Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 – Kwang Yang Motor vs UASI – Honda Giken Kogyo (Magna b’kombustjoni interna b’ventilatur fuqha)
(Kawża T-10/08)
“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta magna b’kombustjoni interna b’ventilatur fuqha – Disinn nazzjonali preċedenti – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Karatteristiċi viżibbli ta’ parti minn prodott kumpless – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Utent avżat – Grad tal-libertà tad-disinjatur – Artikoli 4 u 6 kif ukoll Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”
1. Disinni Komunitarji - Raġunijiet għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Utent avżat - Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 6(1)) (ara l-punti 23-27)
2. Disinni Komunitarji - Raġunijiet għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti - Rappreżentazzjoni ta’ magna b’kombustjoni interna b’ventilatur fuqha (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 4(2), 6(1) u 25(1)(b)) (ara l-punti 30, 38, 43, 45)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-8 ta’ Ottubru 2007, tat-Tielet Bord tal‑Appell tal-UASI (Każ R 1337/2006‑3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn Komunitarju bejn Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha u Kwang Yang Motor Co., Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kwang Yang Motor Co., Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top