Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 – Il‑Kummissjoni vs Franza
(Kawża C‑549/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija favur is-sajd u l-akwakultura – Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Obbligu ta’ rkupru minnufih tal-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli kif ukoll li tiġi informata l-Kummissjoni dwar dan – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni”
1. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Obbligu - Dmir ta’ eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikoli 108(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 26-29, 31)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna illegali - Eċċezzjonijiet tad-difiża - Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Diffikultajiet ta’ eżekuzzjoni - Obbligu għall-Istat Membru li jieħu passi effettivi fi ħdan l-impriżi inkwistjoni u li jipproponi lill-Kummissjoni soluzzjonijiet alternattivi li jippermettu li jingħelbu tali diffikultajiet - Diffikultà relatata mal-identifikazzjoni tal-benefiċjarji li ma tiġġustifikax in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 33, 34, 39)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna tal-Istat – Motivi ta’ difiża - Kontestazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni - Inammissibbiltà (ara l-punt 43)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/239/KE, tal-14 ta’ Lulju 2004, dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mogħtija minn Franza favur is-sajd u l-akwakultura (ĠU 2005, L 74, p. 49) - Obbligu ta’ rkupru minnufih tal-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni u li tiġi informata l-Kummissjoni dwar dan.
Dispożittiv
1)
Billi ma eżegwietx, fit-terminu previst, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/239/KE, tal-14 ta’ Lulju 2004, dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mogħtija minn Franza favur is-sajd u l-akwakultura, billi rkuprat mill-benefiċjarji l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni mill-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikolu 4 din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top