Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 – 4care vs UASI – Laboratorios Diafarm (Acumed)
(Kawża T-575/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Acumed – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AQUAMED ACTIVE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Xebh tal-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 55)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 1636/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Diafarm, SA u 4care AG.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
4care AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Acumed għall-prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 9 – Applikazzjoni Nru 4493136
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Laboratorios Diafarm, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Spanjola AQUAMED ACTIVE (Nru 2506452) għall-prodotti fil-klassi 5, u trade mark Komunitarja verbali AQUAMED ACTIVE (Nru°2882272) għall-prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
4care AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top