EUR-Lex -  62008CB0519 - MT
Karar Dilini Çevir:

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/17

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Monomeles Protodikeio Athinon — Il-Greċja) — Archontia Koukou vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-519/08) (1)

(L-ewwel inċiż tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżoli 5 u 8 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss - Kuntratt ta’ impjieg għal żmien fiss fis-settur pubbliku - Kuntratti suċċessivi - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni għall-ħaddiema - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-abbużi - Sanzjonijiet - Projbizzjoni assoluta tat-tibdil tal-kuntratti ta’ impjieg għal żmien fiss f’kuntratti ta’ impjieg permanenti fis-settur pubbliku - Konsegwenzi ta’ traspożizzjoni inkorretta ta’ direttiva - Interpretazzjoni konformi)

2009/C 205/31

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Archontia Koukou

Konvenuta: Elliniko Dimosio

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Monomeles Protodikeio Athinon — Interpretazzjoni tal-klawżoli 5 u 3 tal-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE tal-Kunsill, tat-28 ta’ Gunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU L 175, p. 43) — Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid indefinit ta’ kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss — Obbligu, impost mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, biex tali kuntratti jiġu konklużi — Projbizzjoni milli tiġi adottata leġiżlazzjoni għat-traspożizzjoni li tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni għall-ħaddiema — Kunċett ta’ deterjorazzjoni

Dispożittiv

1)

Il-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 u anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-użu ta’ kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss li huwa ġġustifikat biss mill-fatt li l-użu ta’ kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss huwa stabbiliti minn dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolamentari ġenerali ta’ Stat Membru. Min-naħa l-oħra, il-kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi”, fis-sens tal-imsemmija klawżola, jeżiġi li l-użu għal din it-tip partikolari ta’ relazzjoni ta’ impjieg, kif stabbilit bir-regolament nazzjonali, jiġi ġġustifikat bl-eżistenza ta’ elementi konkreti li jirrigwardaw b’mod partikolari l-attività inkwistjoni u l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tagħha.

2)

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix regolament nazzjonali kif inhu dak fil-kawża prinċipali li, għalkemm jimponi, fir-rispett tat-terminu massimu totali ta’ kuntratti suċċessivi, miżuri preventivi kontra l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien fiss suċċessivi, jistabbilixxi, fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ ħaddiema, eċċezzjonijiet għal din l-aħħar

Üyelik Paketleri

Dünyanın en kapsamlı hukuk programları için hazır mısınız? Tüm dünyanın hukuk verilerine 9 adet programla tek bir yerden sınırsız ulaş!

Paket Özellikleri

Programların tamamı sınırsız olarak açılır. Toplam 9 program ve Fullegal AI Yapay Zekalı Hukukçu dahildir. Herhangi bir ek ücret gerektirmez.
7 gün boyunca herhangi bir ücret alınmaz ve sınırsız olarak kullanılabilir.
Veri tabanı yeni özellik güncellemeleri otomatik olarak yüklenir ve işlem gerektirmez. Tüm güncellemeler pakete dahildir.
Ek kullanıcılarda paket fiyatı üzerinden % 30 indirim sağlanır. Çalışanların hesaplarına tanımlanabilir ve kullanıcısı değiştirilebilir.
Sınırsız Destek Talebine anlık olarak dönüş sağlanır.
Paket otomatik olarak aylık yenilenir. Otomatik yenilenme özelliğinin iptal işlemi tek butonla istenilen zamanda yapılabilir. İptalden sonra kalan zaman kullanılabilir.
Sadece kredi kartları ile işlem yapılabilir. Banka kartı (debit kart) kullanılamaz.

Tüm Programlar Aylık Paket

9 Program + Full&Egal AI
Ek Kullanıcılarda %30 İndirim
Sınırsız Destek
350 TL
199 TL/AY
Kazancınız ₺151
Ücretsiz Aboneliği Başlat