11
Aġġornament tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità għal talbiet tard
X–6,5
Pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità msemmija fil-punt (5) tat-Taqsima 3 ta’ dan l-Anness
X–4
Adattament mill-ġdid tal-kapaċità riżervata għall-allokazzjoni bl-iskeda operatorja għal proċessi oħra tal-allokazzjoni
X–2
Aġġornament tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità biex ikun jirrifletti l-bidliet fil-kapaċità ppjanata minn qabel jew allokata
Sa X+12 mingħajr dewmien
Nota: “X–m” tfisser “m” xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-iskeda operatorja (“X”), f’konformità mat-Taqsima 4.
2.
B’deroga mill-punt (1), l-iskeda simplifikata u mqassra li ġejja tapplika għar-riżultat tanġibbli “Strateġija tal-kapaċità” fir-rigward tal-perjodi tal-iskeda operatorja li jibdew f’Diċembru 2030 u f’Diċembru 2031:Strateġija tal-kapaċità (Artikolu 18)
Pubblikazzjoni tal-abbozz tal-istrateġija u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali
X–38
Pubblikazzjoni tal-istrateġija tal-kapaċità finali wara l-koordinazzjoni finali bejn il-maniġers tal-infrastruttura u filwaqt li jitqies kwalunkwe kumment li l-ERP setgħet ħarġet wara l-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-istrateġija tal-kapaċità
X–36
Taqsima 3
Skeda u rekwiżiti għall-koordinazzjoni, il-konsultazzjoni u l-pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità li jinħolqu minħabba x-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji msemmija fl-Artikoli 11 u 37
1.
Ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità għandhom jiġu kklassifikati skont id-durata tagħhom u l-impatt tagħhom fuq it-traffiku (il-volum tat-traffiku affettwat stmat fuq linja ferrovjarja kuljum), skont it-tabella li ġejja.Tabella 1. Klassifika tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità
Durata
Impatt fuq it-traffiku
Finalizzazzjoni tal-ewwel koordinazzjoni u konsultazzjoni u pubblikazzjoni tal-abbozzi ta’ restrizzjonijiet tal-kapaċità
Finalizzazzjoni tat-tieni koordinazzjoni u konsultazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità b’impatt fuq aktar minn network wieħed
Pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet finali tal-kapaċità
Għoti ta’ dettalji dwar il-mogħdijiet ferrovjarji alternattivi offruti
Impatt kbir
Aktar minn 30 jum
Aktar minn 50 %
X–24
X–18
X–12
Impatt għoli
Aktar minn 7 ijiem
Aktar minn 30 %
X–24
X–13,5
X–12
Impatt medju
7 ijiem jew inqas
Aktar minn 50 %
X–13,5
X–12
Impatt baxx
7 ijiem jew inqas
Aktar minn 10 %
X–4
IT-4 Passiġġieri T-1 Merkanzija
“X–m” tfisser “m” xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-iskeda operatorja (“X”), f’konformità mat-Taqsima 4
“T-M” tfisser “m” xhur qabel il-bidu tal-vjaġġ tal-ferrovija kkonċernat
2.
Fir-rigward tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità li għandhom impatt kbir jew għoli, il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jippubblikaw ir-restrizzjonijiet kollha tal-kapaċità u r-riżultati preliminari ta’ konsultazzjoni mal-applikanti għall-ewwel darba mill-inqas 24 xahar u, f’forma aġġornata, għat-tieni darba mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidla fl-iskeda operatorja kkonċernata. Dawk ir-restrizzjonijiet infrastrutturali ferrovjarji għandhom jiġu inklużi fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20.3.
Meta jippubblika r-restrizzjonijiet tal-kapaċità skont il-punt (2) għall-ewwel darba, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jniedi konsultazzjoni mal-applikanti u mal-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi kkonċernati dwar ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità. Meta tkun meħtieġa koordinazzjoni skont il-punt (4) bejn l-ewwel u t-tieni pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-applikanti u mal-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi kkonċernati għat-tieni darba bejn it-tmiem ta’ dik il-koordinazzjoni u t-tieni pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità.4.
Qabel ma jippubblikaw ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità f’konformità mal-punt (1), jekk l-impatt tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ma jkunx limitat għal network wieħed, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkoordinaw bejniethom u, jekk ikun meħtieġ, mal-applikanti kkonċernati u mal-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi kkonċernati.Il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni finali qabel it-tieni pubblikazzjoni għandha titlesta:
(a)
sa mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel il-bidla tal-iskeda operatorja għar-restrizzjonijiet tal-kapaċità b’impatt kbir.
(b)
sa mhux aktar tard minn 13-il xahar u 15-il jum qabel il-bidla tal-iskeda operatorja għal restrizzjonijiet tal-kapaċità b’impatt għoli.
(c)
sa mhux aktar tard minn 13-il xahar u 15-il jum qabel il-bidla tal-iskeda operatorja għar-restrizzjonijiet tal-kapaċità b’impatt medju.
Il-pubblikazzjoni finali tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità b’impatt kbir, għoli u medju għandha titlesta mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidla fl-iskeda operatorja kkonċernata.
5.
Rigward restrizzjonijiet tal-kapaċità b’impatt baxx li jseħħu matul il-perjodu tal-iskeda tal-ħinijiet li jmiss u li l-maniġer tal-infrastruttura jsir jaf bihom mhux aktar tard minn sitt xhur u 15-il jum qabel il-bidla fl-iskeda operatorja, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-applikanti kkonċernati dwar ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità previsti u jikkomunika r-restrizzjonijiet tal-kapaċità aġġornati tal-anqas erba’ xhur qabel il-bidla fl-iskeda operatorja. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi dettalji dwar il-mogħdijiet ferrovjarji offruti għall-ferroviji tal-passiġġieri sa mhux aktar tard minn erba’ xhur, u għall-ferroviji tal-merkanzija sa mhux aktar tard minn xahar, qabel tibda r-restrizzjoni tal-kapaċità, sakemm il-maniġer tal-infrastruttura u l-applikanti kkonċernati ma jkunux ftiehmu fuq perjodu iqsar.6.
Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiddeċiedu li japplikaw limiti aktar stretti għar-restrizzjonijiet tal-kapaċità abbażi ta’ persentaġġi aktar baxxi tal-istima tal-volum tat-traffiku jew durati iqsar minn dawk indikati fit-Taqsima 3 ta’ dan l-Anness jew li japplikaw kriterji oħra apparti dawk imsemmija f’dan l-Anness, wara konsultazzjoni mal-applikanti u mal-operaturi tal-faċilità. Dawn għandhom jippubblikaw il-limiti u l-kriterji għar-raggruppament tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità fid-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar in-network kif imsemmia fil-punt (2) tal-Anness V.7.
L-informazzjoni li jridu jagħti l-maniġer tal-infrastruttura meta jaġixxi f’konformità mal-punti (1) jew (5) jew l-Artikolu 37(5) għandha tinkludi:(a)
il-jum ippjanat;
(b)
il-ħin tal-ġurnata u, malli tkun tista’ tiġi ffissata, is-siegħa tal-bidu u tat-tmiem tar-restrizzjoni tal-kapaċità;
(c)
is-sezzjoni fuq il-linja affettwata mir-restrizzjoni;
(d)
meta applikabbli, il-kapaċità fil-linji devjazzjonarji.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika dik l-informazzjoni, jew ħolqa fejn din tista’ tinstab, fid-dikjarazzjoni dwar in-network tiegħu kif imsemmi fil-punt (2) tal-Anness V. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jżomm din l-informazzjoni aġġornata. Barra minn hekk, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw din l-informazzjoni b’format diġitali f’konformità mal-Artikoli 10 u 66.
8.
Fil-każ ta’ restrizzjonijiet tal-kapaċità b’impatt kbir, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi lill-applikanti fuq it-talba tagħhom waqt l-ewwel sessjoni ta’ konsultazzjoni, b’paragun tal-kundizzjonijiet li jiġu ffaċċjati f’mill-inqas żewġ alternattivi tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jfassal dawk l-alternattivi abbażi tal-kontribut li jkunu taw l-applikanti fit-talba tagħhom u b’mod konġunt magħhom.Għal kull alternattiva, il-paragun għandu jinkludi tal-inqas:
(a)
id-durata tar-restrizzjoni tal-kapaċità,
(b)
l-imposti indikattivi dovuti mistennija tal-infrastruttura,
(c)
il-kapaċità disponibbli fil-linji devjazzjonarji,
(d)
ir-rotot alternattivi disponibbli, u
(e)
il-ħinijiet tal-ivvjaġġar indikattivi.
Qabel ma jagħżel bejn l-alternattivi tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta mal-applikanti interessati u jqis l-impatti tal-alternattivi differenti fuq dawk l-applikanti u fuq l-utenti tas-servizzi. Jekk l-analiżi tar-restrizzjonijiet alternattivi tal-kapaċità tikkonċerna aktar minn maniġer tal-infrastruttura wieħed, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkoordinaw bejniethom.
9.
Rigward ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità b’impatt kbir, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi kriterji li skonthom il-ferroviji ta’ kull tip ta’ servizz jenħtieġu ridirezzjonar, filwaqt li jqis ir-restrizzjonijiet kummerċjali u operazzjonali tal-applikant, sakemm dawk ir-restrizzjonijiet operazzjonali ma jirriżultawx minn deċiżjonijiet maniġerjali jew organizzattivi tal-applikant, u mingħajr preġudizzju għall-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-maniġer tal-infrastruttura f’konformità mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2012/34/UE. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika dawk il-kriterji fid-dikjarazzjoni dwar in-network.10.
L-ENIM għandu jippubblika l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (7) fuq is-sit web tiegħu.Taqsima 4
Skeda għall-allokazzjoni tal-kapaċità permezz tal-proċess annwali tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikoli 34 u 40
1.
Il-maniġer tal-infrastruttura u l-applikanti għandhom ikunu konformi mal-iskeda li ġejja:Tappa jew perjodu taż-żmien
Skadenza jew durata
Perjodu tal-validità tal-iskeda operatorja (“perjodu tal-iskeda operatorja”)
Jibda minn nofsillejl tat-tieni Sibt ta’ Diċembru sa nofsillejl tat-tieni Sibt ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara.
Dħul fis-seħħ tal-iskeda operatorja
F’nofsillejl tat-tieni Sibt f’Diċembru
Pubblikazzjoni tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità
F’konformità mat-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness
Pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità li jinħolqu minħabba xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji
F’konformità mat-Taqsimiet 2 u 3 ta’ dan l-Anness
Skadenza għall-applikanti biex jissottomettu talbiet għad-drittijiet tal-kapaċità
X–9,5
Tħejjija tal-abbozz tal-iskeda operatorja
Skadenza għall-maniġer jew maniġers tal-infrastruttura biex jissottomettu abbozz tal-offerta tal-kapaċità lill-applikanti
X–7,5
Finalizzazzjoni tal-konsultazzjoni mal-applikanti
X–6,5
Skadenza għall-maniġer jew maniġers tal-infrastruttura biex jippreżentaw offerta finali tal-kapaċità lill-applikanti
X–5,5
Pubblikazzjoni tal-iskeda operatorja
Skadenza għall-maniġer tal-infrastruttura biex jalloka drittijiet tal-kapaċità lill-applikanti
X–5,25
Konverżjoni ta’ speċifikazzjonijiet tal-kapaċità f’mogħdijiet ferrovjarji
Trid tiġi speċifikata mill-maniġers tal-infrastruttura filwaqt fid-dikjarazzjoni dwar in-network li jqisu l-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 7
Nota: “X–m” tfisser “m” xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-iskeda operatorja (“X”)
2.
L-iskadenza biex l-applikanti jippreżentaw talbiet għad-drittijiet tal-kapaċità stabbiliti fit-tabella tal-punt (1) għandha tkun l-iskadenza għat-talbiet għall-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2012/34/UE.Taqsima 5
Skeda għal allokazzjoni tal-kapaċità permezz ta’ ftehimiet qafas imsemmija fl-Artikoli 33 u 40
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonforma mal-iskeda li ġejja:
Perjodu taż-żmien
Durata
Perjodu standard tal-validità tal-ftehimiet qafas
5 snin
Konverżjoni ta’ speċifikazzjonijiet tal-kapaċità f’mogħdijiet ferrovjarji
Bejn X–9,5 u X–7,5 (b’mod konġunt mal-koordinazzjoni skont il-proċess annwali tal-allokazzjoni msemmi fit-Taqsima 4)
Nota: “X–m” tfisser “m” xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-iskeda operatorja (“X”), f’konformità mat-Taqsima 4
Taqsima 6
Skeda għall-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità tal-ippjanar rikorrenti msemmi fl-Artikoli 35 u 40
Il-maniġer tal-infrastruttura u l-applikanti għandhom jikkonformaw mal-iskeda li ġejja tul il-proċess tal-ippjanar tal-allokazzjoni tal-kapaċità rikorrenti:
Tappa jew perjodu taż-żmien
Skadenza jew durata
L-aktar mument kmieni għall-applikanti biex jissottomettu talbiet għall-kapaċità taħt il-proċess tal-ippjanar tal-allokazzjoni tal-kapaċità rikorrenti
Erba’ xhur qabel l-ewwel vjaġġ ferrovjarju
L-aħħar mument għall-applikanti biex jissottomettu talbiet għall-kapaċità kapaċità taħt il-proċess tal-ippjanar tal-allokazzjoni tal-kapaċità rikorrenti
Xahar qabel l-ewwel vjaġġ ferrovjarju
Durata massima tad-drittijiet tal-kapaċità mogħtija taħt il-proċess tal-ippjanar tal-allokazzjoni tal-kapaċità rikorrenti
36 xahar li jibdew mill-ewwel vjaġġ ferrovjarju
Konverżjoni ta’ speċifikazzjonijiet tal-kapaċità f’mogħdijiet ferrovjarji għal drittijiet tal-kapaċità mogħtija f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a) tal-Artikolu 35
Trid tiġi speċifikata mill-maniġers tal-infrastruttura filwaqt li jqisu l-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 7
Konverżjoni ta’ speċifikazzjonijiet tal-kapaċità f’mogħdijiet ferrovjarji għal drittijiet tal-kapaċità mogħtija f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b) tal-Artikolu 35
Trid tiġi speċifikata mill-maniġers tal-infrastruttura filwaqt li jqisu l-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 7
Perjodu massimu biex il-maniġers tal-infrastruttura jħejju offerta tad-drittijiet tal-kapaċità taħt il-proċess tal-ippjanar tal-allokazzjoni tal-kapaċitàrikorrenti
15-il jum
Nota: “X–m” tfisser “m” xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-iskeda operatorja (“X”), f’konformità mat-Taqsima 4
Taqsima 7
Skeda għall-allokazzjoni tal-kapaċità ferrovjarja permezz tal-proċess ad hoc imsemmi fl-Artikoli 36 u 40
Meta jalloka l-kapaċità infrastrutturali permezz tal-proċess ad hoc, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonforma mal-iskeda li ġejja:
Perjodu taż-żmien
Durata
Perjodu massimu biex il-maniġers tal-infrastruttura jħejju offerta tad-drittijiet tal-kapaċità
Sebat ijiem kalendarji u fi kwalunkwe każ 24 siegħa qabel il-bidu tas-servizz ferrovjarju
Taqsima 8
Skeda għal bidliet fil-kapaċità allokata msemmija fl-Artikolu 41
Meta jibdel id-drittijiet tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonforma mal-iskeda li ġejja:
Tappa jew perjodu taż-żmien
Skadenza jew durata
Żmien massimu biex il-maniġer tal-infrastruttura joffri dritt ta’ kapaċità alternattiva li jinvolvi network wieħed
Erbat ijiem kalendarji u fi kwalunkwe każ 24 siegħa qabel il-bidu tas-servizz ferrovjarju
Żmien massimu biex il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati joffru dritt alternattiv tal-kapaċità f’diversi networks
Tmint ijiem kalendarji u fi kwalunkwe każ 24 siegħa qabel il-bidu tas-servizz ferrovjarju
ANNESS II
LIMITI GĦAD-DIKJARAZZJONI TA’ INFRASTRUTTURA FERROVJARJA UŻATA ĦAFNA U KONĠESTJONATA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 23
Użu
Klassifikazzjoni
Użu tal-kapaċità
Perjodu ta’ referenza
Traffiku eteroġenju
Użata ħafna
> 85 % tal-kapaċità teoretika
Aktar minn erba’ sigħat għal aktar minn 200 jum fis-sena
Traffiku eteroġenju
Konġestjonata
> 95 % tal-kapaċità teoretika
Aktar minn erba’ sigħat għal aktar minn 250 jum fis-sena
Traffiku omoġenu
Użata ħafna
> 90 % tal-kapaċità teoretika
Aktar minn erba’ sigħat għal aktar minn 200 jum fis-sena
Traffiku omoġenju
Konġestjonata
> 95 % tal-kapaċità teoretika
Aktar minn erba’ sigħat għal aktar minn 250 jum fis-sena
“Użu tal-kapaċità” tfisser il-proporzjon bejn il-kapaċità allokata, jew għall-perjodi preċedenti tal-iskeda tal-ħinijiet, in-numru effettiv ta’ ferroviji li qed jaħdmu u l-kapaċità teoretika disponibbli fuq element tal-infrastruttura ferrovjarja abbażi tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 23(2).
“Traffiku omoġenju” tfisser li l-ferroviji fis-sezzjoni kkonċernata ġeneralment ikollhom karatteristiċi simili rilevanti għall-użu tal-kapaċità, b’mod partikolari l-veloċità, ix-xeħta tal-waqfien u l-aċċellerazzjoni.
“Traffiku eteroġenju” tfisser li l-ferroviji fis-sezzjoni kkonċernata jvarjaw fil-karatteristiċi rilevanti għall-użu tal-kapaċità, b’mod partikolari l-veloċità, ix-xeħta tal-waqfien u l-aċċellerazzjoni.
ANNESS III
KONTENUT TAL-QAFAS EWROPEW GĦALL-ĠESTJONI TAL-KAPAĊITÀ MSEMMI FL-ARTIKOLU 7
Il-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 7 għandu jkun fih tal-inqas l-elementi li ġejjin:
Element
Referenza/i
Tipi u deskrizzjoni tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju li jridu jintużaw għall-ippjanar strateġiku tal-kapaċità i
Artikolu 14(2)
Għodod, metodoloġiji, arranġamenti proċedurali komuni għall-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, inkluż għall-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, inkluż għan-Notifiki dwar il-Ħtiġijiet ta’ Kapaċità.
Artikolu 14(4), Artikolu 14(10), Artikolu 15, Artikolu 16, Artikolu 19(1), Artikolu 57
Linji gwida li jistabbilixxu l-proċeduri u l-metodoloġiji li għandhom jintużaw għall-analiżi tas-suq tat-trasport
Artikolu 17(3)
Mezzi għall-pubblikazzjoni tal-pjan u l-proċess tal-provvista tal-kapaċità għall-konsultazzjoni mal-applikanti
Artikolu 20(11)
Linji gwida dwar id-definizzjoni tal-limiti li fihom il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jipproponi mudell tal-kapaċità, jew pjan tal-provvista tal-kapaċità, li jkun differenti mill-kontribut riċevut
Artikolu 19(3), Artikolu 20(7)
Kriterji u proċeduri għall-allokazzjoni tal-kapaċità ppjanata minn qabel inkluża fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità.
Artikolu 22(4)
Speċifikazzjonijiet għall-oġġetti tal-ippjanar tal-kapaċità b’format li jinqara mill-bniedem u minn magna
Artikolu 22(5)
Metodu komuni dwar l-użu tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja
Artikolu 23(2)
Il-metodoloġija għall-valutazzjoni u l-lista tal-parametri relatati mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u l-kriterji soċjoekonomiċi u ambjentali, inkluż il-lista tal-parametri, il-valuri tal-parametri standard, jew il-firxiet tal-valuri standard
Artikolu 27(4), Artikolu 39(4)
Karatteristiċi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kapaċità
Artikolu 28(1)
Firxiet għall-kwoti ta’ limitu applikabbli għall-kanċellazzjoni tad-drittijiet tal-kapaċità mhux użata
Artikolu 29(3)
Proċeduri u metodi għall-koordinazzjoni tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, inkluż rekwiżiti minimi tal-kwalità.
Artikolu 30(5)
Linji gwida dwar id-definizzjoni tal-limiti rigward id-differenzi bejn it-talbiet għall-kapaċità mill-applikanti u l-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja proposta mill-maniġers tal-infrastruttura fil-proċess tar-riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti.
Artikolu 38(2)
Linji gwida għall-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti inkluż mill-inqas talba waħda ta’ kapaċità f’diversi networks
Artikolu 38(7)
Proċeduri għall-ġestjoni tal-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità wara l-allokazzjoni.
Artikolu 41(10)
Linji gwida għall-applikazzjoni tal-modulazzjoni tal-penali
Artikolu 42(6)
Linji gwida għal konsultazzjoni xierqa u regolari mal-partijiet ikkonċernati dwar kwistjonijiet Ewropej u transfruntieri
Artikolu 57(2)
ANNESS IV
IL-LIVELL MINIMU U MASSIMU TAL-PENALI, F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 42
Il-livell minimu tal-penali qabel il-modulazzjoni possibbli għandu jkun ta’ EUR 1/km tal-mogħdija ferrovjarja affettwata.
Il-livell massimu tal-penali qabel il-modulazzjoni possibbli għandu jkun ta’ EUR 8/km tal-mogħdija ferrovjarja affettwata.
ANNESS V
KONTENUT TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NETWORK IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 27 TAD-DIRETTIVA 2012/34/UE – IT-TAQSIMA DWAR IL-ĠESTJONI TAL-KAPAĊITÀ U L-ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU
Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2012/34/UE, id-dikjarazzjoni dwar in-network msemmija f’dak l-Artikolu għandu jkun fiha:
(1)
taqsima li tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura ferrovjarja li tkun disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għaliha. Dik it-taqsima għandha tirreferi għall-informazzjoni disponibbli fir-reġistru tal-infrastruttura msemmi fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2016/797;
(2)
taqsima dwar il-prinċipji u l-kriterji għall-ġestjoni tal-kapaċità. Din għandha tistipula l-karatteristiċi ġenerali tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja li tkun disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u kull restrizzjoni relatata mal-użu tagħha, inkluż il-ħtiġijiet tal-kapaċità aktarx meħtieġa għall-manutenzjoni. Għandha tispeċifika wkoll il-proċeduri u l-iskadenzi relatati mal-proċess tal-ġestjoni tal-kapaċità. Għandha tinkludi kriterji speċifiċi li jintużaw waqt dak il-proċess, b’mod partikolari:
(a)
il-proċeduri li bihom l-applikanti jiġu kkonsultati dwar l-ippjanar strateġiku tal-kapaċità u jingħataw in-notifiki tal-ħtiġijiet ta’ kapaċità;
(b)
il-proċeduri li bihom l-applikanti jistgħu jitolbu kapaċità mingħand il-maniġer tal-infrastruttura;
(c)
ir-rekwiżiti li jirregolaw l-applikanti;
(d)
l-iskeda għall-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, għall-applikazzjoni, l-allokazzjoni, l-adattament u l-proċessi tal-iskedar mill-ġdid, u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex tintalab informazzjoni dwar l-iskedar u l-proċeduri għall-iskedar tax-xogħol tal-manutenzjoni ppjanat u mhux previst;
(e)
il-prinċipji li jirregolaw il-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 38 u l-mekkaniżmu formali għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 39;
(f)
l-istruttura u l-livell tal-penali għal bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità;
(g)
il-proċeduri li għandhom jintużaw u l-kriterji użati meta l-infrastruttura ferrovjarja tkun użata ħafna jew konġestjonata;
(h)
dettalji dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja;
(i)
spjegazzjoni ta’ kull devjazzjoni mill-qafas Ewropew imsemmi fl-Artikolu 7;
(3)
taqsima dwar l-operazzjonijiet, inkluż dwar il-ġestjoni tat-traffiku, il-ġestjoni tat-tfixkil u l-ġestjoni tal-kriżijiet. Din għandha tistipula l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttivi (UE) 2016/797, (UE) 2016/798 u 2007/59/KE, inkluż:
(a)
ir-regoli operazzjonali, inkluż ir-regoli ta’ prijorità jew il-prinċipji ta’ prijorità għall-ġestjoni tat-traffiku, lista tar-regoli tekniċi, operazzjonali u tas-sikurezza u tar-regoli relatati mal-persunal operazzjonali, jew referenzi għalihom;
(b)
il-miżuri operazzjonali, inkluż ir-regoli u l-proċeduri għall-ġestjoni tat-tfixkil u l-ġestjoni tal-kriżijiet, il-komunikazzjoni operazzjonali u l-iskambju tad-data mal-impriżi ferrovjarji u ma’ partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra;
(c)
lista tas-sistemi tal-informazzjoni użati fl-operazzjonijiet, u referenzi għalihom;
(d)
spjegazzjoni ta’ kull devjazzjoni mill-qafas Ewropew imsemmi fl-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament;
(4)
Taqsima dwar l-elementi ewlenin tal-ġestjoni tal-prestazzjoni, inkluż b’mod partikolari:
(a)
referenzi għall-objettivi tal-prestazzjoni stipulati fil-pjan kummerċjali msemmi fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2012/34/UE u fil-ftehim kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva;
(b)
proċeduri għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar il-progress fl-ilħuq tal-miri, biex jingħarfu l-kawżi tan-nuqqasijiet fil-prestazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali u biex jitfasslu u jitwettqu miżuri ta’ rimedju li jtejbu l-prestazzjoni;
(c)
spjegazzjoni ta’ kull devjazzjoni mill-qafas Ewropew imsemmi fl-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament.
ANNESS VI
KONTENUT TAL-QAFAS EWROPEW GĦALL-KOORDINAZZJONI TAL-ĠESTJONI TRANSFRUNTIERA TAT-TRAFFIKU, IL-ĠESTJONI TRANSFRUNTIERA TAT-TFIXKIL U L-ĠESTJONI TRANSFRUNTIERA TAL-KRIŻIJIET IMSEMMI FL-ARTIKOLU 46
Il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni transfruntiera tat-traffiku, il-ġestjoni transfruntiera tat-tfixkil u l-ġestjoni transfruntiera tal-kriżijiet għandu jkun fih tal-inqas l-elementi li ġejjin:
Element
Referenza/i
Regoli u proċeduri għall-ġestjoni tat-traffiku u għall-ġestjoni tat-tfixkil u l-ġestjoni tal-kriżijiet li jridu jqisu l-maniġers tal-infrastruttura meta jistabbilixxu regoli u proċeduri għall-ġestjoni tat-traffiku.
Artikolu 45
Regoli u proċeduri komuni għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku, il-ġestjoni tat-tfixkil u l-ġestjoni tal-kriżijiet bejn il-maniġers tal-infrastruttura u mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali.
Artikolu 44, Artikolu 45, Artikolu 46(1), Artikolu 46(4), Artikolu 47, Artikolu 48
Linji gwida għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità f’każ ta’ interruzzjonijiet fin-network u sitwazzjonijiet ta’ kriżi.
Artikolu 43(2)
Definizzjoni tar-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali involuti fil-ġestjoni tat-traffiku transfruntier, skont sett ta’ proċeduri operazzjonali, tappi u interfaċċi miftiehma.
Artikolu 47
Proċeduri, regoli, għodod u interfaċċi għall-komunikazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni, inkluż għodod u interfaċċi diġitali armonizzati, bejn il-maniġers tal-infrastruttura, il-partijiet ikkonċernati operazzjonali u partijiet ikkonċernati oħra, b’mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi.
Artikolu 47, Artikolu 50, Artikolu 66
Prinċipji biex jiġu stabbiliti gruppi tal-koordinazzjoni dedikati b’rabta mal-ġestjoni tat-traffiku, il-ġestjoni tat-tfixkil u l-ġestjoni tal-kriżijiet.
Artikolu 55(2)
Arranġamenti għal simulazzjoni u taħriġ, b’mod partikolari b’rabta ma’ tfixkil u sitwazzjonijiet ta’ kriżi
Artikolu 49(7)
Metodu komuni għall-istima tal-kundizzjonijiet fuq id-durata u l-impatt li x’aktarx ikun hemm fuq it-traffiku u l-kontenut tar-rapport tal-inċident tal-koordinatur tan-network
Artikolu 48(7)
Linji gwida bl-iskop li jiżguraw konsultazzjoni xierqa u regolari mal-partijiet ikkonċernati dwar kwistjonijiet Ewropej u transfruntieri
Artikolu 57(2)
ANNESS VII
TFIXKIL FIN-NETWORKS IMSEMMI FL-ARTIKOLU 48
Tip ta’ inċident
Stima tad-durata probabbli
Stima tal-impatt probabbli
Tfixkil fin-network
Ir-ritorn għal-livelli ta’ qabel l-inċident tal-kapaċità disponibbli għal użu ferrovjarju jeħtieġ tlett ijiem jew aktar
—
50 % jew aktar tal-ferroviji fis-sezzjoni affettwata li joperaw f’network wieħed jeħtieġu trattament operazzjonali
—
Inqas minn 50 % tal-ferroviji fis-sezzjoni affettwata li joperaw f’aktar minn network wieħed jeħtieġu jew mistennija jkunu jeħtieġu trattament operazzjonali
Tfixkil f’diversi networks
Ir-ritorn għal-livelli ta’ qabel l-inċident tal-kapaċità disponibbli għal użu ferrovjarju jeħtieġ tlett ijiem jew aktar
—
50 % jew aktar tal-ferroviji fis-sezzjoni affettwata li joperaw f’aktar minn network wieħed jeħtieġu jew mistennija jkunu jeħtieġu trattament operazzjonali
ANNESS VIII
KONTENUT TAL-QAFAS EWROPEW GĦAR-RIEŻAMI TAL-PRESTAZZJONI MSEMMI FL-ARTIKOLU 52
Qasam ta’ prestazzjoni
Kwistjonijiet rilevanti (indikattivi)
Infrastruttura u tagħmir ferrovjarji
—
Kapaċità u kapaċitajiet tal-infrastruttura fiżika u tat-tagħmir tagħha, inkluż l-użu tal-istandards TEN-T
—
Tnaqqis fil-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja minħabba tiġdid, manutenzjoni jew tiswija tal-infrastruttura ferrovjarja differiti
Kapaċità infrastrutturali ferrovjarja
—
Offerta tal-kapaċità mil-lat ta’ kwantità u kwalità
—
Użu tal-kapaċità, kapaċità riżervata biex takkomoda t-tkabbir tat-traffiku
—
Konsistenza bejn il-kapaċità disponibbli (ippjanata jew mhux ippjanata) u l-ħtiġijiet tas-suq, fil-livelli uniċi u f’diversi networks
—
Stabbiltà tal-offerta tal-kapaċità, b’mod partikolari b’rabta max-xogħlijiet infrastrutturali ferrovjarji
—
Infrastruttura ferrovjarja konġestjonata
—
Ħinijiet tal-waqfien ippjanati tal-ferroviji fl-istazzjonijiet tal-fruntiera
Ġestjoni tat-traffiku
—
Puntwalità / dewmien ta’ tipi differenti ta’ servizzi ferrovjarji, fl-oriġini, fil-waqfiet intermedji u fid-destinazzjoni u f’postijiet operazzjonalment importanti
—
Kanċellazzjonijiet ferrovjarji
—
Ħinijiet tal-waqfien effettivi tal-ferroviji fl-istazzjonijiet tal-fruntiera
Ġestjoni tat-tfixkil u ġestjoni tal-kriżijiet
—
Sehem tat-traffiku li tista’ tiddawwarlu r-rotta jew jiġi skedat mill-ġdid waqt it-tfixkil jew kriżi
—
Impatt tat-tfixkil fuq it-traffiku ferrovjarju mil-lat ta’ dewmien u kanċellazzjonijiet
—
Impatt tat-tfixkil fuq l-operaturi tas-servizzi ferrovjarji u l-klijenti tagħhom
—
Kwistjonijiet speċifiċi li ltaqgħu magħhom (kwalitattivi)
Adozzjoni u prestazzjoni tas-servizzi, l-għodod u l-interfaċċi diġitali
—
Appoġġ tal-proċessi relatati mal-ġestjoni tal-kapaċità, il-ġestjoni tat-traffiku u l-ġestjoni tat-tfixkil
—
Kompletezza u kwalità tal-informazzjoni u tad-data pprovduti kif ukoll faċilità ta’ aċċess għall-partijiet ikkonċernati operazzjonali
—
Allinjament mal-arkitettura Ewropea żviluppata fl-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797
Konformità mar-regolamentazzjoni; sorveljanza regolatorja
—
Indikaturi tal-proċess li jimmonitorjaw il-konformità mar-regoli u l-proċeduri
—
Ilmenti ppreżentati lill-korpi regolatorji u lill-ENRRB
Arranġamenti għal rieżami tal-prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet, inkluż il-koordinazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati operazzjonali
Linji gwida bl-iskop li jiżguraw konsultazzjoni xierqa u regolari mal-partijiet ikkonċernati dwar kwistjonijiet Ewropej u transfruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 57(2)
ANNESS IX
INFORMAZZJONI LI TRID TINGĦATA LILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI OPERAZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 50
L-informazzjoni li ġejja, mogħtija fejn applikabbli f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati skontha, u soġġett għar-responsabbiltajiet rispettivi tal-partijiet ikkonċernati kif imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/253 (1) għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament:
Informazzjoni pprovduta mill-maniġer tal-infrastruttura:
—
Numru tal-ferrovija
—
Rappurtar dwar il-ferrovija
—
Allokazzjoni tal-mogħdijiet
—
Informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija u tbassir dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija
—
Informazzjoni dwar interruzzjoni tas-servizz
—
Skambju tad-data għal titjib tal-kwalità
Informazzjoni pprovduta minn partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra:
—
Data tan-nota ta’ konsenja
—
Talba ta’ mogħdija
—
Preparazzjoni tal-ferrovija
—
Informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija u tbassir dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija
—
Informazzjoni dwar interruzzjoni tas-servizz
—
Stima tal-Ħin tat-Tluq (ETD) tal-Vjeġġ, Stima tal-Ħin tal-Interkambju (ETI), Stima tal-Ħin tal-Wasla (ETA)
—
Moviment tal-vaguni
—
Skambju tad-data għal titjib tal-kwalità
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/253 tas-6 ta’ Frar 2026 dwar speċifikazzjoni teknika relatata mas-subsistema telematika tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea għall-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data fit-trasport ferrovjarju (“TSI TEL”) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 (“TSI TAP”) u (UE) Nru 1305/2014 (“TSI TAF”) (ĠU L, 2026/253, 10.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/253/oj).
ANNESS X
TABELLI TA’ KORRELAZZJONI
1. Tabella ta’ korrelazzjoni għad-dispożizzjonijiet imħassra fid-Direttiva 2012/34/UE
Id-Direttiva 2012/34/UE
Dan ir-Regolament
Artikolu 2(6)
Artikolu 40(2)
Artikolu 3, il-punt (20)
Artikolu 23 u Anness II
Artikolu 3, il-punt (22)
Artikoli 38 u 39
Artikolu 3, il-punt (23)
Artikolu 5, il-punt (6) u Artikolu 33
Artikolu 3, il-punt (27)
Artikolu 5, il-punt (9)
Artikolu 3, il-punt (28)
Artikolu 5, il-punt (14)
Artikolu 7b(1)
Artikolu 3(1)
Artikolu 7b(2)
Artikolu 3(3)
Artikolu 7b(3)
Artikolu 3(4) u Artikolu 2(4), il-punt (b)
Artikolu 36
Artikolu 42
Artikolu 38(1)
Artikolu 28(1), it-tieni subparagrafu u Artikolu 28(5)
Artikolu 38(2)
Artikolu 28(3)
Artikolu 38(3)
Artikolu 28(4)
Artikolu 38(4)
Artikolu 28(6)
Artikolu 39(1)
Artikolu 13(3)
Artikolu 39(2)
Artikolu 3(2)
Artikolu 40(1)
Artikolu 16, Artikolu 30 u Artikolu 55
Artikolu 40(2)
Artikolu 58(10), Artikolu 61(2), Artikolu 67(1), Artikolu 68(1) u (7)
Artikolu 40(3)
Artikolu 58(3) u (8)
Artikolu 40(4)
Artikolu 56(1)
Artikolu 40(5)
—
Artikolu 41(1)
Artikolu 8(1)
Artikolu 41(2)
Artikolu 8(2)
Artikolu 41(3)
Artikolu 8(3)
Artikolu 42(1)
Artikolu 33(1)
Artikolu 42(2)
Artikolu 33(6)
Artikolu 42(3)
Artikolu 33(7)
Artikolu 42(4)
Artikolu 33(7)
Artikolu 42(5)
Artikolu 33(8) u Anness I, it-Taqsima 5
Artikolu 42(6)
Artikolu 33(9)
Artikolu 42(7)
Artikolu 33(11)
Artikolu 42(8)
Artikolu 33(12)
Artikolu 43(1)
Artikolu 40(1), Artikolu 34(5), (6), (7), Artikolu 35(1) u (2) u Anness I, it-Taqsimiet 2, 4, 5, 6 u 7
Artikolu 43(2)
Artikolu 11(9), Artikolu 13(2), Artikolu 23(9), Artikolu 40(3), u Artikolu 41(11)
Artikolu 43(3)
—
Artikolu 44(1)
Artikolu 28(1)
Artikolu 44(2)
Artikolu 34(6) u (7)
Artikolu 44(3)
Artikolu 33(4)
Artikolu 44(4)
Artikolu 30 u Artikolu 66(5)
Artikolu 45(1)
Artikolu 34(1)
Artikolu 45(2)
Artikolu 27
Artikolu 45(3)
Artikolu 34(9)
Artikolu 45(4)
Artikolu 34(9)
Artikolu 46(1)
Artikolu 38(1)
Artikolu 46(2)
Artikolu 38(2)
Artikolu 46(3)
Artikolu 38(3)
Artikolu 46(4)
Artikolu 38(4)
Artikolu 46(5)
Artikolu 38(2)
Artikolu 46(6)
Artikolu 39
Artikolu 47(1)
Artikolu 23(1) u Anness II
Artikolu 47(2)
Artikolu 23(5)
Artikolu 47(3)
Artikolu 27(1)
Artikolu 47(4)
Artikolu 9(1) u (2) u Artikolu 13(3)
Artikolu 47(5)
Artikolu 9(1) u Artikolu 35
Artikolu 47(6)
Artikolu 23(6)
Artikolu 48(1)
Artikolu 36(1)
Artikolu 48(2)
Artikolu 20(5)
Artikolu 49(1)
Artikolu 26(1)
Artikolu 49(2)
Artikolu 26(2)
Artikolu 49(3)
Artikolu 26(3)
Artikolu 50(1)
Artikolu 24(1)
Artikolu 50(2)
Artikolu 24(2)
Artikolu 50(3)
Artikolu 24(1)
Artikolu 51(1)
Artikolu 23(1)
Artikolu 51(2)
Artikolu 25(1) u (2)
Artikolu 51(3)
Artikolu 25(4)
Artikolu 51(4)
Artikolu 25(5)
Artikolu 52(1)
Artikolu 14(9)
Artikolu 52(2)
Artikolu 29(3)
Artikolu 53(1)
Artikolu 37(1)
Artikolu 53(2)
Artikolu 11(2), (4) u Artikolu 37(3)
Artikolu 53(3)
Artikolu 10(1)
Artikolu 54(1)
Artikolu 45(3)
Artikolu 54(2)
Artikolu 45(5)
Artikolu 54(3)
Artikolu 45(7)
2. Tabella ta’ korrelazzjoni għar-Regolament (UE) Nru 913/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010
Dan ir-Regolament
Artikoli 1 sa 7
—
Artikolu 8
Artikoli 58(1) sa (7), (9), (10) u (11) u Artikolu 60(1), il-punti (a), (b) u (c) u (g) u Artikolu 60(2)
Artikolu 9(1)
Artikolu 16(1), Artikolu 24(3) u (4), Artikolu 25(3) u Artikolu 61
Artikolu 9(1), il-punti (a), (c), (d) u (e), Artikolu 9(2), Artikolu 9(3), Artikolu 9(4) u Artikolu 9(5)
—
Artikolu 9(1), il-punt (b)
Artikolu 17 u Artikolu 24(3) u (4)
Artikolu 10
—
Artikolu 11
Artikolu 58(1) sa (7), (9), (10) u (11)
Artikoli 12 sa 18
—
Artikolu 19
Artikolu 51 u Artikolu 70(7) u (8)
Artikoli 20 sa 25
—
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1184/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)
Top