Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011 – Psytech International vs UASI – Institute for Personality & Ability Testing (16PF)
(Kawża T-507/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali 16PF – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru distintiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ sinjali li saru komuni – Nuqqas ta’ mala fide – Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
1. Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(b) sa (d) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(b) sa (d), u 51(1)(a)) (ara l-punti 32-35, 59-65, 78, 79)
2. Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant in male fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 51(1)(b)) (ara l-punti 89-93)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1012/2007‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Psytech International Ltd u Institute for Personality & Ability Testing, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
It-trade mark verbali 16PF għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 41 u 42 – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1892652
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Institute for Personality &Ability Testing, Inc.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Psytech International Ltd
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Psytech International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top