Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2010 – Enercon vs UASI – BP (ENERCON)
(Kawża T-400/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ENERCON – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ENERGOL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 34, 35)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Lulju 2008 (Każ R 957/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BP plc u Enercon GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Enercon GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ENERCON għal prodotti fil-klassijiet 1, 2 u 4
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
BP plc
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 137828 tat-trade mark verbali ENERGOL għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa minbarra għall-prodotti li ġew ikkunsidrati li ma hemmx xebh bejniethom
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud għall-prodotti li kienu ġew ikkunsidrati li ma hemmx xebh bejniethom u l-kumplament tal-appell mhux milqugħ
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Enercon GmbH hija kkundanata għall-ispejjeż.
Top