Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-458/09 P)
“Appell – Ġħajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lill-impriżi kkwotati reċentement fil-Borża – Leġiżlazzjoni li tipprovdi vantaġġi fiskali”
1. Proċedura - Termini għall-preżentata ta’ appell - Appell - Komunikazzjoni ta’ kopja tal-oriġinal tar-rikors bil-format “Word” flimkien ma’ dokument bil-format “PDF” li jinkludi l-firma tal-avukat - Komunikazzjoni ulterjuri, fit-terminu previst, tal-oriġinal - Ammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 56; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 37(6)) (ara l-punti 25, 26)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami mill-Kummissjoni - Ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu li l-miżura ta’ għajnuna tiġi diskussa minn qabel mal-Istat Membru kkonċernat u li s-sitwazzjoni tiġi eżaminata fid-dawl tal-elementi mogħtija minnu (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 47, 48)
3. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Natura selettiva tal-miżura - Selettività ta’ miżura ta’ vantaġġ fiskali applikabbli għall-impriżi kkwotati reċentement fil-Borża fid-dawl tat-tul qasir ta’ applikazzjoni tagħha (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 56, 60)
4. Appell - Aggravji - Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa - Raġuni Raġuni ineffettiva - Kontestazzjoni tal-evalwazzjoni mill-Kummissjoni rigward is-selettività ta’ għajnuna mill-Istat - Rikonoxximent tal-mertu ta’ wieħed mill-elementi ta’ selettività li jirriżulta mingħajr ebda żball ta’ liġi - Aggravju indirizzat kontra elementi ta’ selettività oħra - Raġuni ineffettiva (ara l-punti 57, 58)
5. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 87(3)(ċ) KE - Għajnuna għat-tħaddim - Esklużjoni (Artikolu 87(3)(ċ) KE) (ara l-punti 63, 64)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”), tal-4 ta’ Settembru 2009, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (T‑211/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/261/KE, tas-16 ta’ Marzu 2005, dwar l-iskema ta’ għajnuna C8/2004 (ex NN 164/2003) implementata mill-Italja favur kumpanniji kkwotati reċentement fil-Borża (ĠU 2006, L 94, p. 42).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Top