Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Jannar 2008 – Terezakis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-380/04)
“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar il-bini ta’ l-ajruport internazzjonali l-ġdid ta’Ateni fi Spata – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta’ interessi kummerċjali – Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta’ l-iskop ta’ verifiki – Aċċess parzjali”
Komunitajiet Ewropej – Istituzzjonijiet – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 (Artikolu 253 KE; Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikoli 2(3) u 4(1) sa (6)) (ara l-punti 38-46, 53-67, 69-73, 85-105, 153-155, 163)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2004 li tirrifjuta aċċess lir-rikorrent għal ċerti dokumenti dwar il-bini ta’ l-ajruport internazzjonali l-ġdid ta’ Ateni fi Spata.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2004 hija annullata sa fejn tikkonċerna ċ-ċaħda ta’ aċċess għall-kuntratt ta’ l-14 ta’ Ġunju 1996 iffirmat bejn Athens International Airport SA u konsorzju ta’ kumpanniji mmexxi minn Hochtief AG.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ioannis Terezakis għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.
4)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Ioannis Terezakis.
Top