1
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2010 – Umbach vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-474/08)
“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jikkonċernaw kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm TACIS – Talba għal aċċess relatata mal-kawża bejn ir-rikorrent u l-Kummissjoni quddiem qorti ċivili Belġjana – Rifjut parzjali għal aċċess – Talba għal aċċess ibbażata fuq prinċipji li jirriżultaw mit-Trattat UE – Interess pubbliku superjuri”
1. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Silenzju jew nuqqas ta’ azzjoni minn istituzzjoni - Xebh ma’ deċiżjoni impliċita ta’ rifjut - Esklużjoni - Limiti (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 35, 36)
2. Komunitajiet Ewropej - Istituzzjonijiet - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti - Kunċett - Interess partikolari tal-applikant - Esklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 2(1) u 4(2)) (ara l-punti 56, 58, 59, 71)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Settembru 2008, li tirrifjuta l-aċċess tar-rikorrent għal ċerta data inkluża fid-dokumenti relatati ma’ kuntratt intitolat “TACIS Service Contract Nru 98.0414”, dwar l-assistenza għat-tfassil ta’ kodiċi amministrattiv favur il-Federazzjoni tar-Russja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dieter C. Umbach huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Top