15.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/6
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2011 — Western Digital u Western Digital Ireland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-452/11)
2011/C 305/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Western Digital Corp. (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) u Western Digital Ireland, Ltd (Grand Cayman, Cayman Islands) (rappreżentanti: F. González Díaz, avukat, u P. Stuart, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tordna lill-konvenuta tipproduċi l-kwestjonarji li hija bagħtet lil terzi matul l-ewwel fażi u t-tieni fażi tal-investigazzjoni tagħha tal-proposta ta’ xiri min-naħa ta’ Western Digital Corporation ta’ Viviti Technologies Ltd. u tal-proposta ta’ xiri min-naħa ta’ Seagate tan-negozju tal-hard disk drive ta’ Samsung Electronics Co. Ltd.
—
tordna lill-konvenuta tipprovdi aċċess għall-fajl ta’ prenotifika u ta’ postnotifika tat-tranżazzjoni Seagate, inkluż, b’mod partikolari, aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ kull korrispondenza u kitbiet reġistrati ta’ kuntatti bejn Seagate, Samsung, u l-Kummissjoni sad-data tan-notifika, u kull komunikazzjonijiet interni fi ħdan il-Kummissjoni – kemm fil-Kawżi Seagate vs Samsung u Western Digital Ireland vs Viviti Technologies – li jikkonċernaw il-prijoritizzazzjoni taż-żewġ tranżazzjonijiet;
—
tannulla d-deċiżjoni prijoritarja inkluża fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2011/C 165/04), tat-30 ta’ Mejju 2011, fil-Każ COMP/M.6203 – Western Digital Ireland vs Viviti Technologies (ĠU 2011 C 165, p. 3), li tibda t-tieni faż