Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2007 – FG Marine vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-360/04)
“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lill-kumpannija Stardust Marine – Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja”
1. Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1c)) (ara l-punti 33-34)
2. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Natura kumulattiva –Dannu – Rabta kawżali – Oneru tal-prova (Artikolu 235 KE u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 40-41, 50-53)
Suġġett
Talba għal kumpens tad-dannu allegatament ikkawżat permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/513/KE, tat-8 ta’ Settembru 1999, dwar l-għajnuna mogħtija minn Franza lill-impriża Stardust Marine.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala mhux fondat.
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top