Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 – Kido vs UASI – Amberes (SCORPIONEXO)
(Kawża T-152/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SCORPIONEXO – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ESCORPION – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
1. Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Rikors ippreżentat espressament u fil-ħin mill-applikant - Possibbiltà li r-rikors jiġi ppreżentat għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 18-22)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39, 40, 81-83)
3. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 48)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Jannar 2008 (Każ R 287/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Amberes, SA u Kido Industrial Ltd.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Kido Industrial Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali SCORPIONEXO għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28 –Applikazzjoni Nru 3886249
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:
Amberes, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks figurattivi Spanjoli (Nru 39142 u Nru 499599, Nru 499600 u Nru 339140) u internazzjonali (Nru 206436 u Nru 206437), ikkostitwiti minn disinn ta’ skorpjun u tal-kelma ESCORPION, rispettivament irreġistrati għal prodotti fil-klassijiet 6, 8, 12, 16, 20, 21 u 28, u għal prodotti fil-klassijiet 22, 24 sa 26. Trade mark verbali Spanjola ESCORPION (Nru 555764) irreġistrata għal prodotti fil-klassi 25. Trade mark verbali Komunitarja ESCORPION (Nru 778217) irreġistrati għal prodotti fil-klassijiet 22, 24 sa 26
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li bbażat ruħha unikament fuq it-trade mark preċedenti Spanjola figurattiva Nru 339142, għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28, u l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal dawn il-prodotti miċħuda fl-intier tagħha.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell::
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kido Industrial Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top