Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2010 – Abbott Laboratories vs UASI – aRigen (Sorvir)
(Kawża T-149/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja verbali Sorvir – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NORVIR – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar‑Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 38-41)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2008 (Każ R 809/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Abbott Laboratories u aRigen, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
aRigen, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Sorvir għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni Nru 004455507
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Abbott Laboratories
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali NORVIR għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall‑Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-6 ta’ Frar 2008 (Każ R 809/2007‑2), hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Abbott Laboratories.
Top