Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2012 —
Coverpla vs UASI —
Heinz‑Glas (Flixkun)
(Kawża T-450/08)
“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta flixkun — Disinn preċedenti — Raġuni għal invalidità — Żvelar tad-disinn preċedenti — Assenza ta’ novità — Artikoli 5 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”
Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Żvelar mid-disinjatur jew mill-aventi kawża tiegħu — Prova tal-iżvelar (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 5(1)(b) u 7(1)) (ara l-punti 20-23)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1411/2007‑3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn Komunitarju bejn Heinz-Glas GmbH u Coverpla.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Coverpla hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top