Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – adidas vs UASI – Patrick Holding (Rappreżentazzjoni ta’ żarbuna b’żewġ strixxi)
(Kawża T-479/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żarbuna b’żewġ strixxi fil-ġenb – Trade mark nazzjonali preċedenti li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi fil-ġenb – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tad-dritt preċedenti – Nuqqas ta’ traduzzjoni ta’ elementi essenzjali li jiġġustifikaw ir-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti – Regola 16(3), Regola 17(2) u Regola 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”
Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Ommissjoni tal-produzzjoni, fit-terminu mogħti, tat-traduzzjoni taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark nazzjonali preċedenti - Impatt fuq il-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 17(2)) (ara l-punti 32, 33)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 849/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas AG u Patrick Holding ApS.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
adidas AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top