Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Settembru 2010 – Villa Almè vs UASI – Marqués de Murrieta (i GAI)
(Kawża T-546/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva i GAI – Trade mark nazzjonali verbali YGAY u trade marks Komunitarji figurattivi u verbali MARQUÉS DE MURRIETA YGAY – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39, 76-81)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal‑24 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1695/2007‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Marqués de Murrieta, SA u Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva i GAI għal prodotti fil-klassi 33 – Applikazzjoni Nru 4458295
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Bodegas Marqués de Murrieta SA
Trde mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark Spanjola Nru 2315558 YGAI u t-trade marks Komunitarji figurattivi (Nru 1707729) u verbali (Nru 1699412) MARQUÉS DE MURRIETA YGAI għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top