Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2010 – MPDV Mikrolab vs UASI (ROI ANALYZER)
(Kawża T‑233/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROI ANALYZER – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 27, 45, 46)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2008 (Każ R 1525/2006-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ROI ANALYSER bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
It-trade mark verbali ROI ANALYSER għal prodotti u għal servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 – Applikazzjoni Nru 4866042
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni parzjalment rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top