Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-387/08)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet – Provvista ta’ servizzi informatiċi – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Rikors għal annullament – Kriterji u subkriterji ta’ għoti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Trattament ugwali – Trasparenza – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Talba għad-danni”
1. Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punti 30, 77)
2. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 31-38, 58-60, 63-67)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tal-20 ta’ Ġunju 2008, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti AO 10185, għas-servizzi informatiċi ta’ manutenzjoni tas-sistemi SEI-BUD/AMD/CR u s-servizzi relatati, kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha u 90 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li din tal-aħħar għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż ta’ Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.
Top