Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2007 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-232/04)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Reġistru tal-Komunità għall-Oqsma tad-Dwieli – Deċiżjoni li tordna l-ħlas lura tas-somom imħallsa bħala depożitu”
1. Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG (Artikolu 10 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikoli 8(1) u 9, u Nru 2392/86, Artikoli 1 u 9(4)) (ara l-punti 41-49)
2. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 61-63)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/302/KE tat-30 ta’ Marzu 2004, dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-ispejjeż sostnuti mill-Greċja għat-twaqqif tar-Reġistru tal-Komunità għall-Oqsma tad-Dwieli (ĠU L 98, p. 57).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top